konoxxenzi, hbieb u l-ispazju fertili ta' bejniethom
Wise man to keep a curbing hand upon the impetus of friendship
If a man should importune me to give a reason why I loved him, I find it could no otherwise be expressed, than by making answer: because it was he, because it was I.
Jien minn dejjem kont interessat fis-suggett, imma specjalment issa, ghax fi zmien ftit xhur il-hajja socjali tieghi inbidlet. Minn ftit hbieb intimi tghoddhom fuq ponot subghajk, li minhabba distanza dejjem qed ninqatghu iktar minn xulxin, spiccajt b'armata zghira ta' hbieb u norganizza l-affarijiet. Side-effect ta' kemm immaturajt u sirt iktar outgoing u inqas konxju tieghi nnifsi hawn.
Dejjem iebes tara fejn tibda semplici konoxxenza jew inkella hbiberija jew dik l-area maqbuda fin-nofs (x'tista' ssejhilha?). Qabel kont prezzjuz hafna ma' min nuza il-kelma "habib". Anke hekk fis-semplici kuntest ta' "tlaqna 'l hemm habib?". Forsi m'ghadnix daqshekk prezzjuz ghax immaturajt, il-valuri ta' xi rrid mill-hbieb ma baqghux daqshekk difficli u sirt iktar naccetta n-nies kif inhuma u nista' nesprimi mhux biss dak li nahseb izda dak li ma nahsibx ukoll. It-thinker sar feeler fl-ahhar?
U ahna l-bloggers, li noqoghdu niccekkjaw il-kummenti li hallewlna fil-blogg u niktbu fil-blogg ta' l-iehor, x'nigu fir-rigward ta' xulxin? Hbieb virtwali li tista' tizviluppa f'relazzjoni iktar mill-qrib jew nies f'relazzjoni simbjotika posittiva ibbazata fuq ir-rikonoxximent tal-kontenut u l-istil tal-kitba taghna? Jien nghid l-ewwel wahda, posittiv wisq biex nghid it-tieni - imma nahseb mhux kulhadd jaqbel mieghi... jew?
5 Yays/Nays
Dejjem iebes tara fejn tibda semplici konoxxenza jew inkella hbiberija jew dik l-area maqbuda fin-nofs (x'tista' ssejhilha?)
Gybexi, jiena kieku nsejħilha kompliċità...
tahseb? imma komplicità ma fihiex ukoll undertones negattivi ta' serq, ecc?
insomma - heqq. x'taqbad issejhilha eh? l-option tieghek taghmel l-iktar sens s'issa :)
jiena aktar insejhilha 'stennija'... stennija sakemm tigi l-okkazjoni/sitwazzjoni li ggaghlek tintefa' fuq naha jew fuq ohra...
rigward nies li jghixu minghajr hbieb, ma nafx... jew giddibin u qed jghidu hekk biex jilaghbu l-loghba tal-bad-boy-rebel-without-a-cause-arawni-kemm-jien-cool... jew jibzghu jinvestu f'relazzjoni ghal kwalunkwe` tip ta' raguni... jew dutturi u qed jistennew 'the right people'...
li naf cert hu li jekk jghaddu minghajr hbieb zgur mhux qed jiehdu xi hafna pjacir...
right said, er, noel!
il-klikek nahseb huma r-rizultat ahhari ta' x'jixtieq bniedem. kulhadd irid jithallat u jaghmel imma fi strutturi ta' hbiberija definiti.
nahseb kulhadd ghandu "dar" u "hrug". speci ta' "d-dar" tieghek huma l-hbieb bl-istess interessi u meta tohrog, biex tvarja, forsi tohrog ma' hbieb li m'ghandhomx l-istess interessi/outlook dwar il-hajja imma li xorta tiehu pjacir imma fl-ahhar mill-ahhar tergar tmur "id-dar" ghand il-klikka tieghek.
isem franciz jonqosni (u pipa) u tghidx kemm nimpala flus jekk nikteb ktieb tal-filosofija :p ahem.
Publica un comentari a l'entrada
<< Home