dimecres, de juny 07, 2006

a (l)amposta of my own

Niddiletta naqra bil-geneologija jien.

Grazzi ghall-geneologija skoprejt li possibilment ghandi dawk il-famuzi nanniet Katalani (haga li kienet evidenti hafna meta qabbilt il-fatizzi tieghi ma' l-ucuh ta' certu supporters tal-Barcelona FC fil-gazzetta wara li xarrabna l- Arsenal kif imiss), Taljani, Griegi u Ghawdxin (u b'possibilita' ta' xi Irlandiz leprekun ukoll). Haga li nhobb nghid in-nies ghax jien ferhan - kemm b'mod peggorattiv u kemm newtrali - biha l-haga.

Jien, milli jidher, wiehed mill-ftit maltin puri tal-familja tieghi. Puri, insomma... pur daqs certu bniedem b'kunjom arjan imma ta' arjanita dubjuza.

Imma insomma... lura ghan-nanniet katalani (li ser jinkitbu fil-biografija tieghi). Mid-dehera kienu jivvjaggaw u jgorru min-naha ghall-ohra ta' Katalunja ta' spiss. Forsi huma hu ghaddejjin waqfu, jew anke ghexu, f'post jismu (l)amposta. Min jaf x'raw hemm... forsi kienu mistghagba daqs kemm kont jien li s-simbolu ta' l'amposta hu s-salib malti*? Dan kif? Malta diga saret sinonimu ma' (l)amposta? J'accuse!





* Min, bhali, juza l-Firefox attenti ghall-
favicon meta tillowdja l-pagna. Min le ahjar ghalih.

--

lang:mt - cat:genm