fratelli d'italia?
Il-generazzjoni tieghi donnhom ghandhom interess kbir fil-lingwa Taljana. Forsi ghax ahna niftakru bl-amment, anke issa li ahna adulti, id-diska tal-bidu ta' Ken il Guerriero u Daitarn III. Infatti nisfidakom, intom li bhali intom tal-"generazzjoni holly e benji/fantozzi/colpo grosso" tmorru fuq Regno delle Anime u ma tispiccawx tqallbu pagna ta' cartoon wara l-iehor biex taraw, bi tbissima fuq wicckom, liema tiftakru.
X'ma jkollokx... dik il-lingwa sigrieta tal-loghob (tal-"mani in alto", "fermo la" u "figlio di puttana" as seen on TV). Il-Malti u l-Ingliz kienu ukoll il-lingwi tal-kbar u ta' l-iskola mhux taghna biss. It-Taljan kien specjali ghax bid-differenza ta' l-Ingliz u l-Malti kien totalment inutili ghal grazzja t'alla, jew hekk kienu jghidulna insomma.
Hi impressjoni tieghi jew il-maggor parti tan-nies fil-blogosfera Maltija ghandhom imhabba ghal din il-lingwa li dejjem qed tizdied? U ghaliex? Forsi ghax it-Taljan hi l-lingwa tan-nostalgija jew ghax hemm certi links - bhal kotba u films "serji" - li qatt ma investigajnihom bizzejjed? Jew?
Ta' min ifakkar li hafna nies fil-blogosfera jghixu l-Lussemburgu (jew anke Brussel) allura forsi qed niskopru fil-kuntatt ma' l-ohrajn (u hawn fejn l-Ingliz isir "lingwa ta' kulhadd" u mhux iktar lingwa 'taghna' u l-Franciz? dik isservi semplicement bhala l-lingwa ta' kuljum) li veru forsi m'ahniex tricolore daqs it-testikola leminija ta' Carmelo Borg Pisani... imma ahna iktar Taljani milli Inglizi. Mhux dejjem inhossni komdu fl-Italianità estrema tal-pasticcier Sqalli ta' hdejn id-dar tieghi, Giovanni, imma kull krustina, sfinga, arancina u torta tal-lewz li jkollu wara l-vitrina naf x'inhi u naf x'toghma ghandhom ghax taghna ukoll.
Il-generazzjoni tieghi u ta' madwarha specjali ghalhekk - probabbli l-ewwel generazzjoni li kellha rapporti daqshekk mill-qrib mat-Taljan u probabbli l-ahhar wahda... illum bil-cable il-glieda ta' l-Italia 7 kontra l-Cartoon Network hi wahda diga mitlufa. Jiddispjacini ghalihom - mhux ser ikollhom lingwa sigrieta taghhom kif kellna ahna.

13 Yays/Nays
Taf li donni qed ninduna minn fejn gie dan il-post... :)
PER IL POTERE DI GREEEIISCCCCUUUUULLLLLLL !!!!!
ma fhimtx sharon :7
d, insejt l-ahhar bicca "....a me il poteeerreee!!!"
Hi impressjoni tiegħi jew il-maġġor parti tan-nies fil-blogosfera Maltija għandhom imħabba għal din il-lingwa li dejjem qed tiżdied? U għaliex? Forsi għax it-Taljan hi l-lingwa tan-nostalġija …
Naħseb li għandek raġun. Għalkemm il-lum it-televiżjoni ma niflaħhiex, l-ilsien Taljan sirt inħobbu sewwasew minħabba fiha, meta kont nara ta' Lupin, Galaxy Express, D'Artagnan u Heidi (iva ħbieb, Heidi! Aħfruli...) Imbagħad kien hemm ukoll it-Top Deejay, li permezz tiegħu dħalt fil-provinċja tal-Via Lattea u bdejt insegwi certe rotte in diagonale mal-ħabib tiegħi ta' Catania. Wara ftit taż-żmien kelli nerġa' lura l-Ingilterra, bil-kartoni animati skifużi, l-ikel ta' l-infern tal–boarding school, u r-reġim totalitarju ta' l-ilsien Ingliż. Ftit ilu f'konferenza li kien hemm l-Università, smajt li "l-monolingwiżmu huwa marda li wieħed jista' jfiq minnha". Kemm huwa minnu dal-kliem! Imbagħad mort ngħix Spanja u riskoprejt il-versi ta' Battisti, Battiato, Fabrizio de Andrè, u l-mużika ħelwa ħelwa ta' Pino Daniele meta għamilt l-Erasmus l-Italja. U dak li kien biss nostalġija reġa' sar nutriment ta' kuljum.
Controllori di volo, pronti per il decollo…
Dal-għodu fil-programm Kellimni bil-Malti, il-Prof. Manwel Mifsud qal: "inħobb il-Malti bħalma nħobb lil ommi, u nħobb l-Ingliż bħalma nħobb lil marti". Għoġbitni din id-deskrizzjoni. Fil-każ tiegħi, dawk l-imħabbiet għall-lingwi huma daqsxejn iktar komplessi… il-Malti nħobbu bħalma nħobb lil missieri u lin-nanniet, l-Ingliż ikolli nistqarr li mhux talli nħobbu, imma ninqeda bih għax fl-aħħar mill-aħħar fix-xogħol tiegħi għandi bżonnu... imbagħad hemm l-ilsna oħrajn. L-imħabba li għandi għat-Taljan qisha l-amore platonico ta' l-ewwel namrata li kelli (li kumbinazzjoni, kienet Taljana, x'nostalġija qed tiġini issa!), l-imħabba li għandi għall-Franċiż hija kważi amour sensuel, wara avventura sajfija li kelli fil-kampanja ta' l-Auvergne (aħjar ma tiġinix il-nostalġija hawnhekk inkella taljenani u l-lum ma nistudja xejn!), u dik li nħoss għall-lingwa Spanjola hija amor erótico e incondicional, avolja l-għarusa tiegħi marret tgħix il-Brażil u ma nafx aħniex se nerġgħu noqgħodu flimkien. Jekk nerġa' lura l-kontinent, jista' jkun, imma insomma, ikun hemm bżonn suċċessjoni ta' ħolmiet imwettqa biex isseħħ dik il-viżjoni li kellna.
M'għandi l-ebda dubju li l-aħjar mod kif wieħed jista' jitgħallem lingwa, u jitfannad fiha, huwa li jinnamra, bir-ruħ u bil-ġisem, f'dik il-lingwa. Ħa nara nsibx xi waħda Maltija, għadni qed inbati biex nikteb f'ilsien din l-art ħelwa…
meta jigu r-Ryanair xorta mhux ser ifallu l-AirMalta bi klijenti bhas-Sur Twanny Cassar... :p
Urtat
Insib it-taħlit tal-Malti mat-Taljan iktar iritanti mil-Minglish. Kwotazzjonijiet Taljani jiritawni. Il-kultura Taljana qatt ma laqtitni, alavolja għandi kuġini Sqallin, u nżomm ma' l-Italja fil-World Cup. It-TV ma kontx narah ta' spiss meta kont għadni tifel, għalhekk forsi m'għandix dik l-affinità mal-lingwa, iżda kollu li qed tgħid huwa minnu... kienet il-lingwa sigrieta ta' ħafna nies ta' mparna, il-lingwa tal-bitħa ta' l-iskola. Raġuni oħra 'l għaliex ma nħossnix Malti sal-bajd.
Tiftakruhom Roxy Bar u Help ta' Red Ronnie fuq TMC2, qabel ma l-istazzjon qaleb ghal Video Music u wara sar MTV?
Dan il-post ktibtu wara dik l-exchange li kellna fuq l-Ingliz v it-Taljan bhala point of reference meta konna zghar le? Jew mhux jien kont li ispirajtek? :-)
erm... sharon - insejt li qatt kellna konverzazzjoni simili. ghandi memorja dizastru. sorry :)
insomma punt li ili nahsbu... infatti dalghodu ordnajt 10 DVDs (kollha kopji ovvjament) ta' cartoons siculo-gappunizi. marda qed nghidlek! :)
Roxy Bar naħseb anka jien ilħaqtu. M'ilux xi snin kbar hux?
TMC2 ma sarx MTV Italia xi snin kbar ilu... xi 4 snin ilu anzi.
Mil bqijja assulutament naqbel ma x'intqal mil Kurat dwar il lingwa taljana. Ftit ghad baqa tfal li jifhmuh daqs kemm konna ahna li hlejna tfulijja mal cartoni.
4 snin ilu imbidel ok... imma xorta iz-zmien tad-'deheb' tieghu kien 'il fuq minn ghaxar snin ilu, specjalment meta kien VideoMusic. Lejn l-ahhar ghamel certu snin avolja kien TMC2 xorta kellu hinijiet twal bhala MTV Italia - dawk ma jghoddux ghalija.
Who knows where to download XRumer 5.0 Palladium?
Help, please. All recommend this program to effectively advertise on the Internet, this is the best program!
Publica un comentari a l'entrada
<< Home