dissabte, d’abril 23, 2005

kieku l-qassisin kienu differenti, x'kien isir minni u mill-"ohrajn"?

L-Ewwel Parti:
L-impjegati vs. Sodahxu

Bhalissa ghaddej strajk ix-xoghol organizzat mil-impjegati tas-Sodexho li jahdmu fil-canteens ta' l-istituzzjoni fejn nahdem. F'certi kazi s-Sodexho, grazzi ghal dik li tissejjah bla misthija social dumping, qed ibamblulhom kuntratti ta' tlett ijiem, ihalluhom b'nuqqas ta' staff u jhallsuhom bejn EUR 900 u 1,100 fix-xahar - mhux bizzejjed biex tghajjex familja.

Kienet tokkanti tara li l-parti l-kbira tal-funzjonarji ta' l-istituzzjoni (li gieli, ikolli nammetti, ikolli opinjoni pjuttost baxxa ta' kemm jistghu ikunu fickle u socjalment irrisponsabbli) kienu favur l-istrajk, u kien hemm ukoll min ippartecipa biex juri solidarjetà, anke jekk dan l-istrajk kien ifisser li l-canteens kollha hlief wiehed maghluqa. Jaghmlu xoghol tajjeb hafna l-haddiema tal-canteens u jixirqilhom iktar rispett minn hekk. Sodexho - ohorgu l-portafoll jew ohorgu 'l barra.

Forsi ta' min il-haddiema tas-Sodexho jgibu lill-Kurat Vanderbiest jiggwidahom... min hu dan il-qassis bl-isem divertenti? Hu qassis uniku li nixtieq kellna Malta meta kont qed nikber u kelli d-dubji dwar il-fidi. Ha nghidilkom naqra dwarhu...


It-Tieni Parti
L-ispirti ta' Guy Debord u San Tumas t'Akwina u l-gisem ta' Vanderbiest vs. l'état fédérale Belge

Is-sajf li ghadda rajt film jismu La Bataille des Marolles. Kien intwera bhala parti mill-PleinOPENair festival.

Kien ipprezentah wiehed li kien fil-film u issa xih... il-Kurat Vanderbiest. Ma kontx naf li hu qassis minhabba li t-tahlita ta' wit jaqta', intelligenza kwazi-anarkika u pratticita' ma kinitx wahda klerika hafna. Il-film kien dwar il-kwartier popolari tal-Marolles u l-glieda kontra li jinbena l-Anness tal-Palais de Justice billi jigu sfrattati iktar familji. Dan il-curé, milli jidher ispirat mill-ideat tas-sitwazzjonisti ("kun realistiku - itlob l-impossibli!") ghamel kampanja bizarra li fl-ahhar halliet il-frott. Minflok kampanja reattiva ghamel wahda proattiva... hallik milli toqghod tiddefendi l-Marolles! Il-Palais de Justice irid ikecci lilna? Mela ahna nkeccu l-Palais de Justice! U b'hekk beda kampanja li bi humour u intelligenza ta' xi hadd li probabli ghalih San Tumas t'Akwina u Guy Debord qeghdin fuq l-istess livell bhala hassieba u beda jipprova jkecci l-mammutjan Palais de Justice biex jibni d-djar. Kien jaf li mhux ser jirnexxi ovvjament (mela hsibtuh nejk jew?) - imma wasal sa fejn ried. Il-Marolliens fejn kienu baqghu.

Bhalissa qed jghin xi Kurdi fi strajk tal-guh. Qed jaghmilha ta' medjatur bejn il-Kurdi u l-Ministru ta' l-Intern. Il-Ministru qal li dan l-istrajk rikatt u Vanderbiest, bil-mod tipiku tieghu, rrispondih "Iva. Sewwa qal il-ministru. Rikatt. Ahna nirikattawh bil-guh, hu jirrikatana bil-mewt". Dominus reverentius Vanderbiest.

2 Yays/Nays

Blogger Antoine Cassar opined / qal...

Interessanti tassew. Nammira l-kuraġġ ta' Vanderbiest... kurjuż kif ċerti membri tal-kurja, dawk li huma l-aktar attivisti soċjalment, kultant jispiċċaw immarġinati.

4/24/2005 04:29:00 p. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

ma tantx hu emarginat dan imma! mhux biss ihobbuh in-nies imma anke mal-verzjoni Belgjana tal-kurja m'hemmx problemi...

4/25/2005 11:16:00 a. m.  

Publica un comentari a l'entrada

<< Home