dimecres, de maig 11, 2005

ricard u ricord flimkien ihabbru t-tibdil

Tibdil fil-blogg
  • Mhux ser nibqa nikkoregi l-Malti tal-posts. Wara li nikteb normalment noqghod nikkoregi l-ortografija. Haga li mhux naturali hafna u li saret iddejaqni. Halliha tohrog kif trid...
  • Il-blogg mhux ser jibqa esklussivament bil-Malti imma bil-lingwa ta' mohhi... hekk kif jigu l-kliem f'mohhi u irrispettivament ta' b'liema lingwa jigu. Nibqa naghti preferenza lill-Malti ovvjament u nibqa nikkomunikah kif suppost izda l-krucjata kontra l-Ingliz spiccat. L-Ingliz joghgobni, u anke l-Inglizi.
  • Qieghed nuza l-kelma "blogg" u mhux "blog". X'differenza taghmel? Xejn.
  • Xbajt nuza l-blogspot. Dejjaqni u ma nifilhux aktar. Kieku nuza l-LiveJournal imma ma nistax inbabas fih daqs kemm nista' mal-Blogspot/Blogger. Imma Blogger frustranti wisq meta ma jridx jikkoopera. Min ghandu xi ideat jghidli. LiveJournal meta tuzah ma programm bhal Semagic hu, erm, magic. Imma naqra ikrah miskin.
--------------
Amarcord (cosi fan' tutte...)

Stampa cara: jien, il-gurnata li ghalaqt snini (18-il sena, adult issa) fuq bank il-British High Commission il-Furjana nipprova nitlaq 'l hemm. Ghaddejt il-birthday fuq dak il-bank nistenna wara hafna Afrikani... helsu minni b'"ghandek familja hemm? mela le ta... heqq - kif trid tmur...". Ma qalulix li kien hemm working holidaymaker scheme - sena, sentejn jekk tahdem part-time.

Kont iffissajt fuq mappa tat-tube u l-ferroviji tas-subborgi li kien taghni wiehed, inhares lejha ghal sighat twal u nimmagina (qatt ma kont mort Londra), waqt li l-ewwel album tal-Portishead, ghadu johrog, jitharbex fil-Walkman li kont xtrajt mill-Monti u magazine li kien beda jigi Malta ghall-ewwel darba jismu The Wire. Fuq l-internet, dik it-tieqa importantissima ghal dinja ahjar u iktar interessanti li forsi ghenitni "nimmattura" fil-Holden Caulfield li kont/li jien illum, mal-LinkNet ta' Hal Qormi - fejn kellek iccempel ghal 20 minuta biex taqbad - "kelli" zewg tfajliet minn Londra, hbieb, ma wahda minnhom kelli relazzjoni mill-qrib hafna.

Grazzi ghal skrivan skansafacendi jien qatt ma mort nghix Londra meta kont zghir/izghar. Kont inkun bniedem differenti llum kieku... Kont anke fittixt alternative routes where possible (bhal ma jghidu meta jkun hemm hsara fuq il-Victoria line ghal Brixton... ridt nghix fil-Barrier Block infatti ja bahnan li jien) .
  • Alternative Route 1: kont naf li l-buznanna kienet Spanjola (u Spanja qieghda fl-UE u l-Ingilterra qieghda fl-UE, u Londra qieghda fl-Ingilterra)... mort l-insinwa forsi b'fortuna n-nanna li qatt ma ltqajt maghha kienet twieldet Katalunja. Le. Pauleta-Ana Dolores Depares, post ta' twelid: Valletta.
  • Alternative Route 2: Fittixt fuq l-internet, bil-modem 14.4k u l-Lynx, dokumenti legali Inglizi - forsi ommi tista' tapplika ghal cittadinanza ghax twieldet meta konna kolonja tal-kuruna Ingliza, u b'hekk jien "nsir Ingliz" ukoll. Imma bdejt naqta qalbi u hawn qbajt... u ftit snin wara - ftit qabel Malta dahlet fl-UE, irnexxieli nahrab. Better late than never. Nispera dak l-iskrivan ghazzien qed jaqra din il-bicca u kif irnexxielu jibddili hajti u min jien illum... forsi ghall-ahjar?

2 Yays/Nays

Blogger MaltaGirl opined / qal...

Jien kont bdejt ma' Blogger, imbaghad uzajt LiveJournal, u sibt l-istess problemi...

Issa qeghda ma' Typepad, li ghadhom kif xtraw il-Livejournal, u ghogbuni hafna. Ghandhom nies "live" li jwiegbuk fil-pront :-)

Ghat-typepad jkollok thallas; hemm tlett "livelli", u l-iktar li thallas, l-iktar li jkollok features u kontroll fuq id-dehra tal-blogg. Jien bhalissa nuza l-livell tan-nofs, li jiswini $8 fix-xahar. Irhas minn ikla :-) u ghal dan ghandi tlett bloggs (ghandi blogg ghat-tesi, u blogg ghal ritratti biss) u 100 megabytes storage ghal ritratti/audio files ecc.

http://www.typepad.com

5/12/2005 01:55:00 a. m.  
Blogger Kenneth opined / qal...

Din tal-bloggs irrid naraha. Il-Blogger qabbizhieli, u bl-ikrah ukoll!

Irrid nara naqra x'alternativvi jezistu, bhall-WordPress ecc, pero' bicca minnhom jinvolvu naqra l-aspett tekniku (biex tinstalla l-blogg fuq server/servizz ta' hosting tieghek ecc) u forsi mhumiex addattati "ghal kulhadd", bhalm'hu l-Blogger li jitimghek bl-imgharfa halli zgur ma taghmilx iktar xoghol minn zewg klikkjaturi l-izjed.

5/13/2005 01:55:00 p. m.  

Publica un comentari a l'entrada

<< Home