dimecres, de febrer 07, 2007

Avventuri bil-lingwa ta' Molière fil-belt ta' Vandersteen


Is-sajf ghazzien tas-sena 2005; il-belt nofsa vojta. Tkompli minn hawn.
(ma ikkoregejtx il-Franciz. ktibthu kif hareg, skuzawni...)


Vignette #1
Les Oiseaux en Carottes (tejkewej ciniz b'isem stramb hafna),
Distrett ta' Schaerbeek, Kwartier Dailly, Brussell


Qieghed nistenna l-ikel isir u tidhol mamà u t-tifla taghha ta' madwar 8 snin, immigranti afrikani tat-tieni generazzjoni (iktar Belgjani milli Kongolizi). It-tifla tinteressa ruha fil-headphones tieghi.

"ils sont quoi ces trucs-la, maman" tibda t-tifla hi hu thares lejja. Issaqsi lill-maman imma cara li r-risposta tridha minghandi
"ils sont des trucs pour écouter la musique" nghidilha sakemm inhares lejha u lejn il-headphones Sennheiser imgerrma tieghi
"comme des écouters?"
"tout à fait... mais ils sont plus commode" le! le! commode ma tezistiz bil-franciz "..enfin, ils sont plus comfortable et..." (pawza biex nippreprepara x'ser nghid) "d'ailleurs les écouters me dérangent - ils ne sont pas comfortables"
"ah bon..."* u titlef l-interess u tibda tqelleb fil-mejda kollha magazins pop Koreani u Cinizi ta' tlett snin ilu li hemm hdejn il-kawnter.

"polc aigle-doux!". Tieghi... tlaqna...


Vignette #2
Fuq il-bus 96
déstination Sainte-Anne / richting Sint-Anna


Xiha ta' madwar 80 sena toqghod bilqedgha hdejja u r-ragel taghha li jidher ghandu kaz ta' bidu ta' distrofia muskolari. Simpatku, animat, imma mhux totalment hemm b'mohhu...

"voulez-vous vous assoir Monsieur?" nghidlu, mhux ghax jien nice guy BISS, imma kull xarabank fi Brussell hi mghammra b'sticker li tfakkrek li hi ligi federali li bilfors trid tqum ghall-invalides, veillairds et mutilées de guerre
"non, il n'aime pas s'assoir" tispjegali l-mara b'rispett imma bil-hatfa
"non..." jghidli, u jibda "...quand je m'assois je m'endorme" u jibda ikellimni dwar komiku Franciz ta' zmienu u hafna affarijiet li jghogbuh, jghidli c-cajt u dejjem jecita ruhu iktar.
"Calme-toi, Emile" tghidlu l-mara ftit imbarazzata
Emile ma kellu l-ebda intezzjoni jikkalma, anzi kien ghadu qed jishon..
"et... Don Quixote?" jghidli ...u jibda jecita ruhu u jghamilli imitazzjoni impromptu ta' Don Quihote "...et Louis de Funès?"
"Ah oui! de Funès je connais. Le gendarme... lui je connais"
"T'as vu?! Ca ce la culture! La vrai culture avec un petit c! La vrai culture! La médiathèque ont tous ces films" jghidli sakemm jibda miexi lejn il-bieb ta' wara biex jinzel u l-mara tqum ukoll u tibda miexja
"La médiathèque! N'oublie pas! Ils sont ouverts jusqu'a 21 heures de soir le vendredi, et 19h le jeudi"
"attention à la marche**, Emile" tghidlu l-mara li donnha drat l-ecitament tar-ragel
"La médiathèque! N'oubliez pas!" jghidli hekk kif il-bibien jibdew jinghalqu filwaqt li jindaq il-beep ta' l-eghluq tal-bibien..


Vignette #3
Il-biblioteka/librerija ta' l-U.L.B.

Immur biex nikri ktieb imma l-librara bin-nuccali, b'harsa harira nerdy imma xorta tidher taf tkun antipatka sew meta trid. Dan l-ahhar kont naqra mdejjaq u f'burdata antisocjali (minhabba problemi tax-xoghol l-iktar) u ma kontx niddejjaq kieku titfacca glieda bhala speci ta' katarsi biex nehles u nerga nibda folja ohra. Jien pjuttost kalm imma t-tensjoni li jkolli gewwa tkun kbira u titlob biex tohrog. U l-U.L.B. tawni glieda. Marinetti kien jghid (fost xebgha cucati ohra) li ftit hemm affarijiet igeghluk thossok iktar hajj milli gwerra jew glieda. Forsi kellu ragun il-mustaccun...

"Vous avez un amende**** de EUR 2 à payer" tghidli, u jien inhoss ir-rabja gejja..
"Non! Je n'ai absolument rien à payer... j'avais déposé le livre dans la boite mais j'ai néanmoins reçu deux rappels chez moi"
U hawn tisfidani - ittini n-numru tal-ktieb u tghidli b'arroganza...
"beh ramene-moi le livre s'il est vraiment la.."*****

nahtaf il-karta min idejha u nitla fil-lift ghas-sitt sular inkazzat... insib il-ktieb u ninzel bih, nitrieghed bir-rabja (u b'pjacir mohbi li gejja glieda), immur quddiema u nsabbat il-kotba fuq il-counter biex tghid xi haga, imma hi ma tghid xejn u taghmel wicc speci ta' "oops. kellhu ragun". jien wisq inkazzat u kelli wisq rabja fija biex inhalliha, irrida l-glieda, ghandi dritt ghaliha u nitfa l-hatab fuq in-nar biex tibda u fl-ahhar nibdew, u hi tinsisti li kull ma qalet hu biex immur ingib il-ktieb minn fuq.
"non! ce n'est pas ca! c'est la façon de me demander*** les choses qui n'allaiat pas!"
"mais tous le monde va réprendre ces livres s'il y a des anomalies..."
"Non! c'est la FACON de demander les choses je te dis! Votre attitude était agressif et peu professionel!"
"ça alors! vous avez reçu deux appeles.. c'était clair qu'il y avait de problèmes, non?"

Nipprepara l-kanun ta' ilsieni bir-risposta u nitlob li tohrogli sew ghax inkella tkun patetika l-affari... "il était écrit noir sur blanc d'ignorer la lettre s'il s'agissait d'un malentendu ou si les livres en question étaient déjà remis, j'ai tout simplement suivi VOS instructions à la lettre... si vous ne voulaiez pas que les personnes obéissent ces regles ne l'écrivez pas dans votre rappels!!" nghid kwazi nghajjat.

Hi tirrispondi xi haga imma intlift... tant kont kuntent li harget kif suppost is-sentenza bi ftit zbalji u ftit ezitazzjonijiet li inhoss li jien irbaht u irrid nieqaf issa. Ahh, il-pjaciri li ttik il-lingwa meta tohrog sew - patetika l-affari veru - imma x'taghmel. Minn hawn il-quddiem ninduna li ghalkemm kienet arroganti u kiesha hi, jien qed inkun antipatku daqsha u forsi ghamilt plejtu bix-xejn. Ha nara kif ser nohrog minnha l-affari...

imma hi tkompli "nous nous sommes trompés. et alors? on n'est peut pas faire des erreurs?!"
"non!!" nghidilha nitbissem.

Hi speci ta' titbissem nofs tbissima, ma tafx ezatt kif ser tiehu dak li ghadu kemm taghha enguelade kif tmiss il-ligi. Ghaddieli sew issa ghalkemm ghadni nitrieghed bit-testosterone jfegg fil-vini.

Nipprova nitbissem u nghid "Au revoir" u hi tirrispondi b'"Au revoir" mqanzha bla ma, ghall-grazzja ta' Alla, Shiva u Jehovah, tkompli ghaddejja fuqha.

Ix-xemx barra. Ejja ninsew kollox...



STILEL (TRADUZZJONIJIET APPROSIMATIVI HAFNA) GHAL MIN MA JISTAX JIFTAKAR WISQ MILL-FRANCIZ LI STUDJA FIL-FORM FOUR.

* oh I see! JEW ah, iva?
** targa (step)
*** it's the WAY you asked me (ie, b'mod arroganti)
**** multa ta' rappel (rappel = reminder)
***** mela gibli l-ktieb minn fuq l-ixkaffa jekk vera qieghed hemm

2 Yays/Nays

Blogger Pierre J. Mejlak opined / qal...

Ghogbuni, Kurat. U rrid izjed.

2/08/2007 09:42:00 p. m.  
Anonymous Anònim opined / qal...

Dawn huma kollha opportunitajiet biex tipprattika u tipperfezzjona il-Franċiż tiegħek. Anke mal-librara, ħares lejn in-naħa pożittiva: opportunità biex tirrabja en français! Mhux li kien il-Maltin tawni ċans hekk...

2/11/2007 12:55:00 p. m.  

Publica un comentari a l'entrada

<< Home