dijous, d’agost 30, 2007

Iz-Zorro tax-Xemx kontra s-Surgent Grizia

Il-granet qed jiqsaru u nahseb dalwaqt ser ikolli nohrog il-kowt. Ix-xemx, li tant inhobb, ser tmur tiberna u minflok ser jitfaccaw id-draches ghal xi zmien. Il-fatt li jien naqra metereopatiku ma jghinx lanqas.

Allura qed nikkompila lista ta' l-affarijiet li nista' naghmel biex niggilidilha, jew almenu biex intaffi l-impatt.



Fost affarijiet ohra...

  • Imhabba, diskussjonijiet twal imma intelligenti, hbiberija, pacenzja
  • Orval, Palm, Westmalle Triple jew Grisette
  • Platt ghagin ta' dimensjonijiet olimpici (b'naqra Pecorino Sardo mhakkek fuqu)
  • Pastini Marokkini tajbin
  • Film ta' Ciccio e Franco
  • Splatterhouse fuq il-MAME
  • Té bin-naghniegh frisk (u bil-pinjoli), b'hafna zokkor
  • Zalzett cacciatore bil-brébis fuq bicca hobz mixwijja
  • Xemx, Wisq Sabaaaeeeha tat-Tramps
  • Mixja wahdi fil-park misterjuz*
  • Kuncerti u films
  • Ezercizju fiziku (ma rridx sonza sas-sajf tenkuverimacc...) u tai-chi (...u lanqas stress)
  • Naqra xi artiklu minn Cabinet fuq il-pultruna fl-ufficju tieghi d-dar
  • Katsudon
U taghkom?

*Il-park misterjuz hu gnien (park) li sibt hawnhekk. Huwa mizmum fuq l-idejn u hu (almenu ghalija) ta' sbuhija inkredibbli. Anke biss li nkun hemm nippassigga jew noqghod fuq bank ittini pjacir. Iva, anke fix-xita mmur. Ghadni qatt ma rajt ruh ohra miexja f'dan il-park tant ma jafux bih in-nies. U mhux ser nghidilkom fejn qieghed - find your own! :p

Etiquetes de comentaris:

2 Yays/Nays

Anonymous Anònim opined / qal...

U taghna?

- bocci sakemm izomm it-temp (ghadna nittamaw fl-isfida L.I.B.A vs Bruxelles XI)
-risk, trivial, scopa, pit u anki tarot
- ikel dejjem varjat mill-elf u wiehed ktieb tar-ricetti tal-mahbuba
- insegwu il-beneamata vecchia signora kumwotmej
- kuncerti (Mika - ehe Mika) u stenduppkomedi (Elmaleh)
- vjaggar bil-kruruz
- u ovvjament bloggar u fotografija
- u mal-brebis + cacciatore inzidlek hobz mixwi bil-chorizo + mozzarella bufala

9/01/2007 12:11:00 a. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

bocci ghandna u grawnd tal-petank ukoll. ready when you are :p

(sa dak iz-zmien kompli ara L'Autre C'est Moi on DVD...)

9/01/2007 07:46:00 p. m.  

Publica un comentari a l'entrada

<< Home