dimecres, de febrer 07, 2007

Preludju ghal: Avventuri bil-lingwa ta' Molière fil-belt ta' Vandersteen

Din powst li ktibt f'Awissu tas-sena 2005 u ghal xi raguni qatt ma ppubblikajt. Is-serje ta' stampi "11 reasons why I love Brussels" ta' wahda jisimha maldinapoli fuq flickr fakkritni f'din il-powst.

Dak iz-zmien, sena u nofs ilu, ma kontx komdu daqs kemm jien illum nitkellem bil-Franciz u kont (u ghadni) nagonizza fuq kull zball li naghmel. Illum il-gurnata inhossni pjuttost komdu nitkellem bil-Franciz - kwazi iktar milli bit-Taljan - u ghalkemm ghadni naghmel certu zbalji (u gieli zbalji stupidi) tant dahal go fijja li gieli nispicca nahseb bil-Franciz. Mhux talli hekk talli qed ikollu effetti koroh fuq il-lingwi ohra. Darba lill-Anita spjegajtilha kif habib tieghi ser iwelli l-hanut - imma hargitli "ser jirrimetti l-kummerc". Le, ma kielx xebgha invoices u jrid, erm, johroghom minn zaqqu imma bla hsieb ittraducejt litteralment "remettre son commerce". Zball ikrah wisq li sa' llum Anita ma thallinix ninsa.


Meta tkun f'belt barranija titkellem ir-4 lingwa tieghek - dik li tghallimt l-iskola u li insejt sena wara sena - mhux dejjem hafif tesprimi ruhek, imma nahseb wara kwazi erbgha snin titkellmu fit-triq trid tkun naqra gidra biex ma jidhol xejn. Niftakar niltaqgha ma' wahda li kienet ilha tghix hawn ghoxrin sena u ma kinitx taf tletin kelma Franciz... kif irnexxielha tikkomunika?

Insomma... dan preludju ghal tlett sketches zghar. Xejn importanti. Nies jiltaqghu, nies jitkellmu. Tlett vignettes à la Coffee and Cigarettes. Ara gej.