divendres, de gener 19, 2007

it-titjira ttir


Il-bierah irriskjajt hajti x-xoghol. Le ma konx qed nirriskja xi kaxxa kollha acquises jaqghu fuqhi jew xi fotokopjatrici tigdimli l-warrani.

Il-bierah ir-rih kien tant salvagg [link lejn l-ahbarijiet] li n-nies kienu qed itiru, qishom Mary Poppins imma b'inqas grazzja u eleganza, fil-Provincji ta' Hainaut u Luxembourg. F'Mons saqaf industrijali tqil zewg tunnellati inqala u tar. Tnejn minn nies mietu (f'Hal u fil-Provincja ta' Liège). Il-ferroviji lejn L-Olanda, l-Ingilterra u Franza thassru.

U jien fejn kont? Kont fuq ajruplan. Tista' tkun post iktar perikoluz minn hekk? Fil-fatt tieghi kien l-ahhar ajruplan li telaq mill-ajruport ta' Strasburgu wara li kkancellaw it-titjiriet l-ohra kollha kemm huma.

Kienet, probabbilment, l-iktar esperjenza tal-biza f'hajti. Kwazi fl-ebda mument ma' tista' tghid li l-ajruplan kien stabbli. U dik understatement kbira hafna. Meta l-ajruplan kien ghadu wieqaf fl-ajruport (jew l-ajrustazzjon kif jghidu hemm) ta' Strasburgu l-gwienah kienu diga qed ivenvnu qishom kartoncin. Mument minnhom il-kaptan tilef il-kontroll ta' l-ajruplan kompletament u beda niezel bi speed salvagg u b'dak il-hoss iwerwer li jaghmlu l-ajruplani tal-kamikaze gappunizi fil-films tal-gwerra meta jibdew niezlu lejn it-tir u n-nies ghajtu ghajta tal-wahx. Jien, da parti tieghi, ma ftahtx halqi - kont imbezza wisq u kont qisni lest ghaliha... ghedt hawn ser tkun il-mewt tieghi - m'hemmx x'taghmel hux?

Kien hemm min tilef sensieh u min storda u kellhom ituh l-ossignu. Jien skoprejt li dawk il-boroz fis-sakkocca tas-seats m'humiex ghal pjacir tal-kollezzjonisti jew biex tibghat ir-ritratti fihom u nahseb inqast zewg kilos b'kollox (u ghadni ma rkuprajtx illum).

Inkredibbli kemm ghamilt "hbieb" malajr ma' li kien hemm hdejja fuq l-ajruplan. Tmisshom u thoss empatija immedjata maghhom u huma mieghek. Ma nieqafx inkun konvint li l-iktar mument li tkun l-iktar onest f'hajtek ikun il-mument li thoss li hajtek tkun ser titfarrak.

Kien hemm capcip u biki ta' ferh meta missejna l-art...



Zaventem. Ninzel hdejn il-ferroviji - kollha bid-dewmien (specjalment dawk li gejjin minn Hainaut u Limburg) minhabba l-biza li jistghu jinqalaw minn fuq il-linja tax-xmundifer. Immur nipprova naqbad taxi, minn gol hgiega nara li diga hemm xi tletin persuna jistennew taxis li qatt m'huma ser jaslu - it-tunnels ta' Brussell maghluqin. X'hin nohrog, il-bagalja sewda tieghi titla fl-arja - 10 kilos ta' hwejjeg mahmugin, cargers, u imbarazz varju telghu qishom buzzieqa tal-helium indimunjata.

Irgajt dhalt gewwa u mort il-bar - xtrajt flixkun ilma u ntfajt fuq bank b'zaqqi u mohhi ser jisplodu. Ghamilt nofs siegha ma nistax niccaqlaq u ma nistax nemmen li ghadni haj.

U nerga ntenni - f'ghoxx Strasburgu. U f'ghoxx ix-xoghol.

9 Yays/Nays

Blogger Jacques René Zammit opined / qal...

Marija Madonna!

1/19/2007 05:33:00 p. m.  
Blogger noel tanti opined / qal...

ostja... tal-biza`...

1/20/2007 01:14:00 a. m.  
Blogger david opined / qal...

Nispera li tkun irkuprajt mit-trawma sa llejla bex. Ghandek x'tirrakkontalhom lill-mistednin.

1/20/2007 01:33:00 p. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

Issa too late eh - hlejt l-okkazzjoni biex irrakuntajta lilek u l-4 qtates li jaqraw il-blogg tieghi.

Zaqqi rkuprat sew. Il-bierah kilt hafna hnizrijat koreani u kienet steadfast bhas-soltu meta rat l-attakk ta' laham kwazi nej u spices dubjuzi gejjin lejha. hooray.

1/20/2007 02:15:00 p. m.  
Blogger Antoine Cassar opined / qal...

L-aqwa li għadek ħaj xbin, illalla x'biża'... jalla ma ddumx ma tiġi f'tiegħek.

1/20/2007 02:54:00 p. m.  
Blogger Erezija opined / qal...

hehe... imma ma nemminx li l-ajruplan kien qed jaghmel hoss bhal tal-kamikaze!!! kieku hrajt tahtek mhux irremettejt

1/22/2007 03:58:00 p. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

dak ghax int; imma jien ghandi msaren ta' l-azzar (jew, almenu, tal-aluminium).

re: kamikaze. i kid you not - il-hoss kien simili imma iktar deep, hollow u "mekkaniku".

1/22/2007 07:34:00 p. m.  
Blogger Peklectrick opined / qal...

Fuckin' hell. Vera tal-biza. L-aqwa li tinsab tajjeb issa. Konna nimmisjawk rahal.

1/23/2007 04:43:00 p. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

cheers everyone.

x'imhabba qed nghid. ser ikolli nkun iktar nice lejn kullhadd issa... ;)

1/24/2007 09:48:00 p. m.  

Publica un comentari a l'entrada

<< Home