dilluns, de novembre 27, 2006

Your country needs you (or does it?)

Mela hawn diska simpatika dwarna...

Brussel

Minn go hgiega mtappna rajtu jimbotta l-bagalja u jickien
Minn go hgiega mtappna lhaqna farfarna l-ahhar tislijiet
Lill-ghaziz hija li bhall-pluri-dekorati l-ohra qata’ l-biljett
U b’xiber soghoba sellem lill-blata u sebah fil-kontinent

“isma meta trid
ejja zurni ftit
ghax hemm fuq sabih
imma jaghmel il-ksieh
u hu hsieb dak ir-rih
mishun bl-ghasel u mistrieh

Rajtu jdub fix-xefaq
Bhall-kewkba maz-zernieq
Il-qahba milli kellha
Setghet ittih, setghet ittih, setghet ittih.

L-imhuh ta generazzjoni li minghalija lsienha sabet fil-qiegh ta kexxun fi Brussel,
fuq mejda t’ufficju modern “Luxembourg”
Pseudo kittieba, artisti , politici li setghu kmandaw rispett
Unanimament xammru d-dublett fethu blog u sarrfu cekk

“isma meta trid
ejja zurni ftit
ghax hemm fuq sabih
imma jaghmel il-ksieh
u hu hsieb dak ir-rih
mishun bl-ghasel u mistrieh”

Rajtu jdub fix-xefaq
Bhall-kewkba maz-zernieq
Il-qahba milli kellha
felhet ittih, felhet ittih, felhet ittih.

Id-diska hi ta' grupp andergrawnd malti jismu Brikkuni (li hu l-estensjoni muzikali ta' l-ego ta' Mario, eks-Lumière u nies ohra). Il-grupp jinstema qishu tahlita iktar kalma ta' Sanseverino, No Smoking Orchestra u, skond ohrajn, Vladimir Vysotsky.

Sfortunatament l-unika diska taghhom li tistghu tisimghu hi Il-Bar ta' Taht il-Knisja - imma mejjet biex nismagha live Brussell...

Tistghu ssegwu thread dwar l-unika darba li daqqew live s'issa fuq din it-thread ta' dan il-forum.

3 Yays/Nays

Blogger Jacques René Zammit opined / qal...

jien kont inzid lil ick cave fl-injuranza tieghi

11/28/2006 10:29:00 p. m.  
Blogger david opined / qal...

Fl-ahhar kanzunetta dwar il-brejn drejn. U kulhadd pseudo. I lajk! Very naughty!

12/09/2006 09:10:00 p. m.  
Blogger Kenneth opined / qal...

Pseudo kittieba, artisti, politici li setghu kmandaw rispett
Unanimament xammru d-dublett fethu blog u sarrfu cekk


Hehe

12/09/2006 09:33:00 p. m.  

Publica un comentari a l'entrada

<< Home