divendres, de desembre 16, 2005

l-istima tal-perit + CS + hohoho

Qabel ma nohorgu r-rukell...

Il-bloggata ta' llum hi ddedikata lil Sandro u d-D li hadu hsiebna b'turtiera gajdriet, brébis u chèvre galore, baguette 140 u naqra vino waqt il-visita' taghna f'Belleville f'Parigi (li hi suppost perikoluza imma fil-fatt hi pjuttost gentrifikata u perikoluza daqs tazza xampanja... mhux ser tibda ma' Liège* insomma).

Anita u jien nirringrazzjawkom mill-qalb ta' l-ospitalita' taghkom. Ghalkemm Parigi darsitni ftit ghall-ewwel (turistika wisq u sakemm kont qed nikkontesta kont ta' iktar minn EUR 4 ghal-landa 'juice frisk' hrigt bl-islogan ghat-turisti "Visit Paris - a place for the easily pleased or the easily fleeced"), fl-ahhar sirt inhobbha xorta wahda. Meta wasalt id-dar, ghal xi raguni intfajt nisma lil Bénabar u qghadt attent biex nisma' l-kliem ta' Saturne. Em be...


*Ghawdex jissemma' f'dan ir-rapport ukoll...

----

Ride the mails!

Sibt dan is-sit (couchsurfing.com) - jidher interessanti l-progett. Hemm xi hadd ipprovaha diga din il-bicca xoghol?
----

Hohoho

Il-festi t-tajba lil kullhadd... jekk triduni ser inkun ic-centru (in-nahat ta' Ste-Catherine) niffanga, nisker u nikkonsuma.
----

L-istima tal-perit

BINI #1


Ewlogju ghal forsi l-iktar bini li joghgobni (il-Kunsthaus Graz). Gieli tara bini ma jmurx mal-bini ta' madwaru. Imma meta bini hu bhall-Kunsthaus ta' Graz iebes imur ma' kwalunkwe bini li jista' jkun hemm madwaru. Tani l-istess emozzjonijiet meta rajtu f'rivista bhal meta rajt il-bini ta' Selfridges f'Birmingham l-ewwel darba. M'hemmx x'taghmel - toghgobni l-blobbitettura.



Li nsir perit kienet wahda mill-ideat falluti li kelli (ghax ma segwejtix) - tmur ma' l-ohrajn fil-kexxun ta' ideat falluti jew li qatt ma hdimt fuqhom (fosthom muzicist, attur professjonali u pilota ta' l-ajru). Min jaf l-Archigram - il-grupp li kiteb wiehed mill-iktar kotba importanti fl-istorja ta' l-arkitettura moderna (imma qatt ma thallew jibnu xejn) - jitqisux falluti billi dan kien l-uniku bini li l-kapumastru tal-grupp, Peter Cook, hallewh jibdni.

Kienu kontra r-rettangoli ghax kienu jirragunaw, b'mod mhux totalment illogiku imma xi naqra kooky xorta wahda, li ma kienx hemm raguni logika ghalfejn tibni kollox f'forma rettangolari: kieku ghalfejn il-fniek ma kinux burrow rettangolari jew in-neandertal jghix/jibni kaverni kwadri? Li ma tantx kienu dilettanti tar-rettangoli hi haga pjuttost evidenti mill-Kunsthaus...

LINKS: Sit ta' l-Archigram, Ktieb ta' l-Archigram (amazon), Kunsthaus Graz (serje tal-Flickr).


BINI #2



Bini iehor li joghgobni hafna hu (wait for it) l-Atomium ghax nahseb tant hu rapprezentattiv taz-zmien li fih inbena u barra minn hekk kull ma rrid naghmel naqbad tram biex narah. Kien zmien meta ma kinux jitwerwru minn ideat godda. M'ilux kont is-suq tal-brieghad u xtrajt Viewmaster u reel ta' l-Expo 58 li b'mod pjuttost innocenti kien jghid "daring architecture! gay life around the pavillions!". Ma kienx zmien hazin ghall-muzika elettronika b'Stockhausen, Xenakis u Edgard Varèse mhux biss imhallsa minn labels enormi biex jikkomponu imma dawn l-istess labels bnewlhom paviljun apposta... xoghol Le Corbusier li qal (b'mod forsi harira pretenzjuz):

"I will not make a pavilion for you but an Electronic Poem and a vessel containing the poem; light, color image, rhythm and sound joined together in an organic synthesis."

X'kien ghaddej dak iz-zmien meta kulhadd kien mohhu jiskopri l-ispazju, jibni magni godda u arkitettura bhal qatt ma saret qabel u jhallas il-kompozituri biex jaghmlu hafna hsejjes strambi minflok tralala?

diumenge, de desembre 11, 2005

unplugged temples

row, row, row your boat gently down the stream...

Kellha tkun Londra l-art mweghda tal-Maltin... minflok dawn huma l-artijiet li n-nies taghna qed jiskopru bil-mod il-mod...




#1: L-irlanda (Dublin u Cork)

1830 gobb fl-Ewropa lesti ghalina, hafna minnhom fl-Irlanda. Hemm dawk il-200 jew 300 li telqu biex jirrangawlhom il-kompjuters (ma nistax insib l-artiklu, sorry) jew ibgahbsulhom fil-kontijiet s'issa li nafu bihom...


#2: Belgju u l-Lussemburgu (Brussell u l-Lussemburgu)

Mhux qeghdin hafna (ma nahsibx li iktar minn 150-200) imma xorta ahna numru sostanzjali...


#3: L-iskozja (Aberdeen)

Li qed jghallmu t-tfal skoccizi u jsuqu l-vannijiet u l-karozzi tal-linja taghhom. Daqt naraw amalgamazzjoni tat-tnejn u jarmaw flotta minibuses ta' l-iskola...


#4: Wejls (Pontypridd, Cardiff, Risca)

Muwv bakk plijs! Ejja! Oi, yn wysg ei gefn almadunna, mela ma tifhmux bil-Welxx jew?!

---

Milli jidher l-Irlandizi l-iktar li jirrispettawna - jirrispetawna bizzejjed biex ihalluna naghmlu affarjiet tipo nimmaniggjaw il-flus taghhom u nbaghbsulhom fil-Windows. L-ohrajn iriduna nikkoregu t-tfal docili taghhom jew insuquhom ix-xoghol bla ma nitkellmu (iva - ibaghtu dak il-mignun li s-soltu jaghmel is-62 jew is-667 u ara jiqafx jitkellem...).


Hemm xi ohrajn li jridu jitnizzlu mal-lista?

diumenge, de desembre 04, 2005

buffet #1

Who says we haven't got low fares?

Hafna nies fil-fatt, fosthom jien... Air Malta - trois points (third place insomma) fil-klassifika ta' l-EwroHaxi avjarju.

Kif il-ostra iggibhom il-low fares? Jew farsa din li bhal kwalunkwe kumpanija Maltija meta xxomm naqra kompetizzjoni fil-boghod tivvinta erba' offerti (foloz) ta' malajr.


Ghall-bloggers Lussemburgizi din..

...biex tghinhom jintegraw u jkunu iktar awtentici meta jcemplu l-helpdesk biex ibiddlu l-maledetta tastiera QWERTZ ta' l-isvizzera-allemanika li fil-kaz tieghi kienet tiggarantixxi hafna dagha mlissen baxx baxx u serati shah tfittex il-£ jew il-€, jew, kwalunkwe key ("anaey kaey") ohra insomma...


3 ta' Dicembru - gheluq snin Jean-Luc Godard, Ozzy, Joseph Conrad... u Gybexi

Xjaht b'sena skond il-passaport/karta ta' l-identita'... imma l-aqwa li ffangajt f'bistro helu fejn kollox (inkluz d-dizerta!) kellu xi tip ta' faqqiegh fih. Il-faqqiegh inhobbu imma mhux daqs il-gobon.. u sakemm l-istedina ta' certa persuna bid-daqna, nuccali u beritta li hu mifhum li thobb izzomm il-hniezer zghar f'idejha, li ser tohodni Poitou-Charentes biex iddewaqqni l-aqwa gobon fi franza timmaterjalizza, bil-fungu f'idi jkolli nibqa'..