il diavolo è così brutto come lo si dipinge
Jien m'ghandix sfortuna Bollettjana, anzi, d-dea bendata ta' spiss tippreparali l-fatra u timmassagjali wahda l-kustilji bl-essential oils qabel ma mmur x-xoghol. Biss dan l-ahhar kienu qed jigruli affarijiet li jistghu juru li l-isfortuna malinja qed tbaghbas fil-mizien tal-karma.
U billi qed nerga' naqra Faustus ukoll (as one does...) mort, bhala gest skaramantiku, wirja organizzata mill-Fondazzjoni Albert Marinus li jisimha le diable en personne (font ahmar ghal effett demoniku suppost). Li mmur nara x-xitan hu gest skaramantiku estrem li jista' jitqabbel ma' dawk l-idejn tal-polystyrene enormi li jilbsu s-supporters tad-Dallas Cowboys waqt is-superbowl imma forma ta' qrun.
Din kienet wirja interessanti hafna tal-manifestazzjoni tad-dimonju f'persuna mill-medjuevu s'issa. Eccellenti, b'ricerka tajba hafna u organizzazzjoni bil-ghaqal.
U b'hekk - almenu nispera - mhux ser jigruli affarijiet sfigati ghal xi zmien. Nispera.
PS Kontu tafu li Satan tigi min Stn li tfisser ir-ribelluz fil-kultura pre-pre-pre-medjevali ebraika? U kontu tafu li Trieste hi Trst bl-Isloven? M'ghandhom xejn x'jaqsmu ma' xulxin dawn iz-zewg affarijiet, izda t-tnejn mprncbbli.
0 Yays/Nays
Publica un comentari a l'entrada
<< Home