dilluns, de maig 30, 2005

qed idoqq it-teleforn...

...u kieku tafu kemm ibezzaghni t-telefon. Meta jdoqq jien u Anita nibghu inharsu lejn xulxin f'tahwida ta' xokk u kurzita. Hekk, qishna zewg kretini.... gara xi haga d-dar? Xi hadd irid ibighilna xi haga? Wrong number?

U l-Franciz tieghi li hu pjuttost dicenti jisfa fix-xejn meta jkun hemm xi telemarketer trid bilfors tibghatli xi hadd id-dar biex jurini xi offerta.

Ma nahmilx l-idea li billi l-komunikazzjoni telefonika bdiet ma jistax ikollok mument ta' silenzju jew pawza waqt il-konversazzjoni, u t-telefon wisq insistenti... itlaq kollox u irrispondini issa.



Ghal xejn isaqsuni ninstalla l-iSkype in-nies - naf li programmi tal-pezza tieghu huma invenzjonijiet utili hafna. Imma xorta nibza minnu t-telefon, sorry. U l-mowbajl kwazi qatt ma niftakar niccargjah...

dissabte, de maig 28, 2005

il-Burda ta' Althusser

Dwar moda llum. Iva, Fashion.
Forsi mhux suggett ta' kuljum ghal blogger Malti tal-pezza tieghi imma suggett li qed isir joghgobni. Meta tkun barra oggett/suggett tarah b'mod differenti. Jekk m'intix interessat f'certu muzika ghal xejn nipprova nispjegalek id-differenzi fil-muzika ta' X u Y ghax xorta ma tasalx li tinteressa ruhek fihom u tifhimhom.
Interessajt ruhi principalment ghax ma stajtx nifhem l-interess tad-dolce meta tieghi. Ghalijja l-moda kienet dik il-bicca mixja fuq il-catwalk fuq il-Euronews (b'dak il-lehen trained u stressjat jirraporta dwar Donna Karan) bejn news report u l-magazin kulturali.
Biss ir-relazzjoni bejn moda u flus iddejaqni daqs kemm iddejaqni r-relazzjoni bejn flus u arti kontemporanja, fejn dawn isiru brand names (Damien Hirst mhux rikonoxxut daqs Nike imma kwazi) u investimenti biss.
U skoprejt, wara li dort u fhimt x'kien hemm il-ModeNatie, film ta' direttur Gappuniz maghmul b'intelligenza kbira u x-xokk li nara l-istudenti ta' l-Akkademja ta' Anversa ma jilbsux ahjar minni, li l-moda sabiha - mhux li sirt fashion junkie imma. Lanqas xejn. Imma nifhem ghaliex Dries Van Noten hu popolari per ezempju, u nista' napprezza l-lavur ta' libsa jew noqghod f'posti f'sfilata minghajr pretensjonijiet ghal iktar minn 5 minuti issa.
Xorta d-dinja tal-moda, meta tmiss mal-flus, tibqa' kerha immens. Imma bhala reporter taghkhom mil-frontline ftit mimlijja biha nnifisha tal-moda, Anversa, nghidilkhom hemm sottokurrenti ta' moda underground, jezistu stilisti mhux akkaniti ghal flus tal-borgizi ta' Anversa (l-istess li ghandhom hbieb suwed Amerikani f'Portland li jiddisinjaw l-ghamara kontemporanja, imma xorta jivvutaw Vlaams Belang), hafna iktar studenti tal-moda milli forsi tistghu tahsbu huma konxji hafna tal-fatt li l-moda hi xi haga elitista per se u qed isibu metodi interessanti u innovattivi kif jbidlu dawn l-affarijiet b'tahlita ta' pragmatismu politiku u artistiku.
Biss il-hanut ta' Marina Yee jibqa out of bounds ghal plebej bhali, u probabbli kont nigi bendat u fucilat kieku dhalt iktar mil-konsweti 5 metri fil-hwienet ta' Van Noten jew Demeulemeester... Anzi - probabbilment jibbendaw il-fashion police li ser jiffucilawni halli ma jbatux il-vista tal-hwejjeg tieghi (li mhux dizastru sa barra onestament). Sigh. Nistennew il-generazzjoni ta' wara, m'hemmx x'taghmel - imma almenu issa din il-generazzjoni naf li tezisti...

diumenge, de maig 22, 2005

konoxxenzi, hbieb u l-ispazju fertili ta' bejniethom

Bhalissa qed naqra siltiet minn ktieb ta' wiehed mill-filosofi preferiti tieghi, Michel de Montaigne, li apparti milli vvinta l-essay personali (infatti essay tigi mil-franciz essai - prova) jitkellem hafna dwar is-suggett tal-hbiberija, tant li ghandu essay jisimha De l'Amitié (Of Friendship) u fost affarijiet ohra jghid:

Wise man to keep a curbing hand upon the impetus of friendship

u

If a man should importune me to give a reason why I loved him, I find it could no otherwise be expressed, than by making answer: because it was he, because it was I.



Ftit hemm affarijiet isbah mill-kuntatti umani: l-imhabba, il-hbiberija, is-sess u l-prodott tal-kreattività umana li taf tiftahlek tieqa ohra ta' kif tara d-dinja tieghek u dawk ta' madwarek. Qed ninkludi kollox - minn kummiedja tajba, ghal film tokkanti ghal bicca muzika orkestrata fuq il-linji tal-mohh u tal-qalb u minghajr chorus pur ta' $£€.

Jien minn dejjem kont interessat fis-suggett, imma specjalment issa, ghax fi zmien ftit xhur il-hajja socjali tieghi inbidlet. Minn ftit hbieb intimi tghoddhom fuq ponot subghajk, li minhabba distanza dejjem qed ninqatghu iktar minn xulxin, spiccajt b'armata zghira ta' hbieb u norganizza l-affarijiet. Side-effect ta' kemm immaturajt u sirt iktar outgoing u inqas konxju tieghi nnifsi hawn.

Dejjem iebes tara fejn tibda semplici konoxxenza jew inkella hbiberija jew dik l-area maqbuda fin-nofs (x'tista' ssejhilha?). Qabel kont prezzjuz hafna ma' min nuza il-kelma "habib". Anke hekk fis-semplici kuntest ta' "tlaqna 'l hemm habib?". Forsi m'ghadnix daqshekk prezzjuz ghax immaturajt, il-valuri ta' xi rrid mill-hbieb ma baqghux daqshekk difficli u sirt iktar naccetta n-nies kif inhuma u nista' nesprimi mhux biss dak li nahseb izda dak li ma nahsibx ukoll. It-thinker sar feeler fl-ahhar?

Nistghageb bin-nies li jghidu li m'ghandhomx bzonn hbieb (daqshekk b'sahhithom li qatt m'ghandom bzonn ihossu mhabba platonika jew li, xi minn daqqiet, m'ghandhomx bzonn restawr ta' l-ego dawn jew?) - huwa possibbli li xi hadd jghix minghajr hbieb?

U ahna l-bloggers, li noqoghdu niccekkjaw il-kummenti li hallewlna fil-blogg u niktbu fil-blogg ta' l-iehor, x'nigu fir-rigward ta' xulxin? Hbieb virtwali li tista' tizviluppa f'relazzjoni iktar mill-qrib jew nies f'relazzjoni simbjotika posittiva ibbazata fuq ir-rikonoxximent tal-kontenut u l-istil tal-kitba taghna? Jien nghid l-ewwel wahda, posittiv wisq biex nghid it-tieni - imma nahseb mhux kulhadd jaqbel mieghi... jew?

il-Germanja...

Hafna diga intqal dwar ic-Choppy, biss laqatni fil-fond - u ma nafx ezattament ghaliex - dan il-paragrafu mill-ewlogju ta' Arnold Cassola:

I simply could not take the shock. I had left Malta the day before and had mentioned Julian at dinner with a friend. She said that Julian had told her that he had decided he would leave at the end of the year: he was quite disillusioned with the way things were going in Malta and had decided to go over to Germany.

dimecres, de maig 18, 2005

jien ma kontx nafu, biss...

Ghadni kemm skoprejt bl-ahbar li Julian Manduca, c-Choppy miet. Kull blogg fil-bloggosfera Maltija qed jitkellem dwar dan.

Jien, ghalkemm ma kontx nafu, dispjacujt ukoll. Hu u Anita kienu hbieb - t-tnejn li huma kienu jahdmu Sapienza, u t-tnejn li huma kienu jahdmu fil-film club ta' l-Universita'. B'hekk, ovvja li l-ahbar ixxokjat lil Anita ferm aktar minni...

Jien rajthu darba, ahna u hergin minn speci ta' cinema li kien organizza Mark Mangion ghal Uber. Konna rajna Gummo ta' Harmony Korine - mid-dehera kien ghogbu, u ghalkemm jghidu li ma tridx tiggudika minn wicc in-nies jien dejjem hekk naghmel - kien jidher li hu minn taghna mhux biss fuq livell ta' simpatija imma fuq livell ta' l-entuzjasmu miktub fuq wiccu wara il-film (entuzjasmu hajj li hu, bla dubju, xi haga importanti daqs li tiftakar il-linja jew torganizza l-palk fi hdan ix-xena teatrali u artistika Maltija)

Gejt, onestament, ftit nitnejjek mil-mewt tal-Papa G.P., imma bir-ragun tkun ixxukkjat u mhasseb meta fuq f'din ix-xena artistika kwazi incestwali Maltija thoss li miet "wiehed minn taghna"...

--

Ewlogji u kummenti:

nota minn londra

U l-blogg jerghha jaqgha ghal bassezzi ta' l-infantilismu skatologiku... imma ma stajtx nirresisti ma niehux ritratt ta' dan il-bar. Mhux affarijiet mohbija fil-foil ta' Derrida, Foucault & their merry men biss issibu fuq dan il-blogg, le, anke ritratti dubjuzi bhal dawn... di tutto, di più...

hmmmm....
Evidentement is-sid ta' dan il-bar f'SE1 kellu barma circulari, jew kiel cipollata germaniza kif imiss. Jew forsi ried jaghmel kumment dwar is-Circle Bar hdejn Hoxton Square?

Helwa ghax niftakar li kien hemm xi tekniku tal-hoss jew tal-grafika li kien jismu Otomo Hara fil-kredits ta' Ken il Guerriero u kien, ovvjament, isem li kien iqajjem interess (u dahq!) kbir fil-bitha ta' l-iskola. Kien partikolarment tajjeb biex iqajjem l-istinti "punnistici" ta' certu studenti biex jaghmlu puns pjuttost ovvji u minghajr hafna immaginazzjoni dwar ismu u kunjomu.

U taf int. Ta' adult post-modern u x'naf jien is-sens ta' ironija hi wahda hajja u kostanti hafna f'mohhi allura dejjem iebes ma tmurx tharbex ghal kamera fil-basket meta tara "HARA" miktuba b'ittri tad-deheb fuq bar yuppie-hip bhal dan... apt ukoll.

dilluns, de maig 16, 2005

sembra talco ma non è.... serve a dare l'allegria!

Il-bierah waqt li kont sejjer ikla ma xi hbieb f'Ixelles ghaddejt mil-kwartier afrikan ta' Brussel biex inqassar u nilmah wiehed nafu. Hafif tilmhu mhux ghax kien hu biss, apparti minni, l-uniku abjad imma ghax irqiq daqs xugaman irrumblat, b'kelb ghami (li ma tantx hemm imhabba bejnu u bejn sidu) u b'fatizzi ta' junkie. Kien qed jixtri d-droga minn tnejn suwed li qishom qed jiehdu brejk milli jiggestikolaw fil-kamera f'video ta' 50cent - ma kienx hemm habi, trab abjad kontra flus fil-berah u d-dawl tal-gurnata.

porte de namur - porte de l'amour?

dan normalment ikun qed jittalab barra l-bieb ta' fejn nahdem u tajtu bosta drabi, tant hu hekk li jafni u gieli nitkellmu. xorta monsieur jghidli, u jien ma nafx x'jismu. kummidjant tajjeb - il-catchphrase tieghu "un petit piece? non? un gros billet alors!"

qisni hadt ghalija u xxukjat ruhi meta rajtu jixtri. ma kellix dubju li juza t-trab. onestament, kont nghid li nitnejjek - jien intih il-flus, jekk jahseb li borza trab investiment ahjar minn gakketta ikkutunata fix-xitwa affarih. imma ghalfejn, allura, kont ixxukjat? ghax m'inix mohhi miftuh daqs kemm nahseb li hu? jew il-muniti li nwaddabblu fit-tazza tal-kafe tal-polystyrene tant iridu jservu biex jaghmlu gid li mentalment ma nistax naccetta l-fatt li qed jinhlew fuq affarijiet mhux essenzjali, kapricci ta' pjacir bhal droga - u b'hekk il-flus huma xorta wahda tieghi u jiqbghu hekk ghal dejjem? Forsi impossibli tati rigal lill xi hadd ma tafux - irid ikun hemm kuntatt minn qabel, irid jimpurtak mill-persuna u li taghmel l-affarijiet bil-kontra ma tahdimx...
Nispera gharaftu l-kwotazzjoni fit-titlu!

dimecres, de maig 11, 2005

ricard u ricord flimkien ihabbru t-tibdil

Tibdil fil-blogg
  • Mhux ser nibqa nikkoregi l-Malti tal-posts. Wara li nikteb normalment noqghod nikkoregi l-ortografija. Haga li mhux naturali hafna u li saret iddejaqni. Halliha tohrog kif trid...
  • Il-blogg mhux ser jibqa esklussivament bil-Malti imma bil-lingwa ta' mohhi... hekk kif jigu l-kliem f'mohhi u irrispettivament ta' b'liema lingwa jigu. Nibqa naghti preferenza lill-Malti ovvjament u nibqa nikkomunikah kif suppost izda l-krucjata kontra l-Ingliz spiccat. L-Ingliz joghgobni, u anke l-Inglizi.
  • Qieghed nuza l-kelma "blogg" u mhux "blog". X'differenza taghmel? Xejn.
  • Xbajt nuza l-blogspot. Dejjaqni u ma nifilhux aktar. Kieku nuza l-LiveJournal imma ma nistax inbabas fih daqs kemm nista' mal-Blogspot/Blogger. Imma Blogger frustranti wisq meta ma jridx jikkoopera. Min ghandu xi ideat jghidli. LiveJournal meta tuzah ma programm bhal Semagic hu, erm, magic. Imma naqra ikrah miskin.
--------------
Amarcord (cosi fan' tutte...)

Stampa cara: jien, il-gurnata li ghalaqt snini (18-il sena, adult issa) fuq bank il-British High Commission il-Furjana nipprova nitlaq 'l hemm. Ghaddejt il-birthday fuq dak il-bank nistenna wara hafna Afrikani... helsu minni b'"ghandek familja hemm? mela le ta... heqq - kif trid tmur...". Ma qalulix li kien hemm working holidaymaker scheme - sena, sentejn jekk tahdem part-time.

Kont iffissajt fuq mappa tat-tube u l-ferroviji tas-subborgi li kien taghni wiehed, inhares lejha ghal sighat twal u nimmagina (qatt ma kont mort Londra), waqt li l-ewwel album tal-Portishead, ghadu johrog, jitharbex fil-Walkman li kont xtrajt mill-Monti u magazine li kien beda jigi Malta ghall-ewwel darba jismu The Wire. Fuq l-internet, dik it-tieqa importantissima ghal dinja ahjar u iktar interessanti li forsi ghenitni "nimmattura" fil-Holden Caulfield li kont/li jien illum, mal-LinkNet ta' Hal Qormi - fejn kellek iccempel ghal 20 minuta biex taqbad - "kelli" zewg tfajliet minn Londra, hbieb, ma wahda minnhom kelli relazzjoni mill-qrib hafna.

Grazzi ghal skrivan skansafacendi jien qatt ma mort nghix Londra meta kont zghir/izghar. Kont inkun bniedem differenti llum kieku... Kont anke fittixt alternative routes where possible (bhal ma jghidu meta jkun hemm hsara fuq il-Victoria line ghal Brixton... ridt nghix fil-Barrier Block infatti ja bahnan li jien) .
  • Alternative Route 1: kont naf li l-buznanna kienet Spanjola (u Spanja qieghda fl-UE u l-Ingilterra qieghda fl-UE, u Londra qieghda fl-Ingilterra)... mort l-insinwa forsi b'fortuna n-nanna li qatt ma ltqajt maghha kienet twieldet Katalunja. Le. Pauleta-Ana Dolores Depares, post ta' twelid: Valletta.
  • Alternative Route 2: Fittixt fuq l-internet, bil-modem 14.4k u l-Lynx, dokumenti legali Inglizi - forsi ommi tista' tapplika ghal cittadinanza ghax twieldet meta konna kolonja tal-kuruna Ingliza, u b'hekk jien "nsir Ingliz" ukoll. Imma bdejt naqta qalbi u hawn qbajt... u ftit snin wara - ftit qabel Malta dahlet fl-UE, irnexxieli nahrab. Better late than never. Nispera dak l-iskrivan ghazzien qed jaqra din il-bicca u kif irnexxielu jibddili hajti u min jien illum... forsi ghall-ahjar?

kollox jisparixxi u hafna jinbidel

Wara migja ta' malajr lejn il-belt kapitali à distance tar-"Repubblika" ta' Malta, u lura u wara sfiga bollettjana (il-bagalja bl-affarijiet kollha tieghi u tad-dolce meta sparixxiet, litteralment sparixxiet, f'Waterloo) il-hate affair li kelli ma' Londra majna u majna hafna - tant li nahseb insejt il-mibeghda geografika fil-bagalja. Insomma, tant majna li sirt habib intimu ta' Londra.

Fost affarijiet ohra indagajt ftit dwar xoghol u interessajt ruhi nahdem mal-Kunsill Lokali ta' Tower Hamlets - kunsill li ghandu logo ta' ditta tat-teabags Maltija. How unfortunate.


Insomma - ha nghid affarijiet li ser inbiddel il-fehma dwarhom wara gimgha jew inqas:

  1. Sirt ftit nitnejjek issa li xi Maltin jitkellmu bl-Ingliz u nitnejjek li l-unici nies li jitkellmu (hlief l-Inglizi u l-Irlandizi) bl-ingliz huma non-Ewropej (ie, Pakistan, Indja, Bangladesh, Zimbabwe, etc). Turi biss injoranza lingwistika - nies li mhumiex kapaci jitkellmu b'mod adekwat f'iktar minn lingwa wahda - f'dan il-kas lingwa ohra hlief l-ingliz. Jien ser nibqa' nipprova nikkomunika b'mod adekwat bil-Malti, bl-Ingliz, bil-Franciz u bit-Taljan u m'ghandi l-ebda intenzjoni, issa kif qabel, nirrispeta lill xi hadd li jqis ruhu trilingwu, u jghid li hu trilingwu, bla ma jirnexxielu jikkomunika affarijiet bazici b'iktar minn lingwa wahda.
  2. Ma nsibx il-kwistjoni ta' Malta problematika. Ahna pajjiz tal-Commonwealth. Ex-kolonja Ingliza. Bhala hekk, ahna hadu hsiebna l-generali mustaccuni Inglizi kolonjali - ma nara xejn hazin li nigi mitfugh ma' l-eks kolonji l-ohra - kemm mal-Pakistan kif ukoll mal-Kanada. Ahna wiehed mill-hafna pajjizi li kiber b'affarijiet inglizi f'kultura indigena (fil-kas taghna Italo-Maltija). Interessanti kif wiehed mill-akbar komunitajiet zghar f'Tower Hamlets kienu c-Ciprijotti, l-Amerikani, il-Francizi u l-Germanizi. Kien hemm Amerikani u Francizi daqs kemm kien hemm Nigerjani!Londra dejjem kienet ghalja. Tant saret ghalja li trid tikkonsulta l-manager tal-bank tieghek qabel ma tordna birra. Trid xi borza krisps tajbin ghal mal-birra? Good morning HSBC Birmingham mortgages department, CarolinespeakinghowmayIhelpyou. Mhux b'xejn riklami ta' self ta' flus kullimkien. Dawk huma ghall-imgienen li ordnaw pizza...
  3. L-Inglizi qed jehxienu. Wara li dawn l-ustja Belgjani/Olandizi geghluni nhossni inferjuri u ohxon bil-waistline tant invizibbli li kieku kien jaf James Bond kien juzaha biex jistahba u jnemmes xi spija Russa taghhom, rajt kif saru l-Inglizi. X'poplu ta' ciccuni. U mhux dawk bil-flokk ta' l-Ingilterra, bil-Buckfast f'idejhom u c-curkett tad-deheb f'subajhom biss, anke Mr. Briefcase-f'Covent-Garden sar u Mr. Alternative-Multimedia-artist-li-studja-Goldsmiths*-u-jghix-f'bedsit-f'Elephant&Castle saru ciccuni. Ejja, kuragg, morru naqra fuq it-treadmill... that'll be £90321.99 please
  4. Nerga' nirrepeti ghal min ma ndunax x'qed jixrob - Starbucks tal-qamel. Il-McDonalds tal-kafé. Imma bid-differenza tal-McDonalds (li jafu jaghmlu Big Mac), Starbucks ma jafux kif jaghmlu double decaf latte nero macchiato panna doppio with vanilla no chocolate. Lanqas kafé iswed ma jafu jaghmlu. Imma jien ma nixrobx kafe, ergo nitnejjek altament... biss il-muffins huma - u hadd mhux ser imerini hawn - tal-fiberglass.
  5. One biscotti. One panini. Le. Ha nghidilkom bl-Ingliz ha tifhmu.. Not to be the pedantic voice of reason (something I'm good at) but give up speaking Italian if you can't speak Italian. One biscotto, one panino. The "i" becomes an "o" and vice-versa. Simple ni?
  6. Ahna c-cwiec niggieldu dwar l-Ingliz imma l-Inglizi jigu jaqghu u jqumu. Waterstones jirreferu ghalihom infushom bhala bookstore (mhux shop) u anke l-ahhar fawstu ta' kultura pop brittannika - Dr. Who - ghandu Dalek Cookie Jar mhux Dalek Biscuit Tin. Jekk nisma xi Malti jikkoregi l-Ingliz ta' Malti (specjalment jghidlu li "dik il-kelma Amerikana mhux Ingliza" iehor nahlef li jaqla' daqqa ta' muffler f'rasu minghandi. Exterminate, Exterminate indeed.

*PS M'hemm xejn hazin li tkun studjajt Goldsmiths. Apparti milli hi l-alma mater tieghi (u nhobbha), marru ukoll Damien Hirst, Vivienne Westwood u xebgha nies ohra li qatt ma ghamlu b'sitt habbiet xoghol f'hajjithom. Nahseb jien deluzjoni f'dak il-qasam. Sfortunatament jien hdimt - u hdimt hafna.

dilluns, de maig 02, 2005

osservatori osservati

ftit surreali l-bicca... nhar il-gimgha filghaxija kont ftit tipsy nistenna l-ahhar xarabank lejn id-dar wara lejl ta' degustazzjoni ghand il-Beer Circus. kif jigri, id-Delirium Tremens, il-Hoegaarden, l-Hercule u hbieb relatati kienu qed jaghmlu xogholhom u jgeghlu c-celulli grizi jizfnu l-can-can u jaghmlu spettakolu ta' Vaudeville f'mohhi.

nahseb kont nidher ftit fis-sakra u l-Bruxellois ma kinux qed jaghtu kasi (ma tkunx ezattament f'minoranza fis-sakra l-gimgha filghaxija) sakemm kont qieghed nistenna x-xarabank fuq l-istage kont qed norqod, inqum, nippassigga u nkanta diski minn taht l-ilsien u ghalkemm kont qed nara lill-kulhadd qisu karattru f'film ta' Svankmajer ilmaht tnejn li kienu qishom maltin u bl-accent Slimiz ipacpcu bl-Ingliz imfarrak kif tal-pepé biss jistghu ifarrkuh.

ersaqt lejhom, u forsi ersaqt vicin wisq, u hi qalbet ghall-Malti - jew xi haga vicin il-Malti insomma, "attent ghall-bag! he's coming here this one" "it's orrajt. i've seen him", "ara jifhmek!", "u ejja! you think li jaf bil-Malti jew? nahseb even jekk nitkellmu bl-ingliz biss he won't understand!", jien ersaqt 'l hemm u tbissmu tbissima ta' komplicita' lil xulxin li helsu minni, komplew jinkwetaw fuq kull sakranazz, immigrant u kwalinkwe persuna ohra li mhix arjana sober.

jien
ma nafx bil-Malti?! kemm sejrin zball l-ahwa...