dimarts, de març 22, 2005

on y va

malta jumejn ohra

  • gebel u trab,
  • sinjali tat-traffiku bl-Ingliz,
  • persuni li naf u ohrajn li ma tantx naf,
  • il-71 tohodni Birkirkara ghand ommi u missieri mhux Delta,
  • it-timpana tal-maxims (kif ukoll l-insinja safra u sewda ta' dan l-istess hanut),
  • il-flats tal-gvern li qed jinbnew iktar 'il fuq mid-dar tal-genituri tieghi,
  • il-gazzetti bl-Ingliz miktuba fi stil Ingliz tal-50/60ijiet u b'tipa tat-80ijiet,
  • tghid Mai Dire Gol ghadhom juruh?,
  • irrid nipprova nidher ftit tough meta naghti l-flus lix-xufiera tal-linja u ma ndoqqx il-qanpiena minn wisq qabel,
  • id-dar tieghi l-belt,
  • il-hbieb,
  • ricotta salata minghand it-Tower Supermarket,
  • ser norqod ghand il-genituri (is-sodda iebsa).

izda

  • irrid nibqa' b'mohhi miftuh,
  • ma rridx niggudika l-Malta wisq jew niftahar zejjed b'li ghandi fi Brussel (niftakru li ghalkemm il-Maltin jaqlghulha l-hara l-Malta huma touchy hafna meta barrani jitkellem b'mod neggattiv dwar il-post. Jien ili nieqes iktar minn sentejn... hemm min jikkunsidrani barrani digà?),
  • ma rrid inwegga' lil hadd,
  • mhux kulhadd daqshekk interessat f'hajti u ta' min nirrispeta dan il-fatt,
  • m'hemmx lezzjonijiet ta' l-Olandiz (u m'hemmx Olandiz u m'hemmx Franciz infatti),
  • hemm Prim Ministru li qatt ma ghext taht ir-regim tieghu.

barra minn hekk

  • ser nipprova niehu pjacir,
  • ser nimxi passiggati twal mal-breakwater tal-Belt,
  • imma ma jirnexxilix ma nkunx stressjat.

....u ghalfejn sejjer ezattament?

3 Yays/Nays

Blogger noel tanti opined / qal...

ghalfejn?... mela...

-ghax iddejjaqt tivvjagga fuq toroq lixxi
-ghax iddejjaqt tkun tren il-boghod minn hafna pajjizi
-ghax iddejjaqt tghix imdawwar bil-kultura
-ghax iddejjaqt tiltaqa' ma' nies li ma jitkellmux il-lingwa tieghek izda li jifhmuk aktar minn dawk li jitkellmuha...

-u ghax inti ghandek go fik omunculu zghir malti li ggorru mieghek kull fejn tmur

3/23/2005 10:21:00 a. m.  
Blogger Erezija opined / qal...

Malta ta' l-ostja man. Il-lejla sejjer nara pageant tal-gimgha l-kbira. Ghandkom minnhom Brussell?

3/23/2005 01:21:00 p. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

noel (nigredo) - jien Malti noel. meta gejt hawn irrealizajt kemm jien Malti.
alex (erezija) - iva

3/23/2005 02:42:00 p. m.  

Publica un comentari a l'entrada

<< Home