divendres, de març 02, 2007

pajjiz tal-mickey mouse

Innutajt haga. Malta tigbed hafna interess fost il-frankofoni. Pajjiz daqshekk zghir li ftit li xejn ghandu links kulturali jew lingwistici mad-dinja franciza jinteressahom hafna xorta wahda.

Wara li nara lill-Malta fuq il-qoxra ta' l-Agenda, kont sorpriz niftah il-Metro meta kont, appuntu, fuq il-métro u nara xarabank Maltija misjuqa fit-toroq dojoq tal-belt, niezla Strada Forni ghal alla taghha u Anglia fuq it-tarag ta' hdejn is-Sicilia Bar - helu l-kumment li jghaddi s-sewwieq ta' l-Anglia hu hu niezel it-tarag ta' hdejn Sant'Ursula [pdf]


Jismu Le Janitor u ghandu l-laqam ta' l-Ange de Malte. Il-kittieba tal-komiks donnhom ghandom fetixx ghal Malta. Mhux biss hemm Corto Maltese imma anke certu Le Maltais - tip ohxon u korrott, u nahseb jekk infittex sew insib ohrajn..



Il-feeling ta' Le Janitor jibqa' l-isbah ghalija... sempliciment ghax gieli kont nimxi wahdi tard bil-lejl il-belt u nhoss dik il-feeling intensa ta' paci mieghi innifsi. Zid naqra pistoli, periklu u Bedford misjuqa qisha il-karozza ta' Ayrton Senna minflok il-munzell ta' skrap tahdem bil-pitrolju li hi u ghandek winner.

Nahseb wasal iz-zmien naghmel xirja f'certu hanut fuq Boulevard Anspach. Min jaf, forsi niskopri xi sezzjoni shiha kollha komiks dwar Malta...

Etiquetes de comentaris: ,

2 Yays/Nays

Blogger l-istordut kroniku opined / qal...

Dil-bloggata interessanti immens. Jekk issib xi titli oħrajn tal-bande dessinee konnessi ma' Malta jien inkun l-ewwel wieħed li napprezza l-fatt li taqsamhom magħna. Il-corto, midħla tiegħu sewwa imma Le Maltais u Le Janitor qatt ma smajt bihom.

encore s'il vous plait Gybexi !

3/12/2007 10:37:00 p. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

Il-poplu tkellem.

Li ser insib ser naqsam maghkom.

3/14/2007 12:49:00 p. m.  

Publica un comentari a l'entrada

<< Home