kollox jisparixxi u hafna jinbidel
Wara migja ta' malajr lejn il-belt kapitali à distance tar-"Repubblika" ta' Malta, u lura u wara sfiga bollettjana (il-bagalja bl-affarijiet kollha tieghi u tad-dolce meta sparixxiet, litteralment sparixxiet, f'Waterloo) il-hate affair li kelli ma' Londra majna u majna hafna - tant li nahseb insejt il-mibeghda geografika fil-bagalja. Insomma, tant majna li sirt habib intimu ta' Londra.
Fost affarijiet ohra indagajt ftit dwar xoghol u interessajt ruhi nahdem mal-Kunsill Lokali ta' Tower Hamlets - kunsill li ghandu logo ta' ditta tat-teabags Maltija. How unfortunate.
Insomma - ha nghid affarijiet li ser inbiddel il-fehma dwarhom wara gimgha jew inqas:
- Sirt ftit nitnejjek issa li xi Maltin jitkellmu bl-Ingliz u nitnejjek li l-unici nies li jitkellmu (hlief l-Inglizi u l-Irlandizi) bl-ingliz huma non-Ewropej (ie, Pakistan, Indja, Bangladesh, Zimbabwe, etc). Turi biss injoranza lingwistika - nies li mhumiex kapaci jitkellmu b'mod adekwat f'iktar minn lingwa wahda - f'dan il-kas lingwa ohra hlief l-ingliz. Jien ser nibqa' nipprova nikkomunika b'mod adekwat bil-Malti, bl-Ingliz, bil-Franciz u bit-Taljan u m'ghandi l-ebda intenzjoni, issa kif qabel, nirrispeta lill xi hadd li jqis ruhu trilingwu, u jghid li hu trilingwu, bla ma jirnexxielu jikkomunika affarijiet bazici b'iktar minn lingwa wahda.
- Ma nsibx il-kwistjoni ta' Malta problematika. Ahna pajjiz tal-Commonwealth. Ex-kolonja Ingliza. Bhala hekk, ahna hadu hsiebna l-generali mustaccuni Inglizi kolonjali - ma nara xejn hazin li nigi mitfugh ma' l-eks kolonji l-ohra - kemm mal-Pakistan kif ukoll mal-Kanada. Ahna wiehed mill-hafna pajjizi li kiber b'affarijiet inglizi f'kultura indigena (fil-kas taghna Italo-Maltija). Interessanti kif wiehed mill-akbar komunitajiet zghar f'Tower Hamlets kienu c-Ciprijotti, l-Amerikani, il-Francizi u l-Germanizi. Kien hemm Amerikani u Francizi daqs kemm kien hemm Nigerjani!Londra dejjem kienet ghalja. Tant saret ghalja li trid tikkonsulta l-manager tal-bank tieghek qabel ma tordna birra. Trid xi borza krisps tajbin ghal mal-birra? Good morning HSBC Birmingham mortgages department, CarolinespeakinghowmayIhelpyou. Mhux b'xejn riklami ta' self ta' flus kullimkien. Dawk huma ghall-imgienen li ordnaw pizza...
- L-Inglizi qed jehxienu. Wara li dawn l-ustja Belgjani/Olandizi geghluni nhossni inferjuri u ohxon bil-waistline tant invizibbli li kieku kien jaf James Bond kien juzaha biex jistahba u jnemmes xi spija Russa taghhom, rajt kif saru l-Inglizi. X'poplu ta' ciccuni. U mhux dawk bil-flokk ta' l-Ingilterra, bil-Buckfast f'idejhom u c-curkett tad-deheb f'subajhom biss, anke Mr. Briefcase-f'Covent-Garden sar u Mr. Alternative-Multimedia-artist-li-studja-Goldsmiths*-u-jghix-f'bedsit-f'Elephant&Castle saru ciccuni. Ejja, kuragg, morru naqra fuq it-treadmill... that'll be £90321.99 please
- Nerga' nirrepeti ghal min ma ndunax x'qed jixrob - Starbucks tal-qamel. Il-McDonalds tal-kafé. Imma bid-differenza tal-McDonalds (li jafu jaghmlu Big Mac), Starbucks ma jafux kif jaghmlu double decaf latte nero macchiato panna doppio with vanilla no chocolate. Lanqas kafé iswed ma jafu jaghmlu. Imma jien ma nixrobx kafe, ergo nitnejjek altament... biss il-muffins huma - u hadd mhux ser imerini hawn - tal-fiberglass.
- One biscotti. One panini. Le. Ha nghidilkom bl-Ingliz ha tifhmu.. Not to be the pedantic voice of reason (something I'm good at) but give up speaking Italian if you can't speak Italian. One biscotto, one panino. The "i" becomes an "o" and vice-versa. Simple ni?
- Ahna c-cwiec niggieldu dwar l-Ingliz imma l-Inglizi jigu jaqghu u jqumu. Waterstones jirreferu ghalihom infushom bhala bookstore (mhux shop) u anke l-ahhar fawstu ta' kultura pop brittannika - Dr. Who - ghandu Dalek Cookie Jar mhux Dalek Biscuit Tin. Jekk nisma xi Malti jikkoregi l-Ingliz ta' Malti (specjalment jghidlu li "dik il-kelma Amerikana mhux Ingliza" iehor nahlef li jaqla' daqqa ta' muffler f'rasu minghandi. Exterminate, Exterminate indeed.
*PS M'hemm xejn hazin li tkun studjajt Goldsmiths. Apparti milli hi l-alma mater tieghi (u nhobbha), marru ukoll Damien Hirst, Vivienne Westwood u xebgha nies ohra li qatt ma ghamlu b'sitt habbiet xoghol f'hajjithom. Nahseb jien deluzjoni f'dak il-qasam. Sfortunatament jien hdimt - u hdimt hafna.
1 Yays/Nays
iecch ioghgboch ibaghtli l-istoria ta tant sfiga.
tista tichteb bil malti liberu. m'hemmsc ghalfei corrige.
gs
Publica un comentari a l'entrada
<< Home