dijous, de març 22, 2007

is-sicula, il-giddieb u n-nukleu familjali li m'ghandix hawn

Il-bierah filghaxija (ghalkemm naqra ma niflahx) mort naqla l-madum il-post. Domt 45 minuta kollox biex naqla dak li l-bennejja talbuni iktar minn EUR 250 ghalih. Kont diga ghamiltu qabel dan ix-xoghol, allura kont naf kif.

Id-dar kienet vojta, bit-twerzieq tal-bogies tat-tram fil-boghod u tan-nies jitkellmu fit-triq. Huwa dan it-tip ta' kwartier, kwartier fejn in-nies ghadhom jitkellmu fit-triq. Hassejtni qieghed Malta, fil-post tieghi l-Belt, ftit wara li kont krejtu. Irritat li hawn l-istorbju, naqra mhasseb dwar il-girien, inkwetat dwar kif ser jahdmu l-affarijiet. Imma pjuttost kuntent. Bhal ma kont hassejtni l-Belt insomma.

(Ritratt: Maldinapoli)

Ihabbat il-bieb... nahseb li hu t-tifel ta' l-eks-sid li gie jgerger dwar l-istorbju. Hu. Imma mhux ghalhekk gie. Jinten intiena ta' xi hadd li jinhasel inqas minn darba f'gimgha - kwazi accettabbli meta ghandek 12-il sena, mhux normali meta qed toqrob lejn it-tletin. Hemm harba ta' gass. Jitla' t-teknixin, belgo-indjan - iktar Belgjan milli Indjan bil-mod ighaggel u streetwise kif jitkellem il-Franciz, jomghod ic-chewing gum b'nevrosita tiekol - u jibda jfittex fil-pajpijiet.

Sakemm Sanjeev ifittex fil-pajpijiet u gieli igedwed tnejn kontra t-teknixins tas-Sibelga, ninzlu isfel ghand iz-zija tieghu (il-belgo-sicula), idahhluni fil-kcina u jofruli tazza Averna mimlijja sa fuq nett.

Nara li "tan-nahat" taghna hi. L-istess bhan-nisa tad-dar il-Fgura, l-Isla u l-Hamrun. Titkellem ftit, imma f'daqqa, imma b'reqqa kbira ukoll - tghid hafna dwar hajjitha imma fl-istess hin meta tohrog minn hemm tirrealiza li ma qaltlek xejn. Dak is-sens ta' distanza mefjanti u sarkazmu cajtier jaqta' hemm qieghed. Giet hawn ghoxrin sena ilu. Ghanda Franciz harira ahjar minn tieghi imma b'accent siculo estremament qawwi. Ma taghtix kas il-gideb fahxi li qed jirrakuntali t-tifel tas-sid (apparentement mhux biss mar jixrob ma' Gerard Depardieu u Mick Jagger izda hareg pistola fuq habib ta' Tupac - kollox fi Brussell bien sur). Inkredibbli... nixtieq stajtu taraw il-wicc hi hu tipprepara l-pulpetti fil-kcina, u dan it-tifel, slob fuq ir-relief eks-xkaffar f'supermarket jirrakkonta dawn l-istejjer inkredibbli. Xejn. La wicc ta' hadd li jemmnu, la ta xi hadd li ma jemmnux. M'hijiex imbarazzata b'li qed ighid imma mhijiex qed tiehu pjacir. Xejn. Poker face.

Jurini l-armi li ghandom id-dar... fosthom katana gappuniza u bajonetta kkargata. "L-arma ma tahdimx" bdiet iz-zija, imma fl-istess nifs tghidli li tajjeb ikollok arma d-dar... ghal li jista' jkun.

Rajt lilu u lill-missieru waqt l-iffirmar tal-kuntratt. Il-missier kwiet, bit-toppu. Bejn biker u skrivan f'xi ministeru. It-tifel mhux ser jaghmel xejn b'hajtu. Ser jibqa' jikber bid-deluzjonijiet tieghu, jigdeb qishu ghandu 15-il sena, bla ebda bzonn li jsib xoghol ta' veru u bla ebda bzonn li qatt johrog minn dan in-nukleu familjari maqghud minhabba din id-dar li wirtu.

Nghir ghalih, iva.

Jien u hiereg kien diehel il-missier.

"X'temp imgiddem eh? Nahseb ahjar Malta hux?"
"It-temp? Iva"

Risposta vaga veru... imma xi tridni nghid?

Etiquetes de comentaris: ,

2 Yays/Nays

Blogger Erezija opined / qal...

ghandi suspett li se nisimghu hafna iktar dwar din il-familja nuklea

3/23/2007 08:37:00 p. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

ma nahsibx. sejrin 'l hemm f'Mejju.

u l-girien li gejjin jidhru interessanti wkoll imma b'mod negattiv...

tahti ser ikun hemm wahda Belgjana.. jew ser taghmlu ufficju (terapista) jew ser tikrih. qishu bhal taghna imma b'gnien sabih.

fuqhi hemm zewg lizbjani Francizi - kull min iltaqgha maghhom uza l-kelma "chipotant" (pezzakwistjoni) biex jiddeskrivihom. smajt wahda minnhom titkellem fit-triq - accent Parigin min dawk il-koroh nett (il-Parigini ghandom modd kif jitfghu "ah" nasali u qerrieda fl-ahhar ta' kull kelma li tirritani sew)

ta' fuq nett huma koppja Francizi li milli qaluli huma orrajt.

1 out of 4 ain't bad ;)

3/24/2007 08:11:00 p. m.  

Publica un comentari a l'entrada

<< Home