dijous, d’agost 30, 2007

Iz-Zorro tax-Xemx kontra s-Surgent Grizia

Il-granet qed jiqsaru u nahseb dalwaqt ser ikolli nohrog il-kowt. Ix-xemx, li tant inhobb, ser tmur tiberna u minflok ser jitfaccaw id-draches ghal xi zmien. Il-fatt li jien naqra metereopatiku ma jghinx lanqas.

Allura qed nikkompila lista ta' l-affarijiet li nista' naghmel biex niggilidilha, jew almenu biex intaffi l-impatt.



Fost affarijiet ohra...

  • Imhabba, diskussjonijiet twal imma intelligenti, hbiberija, pacenzja
  • Orval, Palm, Westmalle Triple jew Grisette
  • Platt ghagin ta' dimensjonijiet olimpici (b'naqra Pecorino Sardo mhakkek fuqu)
  • Pastini Marokkini tajbin
  • Film ta' Ciccio e Franco
  • Splatterhouse fuq il-MAME
  • Té bin-naghniegh frisk (u bil-pinjoli), b'hafna zokkor
  • Zalzett cacciatore bil-brébis fuq bicca hobz mixwijja
  • Xemx, Wisq Sabaaaeeeha tat-Tramps
  • Mixja wahdi fil-park misterjuz*
  • Kuncerti u films
  • Ezercizju fiziku (ma rridx sonza sas-sajf tenkuverimacc...) u tai-chi (...u lanqas stress)
  • Naqra xi artiklu minn Cabinet fuq il-pultruna fl-ufficju tieghi d-dar
  • Katsudon
U taghkom?

*Il-park misterjuz hu gnien (park) li sibt hawnhekk. Huwa mizmum fuq l-idejn u hu (almenu ghalija) ta' sbuhija inkredibbli. Anke biss li nkun hemm nippassigga jew noqghod fuq bank ittini pjacir. Iva, anke fix-xita mmur. Ghadni qatt ma rajt ruh ohra miexja f'dan il-park tant ma jafux bih in-nies. U mhux ser nghidilkom fejn qieghed - find your own! :p

Etiquetes de comentaris:

divendres, d’agost 17, 2007

Mhux b'xejn kienu jghiduli l-Peking

M'inix wiehed minn dawn l-iffissati fuq il-Gappun jew l-Asja imma bhalissa qed naqra Hong Kong Comics: A History of Manhua. Illum ghaddejt hafna mill-hin go supermarket Ciniz in-naha ta' fuq ta' Brussell infittex xi ingredjenti, kilt ross bit-tonkatsu u tè iswed tal-banana mill-Korea. Dalghodu qabel ma mort ix-xoghol qadt nara bicciet minn wiehed mill-films favoriti tieghi, u bhalissa qed inlesti kju ta' l-episodji ta' wiehed mill-iktar kartuns kult u tal-biza li qatt rajt f'hajti fuq l-eMule. L-iktar zewg kuncerti li qed nistenna herqan din is-sena huma ta' Ryoji Ikeda u tal-Boredoms.



Ghajnejja diga mgebbdin imma qed inhosshom jiggebdu dejjem iktar bil-minuti. Nahseb il-lejla ahjar nordna pizza - ma mmurx nohrog ghada filghodu u nsib ruhi f'Tokjo minflok Brussell. Then again...