dilluns, de maig 02, 2005

osservatori osservati

ftit surreali l-bicca... nhar il-gimgha filghaxija kont ftit tipsy nistenna l-ahhar xarabank lejn id-dar wara lejl ta' degustazzjoni ghand il-Beer Circus. kif jigri, id-Delirium Tremens, il-Hoegaarden, l-Hercule u hbieb relatati kienu qed jaghmlu xogholhom u jgeghlu c-celulli grizi jizfnu l-can-can u jaghmlu spettakolu ta' Vaudeville f'mohhi.

nahseb kont nidher ftit fis-sakra u l-Bruxellois ma kinux qed jaghtu kasi (ma tkunx ezattament f'minoranza fis-sakra l-gimgha filghaxija) sakemm kont qieghed nistenna x-xarabank fuq l-istage kont qed norqod, inqum, nippassigga u nkanta diski minn taht l-ilsien u ghalkemm kont qed nara lill-kulhadd qisu karattru f'film ta' Svankmajer ilmaht tnejn li kienu qishom maltin u bl-accent Slimiz ipacpcu bl-Ingliz imfarrak kif tal-pepé biss jistghu ifarrkuh.

ersaqt lejhom, u forsi ersaqt vicin wisq, u hi qalbet ghall-Malti - jew xi haga vicin il-Malti insomma, "attent ghall-bag! he's coming here this one" "it's orrajt. i've seen him", "ara jifhmek!", "u ejja! you think li jaf bil-Malti jew? nahseb even jekk nitkellmu bl-ingliz biss he won't understand!", jien ersaqt 'l hemm u tbissmu tbissima ta' komplicita' lil xulxin li helsu minni, komplew jinkwetaw fuq kull sakranazz, immigrant u kwalinkwe persuna ohra li mhix arjana sober.

jien
ma nafx bil-Malti?! kemm sejrin zball l-ahwa...

5 Yays/Nays

Blogger Erezija opined / qal...

hehe darba wahda fis-siegha ta' filghodu fic-centru ta' Praga lmaht grupp Maltin ma' John Bundy (mid-dehera jaghmilha ta' tourist leader)u ghamilt l-isbah nofs siegha nistenna t-tram maghhom, indur fosthom u nhares lejhom bl-ikrah. Huma wkoll hasbuni pickpocket, u wiehed mill-grupp anke ssuggerixxa li jistaqsuni fejn jistghu jsibu xi haxixa. hehehe kelli fil-but. imma ma kontx intihom kieku.

5/03/2005 08:42:00 a. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

hekk kien jonqosni! jien diga karattri svankmajerjani kont qed narahom in-nies...

praga + haxixa + john bundy jonqosni... madonna kieku!

isa hej kemm huma "cool" it-tomblizi li jduru praga ma' John ifittxu l-ismoke...

5/03/2005 10:52:00 a. m.  
Blogger Mark Vella opined / qal...

Ma jqabbdulkomx id-dwejjaq dan-nies, madonna! Mid-dehra Brussell imdewwed bihom, u l-Kurat u Mejlak fula f'qargha.

Imhatra li naqta' 'l min jivvutaw!

Hawnhekk, fil-Lussemburgu 'boooring', flok akkolti tal-partiti hawn xebgha mahrubin u latitanti...li riedu jaghtu xutt lil Malta f'sormha.

Jalla l-Lussemburgu jibqa' sorm id-dinja u ma jersqux 'l hawn dawn li semmejtu.

5/04/2005 04:31:00 p. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

brussel (inkl. "is-subborgi" - vlaams brabant) ghandha ftit iktar minn 2.5 miljun cittadin - ewrokrati hemm madwar 25,000. hafif hafna tintilef f'mewga ta' nies bhal dik ghall-grazzja t'alla.

in-nies li jahdmu ma' l-UE fil-Lussemburgu huma wahda mill- affarijiet li thajjarni mmur lura kieku, waqt li hawn huma wahda mir-ragunijiet li kieku thajjarni nitlaq.

imma xorta ahjar hawn - brussel inhobbha mhabba kbira; belt nordika bi spirtu latin b'hafna affarijiet interessanti (fuq livell ta' kultura bil-k zghira). m'intix imgieghel taghti kas il-persentagg maltin antipatici (ghax mhux il-maltin kollha.. il-maggor, maggor parti) ta' dak il-1%. mhux xi haga iebsa. u jkolli nammetti li n-nies li nahdem maghhom li mhux Maltin huma nies interessanti u/jew simpatici.

il-motto ta' hajti gibtu minn tarka li kellu furnar fil-Lazio: "se cuntento vuoi campa', i cazzi tuoi te devi fa'"

5/04/2005 09:50:00 p. m.  
Blogger Antoine Cassar opined / qal...

Interessanti dal-paragun bejn Brussel u l-Lussemburgu. Il-Lussemburgu veru daqshekk tedjuz u ta' dwejjaq kif jghidu?

5/06/2005 01:04:00 a. m.  

Publica un comentari a l'entrada

<< Home