il-Burda ta' Althusser
Dwar moda llum. Iva, Fashion.
Forsi mhux suggett ta' kuljum ghal blogger Malti tal-pezza tieghi imma suggett li qed isir joghgobni. Meta tkun barra oggett/suggett tarah b'mod differenti. Jekk m'intix interessat f'certu muzika ghal xejn nipprova nispjegalek id-differenzi fil-muzika ta' X u Y ghax xorta ma tasalx li tinteressa ruhek fihom u tifhimhom.
Interessajt ruhi principalment ghax ma stajtx nifhem l-interess tad-dolce meta tieghi. Ghalijja l-moda kienet dik il-bicca mixja fuq il-catwalk fuq il-Euronews (b'dak il-lehen trained u stressjat jirraporta dwar Donna Karan) bejn news report u l-magazin kulturali.
Biss ir-relazzjoni bejn moda u flus iddejaqni daqs kemm iddejaqni r-relazzjoni bejn flus u arti kontemporanja, fejn dawn isiru brand names (Damien Hirst mhux rikonoxxut daqs Nike imma kwazi) u investimenti biss.
U skoprejt, wara li dort u fhimt x'kien hemm il-ModeNatie, film ta' direttur Gappuniz maghmul b'intelligenza kbira u x-xokk li nara l-istudenti ta' l-Akkademja ta' Anversa ma jilbsux ahjar minni, li l-moda sabiha - mhux li sirt fashion junkie imma. Lanqas xejn. Imma nifhem ghaliex Dries Van Noten hu popolari per ezempju, u nista' napprezza l-lavur ta' libsa jew noqghod f'posti f'sfilata minghajr pretensjonijiet ghal iktar minn 5 minuti issa.
Xorta d-dinja tal-moda, meta tmiss mal-flus, tibqa' kerha immens. Imma bhala reporter taghkhom mil-frontline ftit mimlijja biha nnifisha tal-moda, Anversa, nghidilkhom hemm sottokurrenti ta' moda underground, jezistu stilisti mhux akkaniti ghal flus tal-borgizi ta' Anversa (l-istess li ghandhom hbieb suwed Amerikani f'Portland li jiddisinjaw l-ghamara kontemporanja, imma xorta jivvutaw Vlaams Belang), hafna iktar studenti tal-moda milli forsi tistghu tahsbu huma konxji hafna tal-fatt li l-moda hi xi haga elitista per se u qed isibu metodi interessanti u innovattivi kif jbidlu dawn l-affarijiet b'tahlita ta' pragmatismu politiku u artistiku.
Biss il-hanut ta' Marina Yee jibqa out of bounds ghal plebej bhali, u probabbli kont nigi bendat u fucilat kieku dhalt iktar mil-konsweti 5 metri fil-hwienet ta' Van Noten jew Demeulemeester... Anzi - probabbilment jibbendaw il-fashion police li ser jiffucilawni halli ma jbatux il-vista tal-hwejjeg tieghi (li mhux dizastru sa barra onestament). Sigh. Nistennew il-generazzjoni ta' wara, m'hemmx x'taghmel - imma almenu issa din il-generazzjoni naf li tezisti...
8 Yays/Nays
Kumbinazzjoni jien dal-għodu mort xi fabbrika ta' ħwejjeġ li hemm Ħal-Luqa biex nixtri libsa għal intervista li ser ikolli dalwaqt. Għall-maġġoranza din forsi xi ħaġa normali u saħansitra pjaċevoli, imma għalija hija tortura... imn'Alla ġew miegħi n-nanna u z-zija għax malli dħalt fil-ħanut għelbitni l-'klawstrofobija kummerċjali' u kelli aptit noħroġ minnufih. Iċ-ċentri kummerċjali qatt ma nidħol fihom għax jistorduni... Għalkemm kultant inħobb nilbes ħwejjeġ eleganti u ta' stil klassiku, personalment naħseb li tingħata wisq importanza lill-ilbies. Kieku Versace jew Valentino kienu joħorġu fit-triq b'qoxra ta' banana fuq rashom, żgur li skoss cafoni kienu joħorġu l-ghada bl-istess 'aċċessorju'...
Skużani taċ-ċiniżmu imma l-lum kelli nonfoq nofs dak li qlajt matul il-ġimgħa, u qegħdin jgħiduli li l-libsa xtrajtha bl-irħis!!!
Ġimagħtejn oħra se nagħmel żjara f'Brussel, trid niltaqgħu? Qed niftakar li għandi ntik il-Mars Bar li wegħidtek meta identifikajt is-silta ta' Battiato...
ghamilha birra l-Mars Bar u niltaqghu :p
ibghatli email (l-email qieghed fil-profile) - nahseb diga ghandi idea ta' x'inhu l-iskop taz-zjara tieghek...
Tajjeb wisq... niktiblek qabel ma nitla'.
L-iskop li mmur naħli l-ħin ;-)
Bis-serjetà, ma nħossx li jiena lest biex naħdem hemm fuq bħala traduttur. Imma la bagħtu għalija, ħa mmur nara għall-inqas kif jaħdmu.
Tajjeb, Twann...ejja nghaqad mal-Familja. U ghid lill-Althusser itellghek wahda sal-Gran Dukat.
Narakom mela :-) Sal-Lussemburgu żgur li ninzel.
Jekk tridu xi ħaġa minn Malta (fejn naf jien, Kinnie, orżata, galletti, bigilla, pastizzi minn dawk tal-friża, qagħaq ta' l-ghasel, xi ktieb... kollox minbarra merchandising pseudo-politiku u dvd's ta' Xabbabank), ibagħtuli e-mail: antoinecassar@onvol.net.
Issa nirranga xi haga jien mas-Sur Twanny l-Ispanjol.
Dwar ta' l-uniformijiet kwazi dejjem sorpriz li t-tfal t'hawn jkunu libsin facilment EUR 200 - 300 hwejjeg - u kollox gdid u nodfa tazza.
Ma nafx jekk l-uniformijiet kinux (kienux?) xi haga tajba jew le onestament... forsi...
...u evviva l-Burda!
Ir-ruħ soċjalista tiegħi taqbel ma' l-unformi għaliex tikkanċella d-differenzi, filwaqt li l-inkonxju lemini jaqbel magħha għax tagħti sens ta' appartenenza, identita', bandiera.
Publica un comentari a l'entrada
<< Home