il diavolo non è così brutto come lo si dipinge
test miktub f'Malta. naqra skadut issa imma xorta jfuh.
i.
Qieghed Malta bhalissa u ridt inizjalment nikteb xi haga ghax kont sorpriz kif Mark, Toni & co qeghdin pjuttost kwieti dwar l-affari.
Malta qieghed niehu hafna pjacir u nhobbu l-post. Sewwa smajtu. Jekk qed tistennew balla kattiverji jew lista ta' l-affarijiet li qed idejquni - biss ejja nkunu cari; jien gejt b'aspettattivi tant baxxi li anke l-Botswana seta' jilhaqhom.
Li tlaqt minn Malta immaturatni. Inhossni iktar komdu mieghi nnifsi u ma' min jien, sirt socjevoli hafna (kwazi estrovert x'hin jidhol il-vino), sirt iktar kalm. Malta kienet dejjem dik it-tfajla li twikkejt biha u ma stajt nehles minnha b'xejn li kellha xebgha karaterristici irritanti u antipatici. Wara li tinfirdu biz-zmien tghaddi f'diversi stadji: l-ewwel hi ma tkunx trid tara dik il-persuna b'nemes (iva, iva issa nibqghu hbieb...), wara tipprova tevita jekk jista' jkun u tkompli hekk sakemm jekk taraha fuq in-naha l-ohra tat-triq taqsam biex tkellimha u tibda tirrakuntalek u terga' tara l-karatteristici negattivi hergin - biss din id-darba mhux qed jiffrustrawk, jirrabjawk u jirritawk imma qed titbissem u kwazi tiggustahom - kemm hi helwa Malta, tant iffakkjata, tant imhawda u kemm saret iktar straight u intolleranti (u hxienet!). Kuntent li m'ghandix ghalfejn nohrog jew nghix maghha imma kafe ghand Cordina niehdu maghha. Fi kliem iehor sirt tant Belgjan li rnexxieli nsir Malti.
ii.
Hassejtni tajjeb hafna waqt il-party li gie organizzat mill-eccellenza skapiljata tieghu is-Sur Alex (fejn kien hemm gabra ta' nies li jdoqqu f'gruppi, jintefghu fuq il-forum ta' Scaremongering u eks-tennisti mil-U.R.S.S. Insomma, le, tennisti forsi le) li gie organizzat fil-Hunters Palace (blokk tal-marija madonna appostolika - sofistikat... lanqas tiftah il-grada m'hemm ghalfejn ghax awtomatika u l-parapett ma jispicca qatt - tisthajlek qieghed Santa Monica!).
Kont tajjeb hafna kull fejn kont u ma' kull min iltqajt in generali waqt is-soggorn tieghi f'Malta. Hadd ma pprova jissindika jew ixewwex jew b'xi mod iehor idejjaqli l-bajd. Kulhadd kien dispost jiltaqa' mieghi. Nibghat SMS hekk forsi dak li jkun irid jiltaqa' u nircievi telefonata li disposti li jitilqu kollox u anke siegha ohra jiltaqghu mieghi.
Hawwadtni Malta tieghi. L-ewwel taghtini bis-sieq u tghajjarni u f'mumenti ohra tghamilli xi rigal mhux mistenni bhal dan...
iii.
Mort il-purcissjoni ta' kristu rxoxxt f'Hal Qormi u wara kien hemm ikla ghand ir-Razzett l-Antik mal-kunjata ecc, ecc, ecc. Tajjeb kien, biss minhabba l-kostumi u x'naf jien kien naqra stil Disneyland kieku din kienet ipprogettata minn Gawdenz li kien ibigh il-halib tal-moghza wara l-knisja ta' San Bastjan.
U hawn jien id-dar... attakat min hoss li niftakar sew meta kont nghix mal-genituri: zewg TVs full-on (vera qed javvicinaw il-pensjoni x-xjuh imma donnhom ghandhom predilenza biex isiru xjuh li joqoghdu jghidu "eh hi x'ghedt" wara kull haga li tghid. Kif tikkompeti ma' lehen Becky jew Karl Stagno-Navarro meta dawn ikunu qed ihangru b'volum ta' 3000 decibels?) u nkompli nirrealiza li Malta mhux post taz-zobb biex tghix - biss jaf ikun estremament boring. U iva zgur ser jaqbez xi hadd u juruni kif u ghaliex mhux boring imma skuzawni ma nistax naghtikom ragun - f'belt kbira zgur hemm iktar x'taghmel, iktar fejn tmur, nies ma' min tintegra (ma nhossnix komdu fl-irhula jien) barra minn hekk hemm feeling ta' konvivjalita' li qatt ma tonqos mir-rispett u ma tirfisx fejn m'ghandhiex tirfes u hemm hafna elementi prattici (ex 1, 2, 3) li wiehed irid iqis ukoll.
Biex tkun kuntent f'Malta inhoss li ma tistax "tintegra" daqstant facilment ma' l-elementi kollha ta' madwarek imma trid tibni nicca ghalik (arti, films, muzika, kitba, hsieb, ecc), tidhol fiha u ma tohrog kwazi qatt hlief biex iggib ispirazzjoni jew "ghodda" sabiex tkompli tahdem fuq li kont qed taghmel fin-nicca. M'inix komdu nghix f'nicca jew illuzjoni kostanti ghalissa. Trid titfa' rasek taht ir-ramel jew iddahhal subghajk f'widnejk u tghajjat "tajjeb! tajjeb! tajjeb! tajjeb!" f'intervalli regolari u tibblokka r-realtajiet negattivi kollha minn hajtek. Haga li tirrikjedi sforz mentali u spiritwali enormi - sforz li, onestament, tista' tuza ghal xi haga ferm iktar kostruttiva minn hekk.
0 Yays/Nays
Publica un comentari a l'entrada
<< Home