dijous, de juliol 19, 2007

L'hemm u l'hawn

Ejjj! Ara minn hawn... Is-Sur Vot.. erm ridt nghid Is-Sur Gremxula.
Nista' naqdik f'xi haga? Xi presidential pardon forsi?

Ghadni kemm gejj minn vaganza Malta. Damet snin biex tidhol imma fl-ahhar hakmitni sew in-nostalgija u l-kilba ghall-pajjiz (homesickness)...

Malta ma nbidlitx wisq. U fejn inbidlet, generalment inbidlet ghall-ahjar...

1. Il-prezzijiet. Meta nigi dejjem toqghod tqabbel il-prezzijiet ta' Brussell u ta' Malta u tohrog dejjem rebbieh. Din id-darba daqshekk. Kull darba li wasal kont hadni ghall-gharrieda. Ili nara gejja u fl-ahhar waslet - Malta hi daqs, jew iktar ghalja, minn Brussell. Propjeta', ristoranti, ikel (hlief hxejjex) kwazi kollox indaqs jew iktar. Il-problema hi l-pagi huma differenti wkoll. Nistaqsi lili nnifsi kif jaghmlu n-nies biex ilhaqqu mal-hajja - imma hekk jaghmlu l-familja tieghi u l-familji ta' 405,000 maltin ohra.

2. L-ikel. Fl-ahhar! Malta waslet rivoluzzjoni zghira... mhux biss ix-xeffs Maltin skoprew il-prodotti Maltin u qed jintegrawhom fl-ikel izda saru iktar avventuruzi f'dak li jsajru u kif isajruh. Id-dizinn ta' l-aredament huwa hafna ahjar ukoll. Hawn, halliha li l-kokijiet ghax skoprew ir-rucola (li iffisaw fuqha u qed idahhluha kullimkien) iddecidew li jghollu l-prezzijiet... imma insomma. Iktar dwar dan f'powst ohra.

3. Il-bilingwizmu. Qed nara iktar u iktar postijiet juzaw il-Malti jew iz-zewg lingwi. Tajjeb. Naqbel ukoll ma' ittra fil-gazzetta li fakkret, fid-dawl tal-fatt li l-kap ta' Din L-Art Helwa apparentement ma jafx bil-Malti, li l-lingwa taghmel parti hi wkoll mill-patrimonju kulturali taghna. Hu irribatta li ghandu dritt jitkellem b'liema lingwa jrid ghax il-kostituzzjoni tghid li t-tnejn huma lingwi ufficjali. Il-kostituzzjoni tghid ukoll li l-Malti hi l-lingwa nazzjonali. Ma tantx hi risposta fis-sod wisq ghal xi hadd fil-posizzjoni tieghu. Teknikament, ghandu ragun - biss ir-ragun tieghu jista' jitqabbel ma xi hadd li jfakkar li ghandu dritt ma tinhasilx ghal gimghatejn. Vera, imma umbaghad ma jridx jiehu ghalih jekk hadd ma jrid jintefgha hdejh...

5. L-isbah post ta' Malta. Esplorajt post fejn qatt ma kont mort. Hu post ta' pirati, qassisin solitarji, kabbalisti Spanjoli eziljati u bdiewa Sqallin eccentrici. Post ta' fniek slavagg u ta progetti abbandunati ta' malajr. Ma niddejjaq xejn ikolli l-okkazzjoni inkun il-hames resident permanenti. Ma tarawnix bhala sindku ta' Kemmuna? Jien nemmen fl-ugwaljanza, u b'hekk, kieku nibda billi nghati d-dritt tal-vot lill-gremxul. U l-qzieqez ukoll. Il-Gnien favorit tieghi (Gnien Romeo Romano, Sta. Venera) u l-belt favorita tieghi (Il-Birgu) sbiehu. Din ta' l-ahhar tant saret fjurita u nadifa li kwazi kwazi stennejtni ha nara lill-William Tell jiekol xi pastizz jew l-ufficju centrali tal-Credit Suisse biswit il-kazin ta' San Lawrenz...

6. Il-bram. Kullimkien. Ma gidmuniex imma tant kien hemm li ma stajniex nghoddsu sew fil-Crystal Lagoon. La nsir sindku bla vot ser jibqghu. Hekk jew hekk m'ghandix x'naghmel bihom il-floating voters...

7. L-istorbju. Insejt kemm huma kbar id-djar tal-Maltin. Bazikament ghogbitni li nista' ngholli l-istereo kemm irrid u, iktar importanti minn hekk, wara ikla ghand ir-Rubino kollha cicri, fazola u pizelli, inboss bass li jasal jrieghed kerrejja f'Napli u jinkwieta sejsmografi fit-Tunisija. U nwehhel fil-kelb.

8. Il-periti. Hemm bzonn naraw x'naghmlu. Jekk il-periti jazzardaw jipprovaw ihazzu xi haga ghall xi kuntrattur ta' l-easy-money naqtaghlhom idejhom barra, Midnight Express style. Kull m'hawn mibni u l-arkitettura hi tal-wahx. In-nuqqas ta' vizjoni u l-sfaccatagni huma inkredibbli. Fejn mhux mibni huwa "earmarked" - nahseb ghanda par widnejn kbar hafna Malta...

9. Il-PAVI. Niehu pjacir nixtri l-affarijiet ta' l-Auchan Malti imma kemmxejn konfuz kif ghalkemm in-nies inqas jitkellmu bit-Taljan milli meta kont zghir jien, il-hanut jistokkja kwazi esklussivament prodotti taljani bit-tikketti bit-Taljan biss. Huma jafu. Problema l-gobnerija. Ma staqsejt ghal xejn kumplikat - Ghal brebis... u mill-ewwel beda jaqta l-brie (ma kienx jaf x'inhu Brebis... imbasta bil-vavalor "Maitre Crémier"). Lanqas gobon li kont insib ghand il-grocer ta' hdejja (ricotta salata) ma kellu. Jien cheese snob, iva.

10. Il-pjacir li ma tkunx barrani. Kemm hu sabih taqbad titkellem bla ma tahseb. Ghal ragunijiet li mhux ser nidhol fihom (ghax insir qisni rottweiler indannat li ghadom kemm serqulu l-ghadma kbira u tqarmec tieghu meta nitkellem fuq il-lingwa Franciza u x'kelli inbaghti minhabba fiha) hadt pjacir kbir li ma smajtx il-lingwa franciza ghal gimgha u nofs. Numru ta' elementi ghamluni francophobe, u kull ma smajt u qrajt f'Malta kien bil-Malti, bl-Ingliz u t-Taljan. Tlett lingwi li nhobb... tje ghall-wicc Molière!

Kulturalment, ma nafx ghalfejn, bnejt stampa falza f'mohhi. Sibt li kien hemm rivoluzzjoni li hakmet is-settur hekk kif hakmet is-settur tal-catering. Mhux il-kaz. Gieli jkun hemm xi haga tajba imma ghall-parti l-kbira x-xena tibqa' lubiena u m'ghanda assolutament xejn x'taqsam ma' tal-kontinent.

In generali, Malta sirt inhobba hafna. Ironikament, il-fatt li m'ghandix ghalfejn nghix hemmhekk u li jien fortunat bizzejjed li kull ma hi tlett sieghat 'l boghod bl-ajruplan nahseb huma elementi li forsi ghenu biex dan isehh...

1 Yays/Nays

Blogger noel tanti opined / qal...

ippruvajt tistaqsihom ghac-ceddarr?

7/30/2007 11:06:00 a. m.  

Publica un comentari a l'entrada

<< Home