dissabte, de maig 12, 2007

Enjoy your affordable Swedish crap!

X'hemm ahjar minn gurnata naghmlu zewg attivitajiet "interessanti". L-ewwel hi t-tifittxija fiz-zibel li hallew warajhom tal-flea market ghal affarijiet li nistghu nirkupraw u t-tieni nixorbu f'wiehed mill-bars favoriti tieghi - Chez Moeder Lambic - li qieghed tliet minuti 'l boghod minn fejn ser nghixu.

Ghamilna wkoll wahda mill-iktar attivitajiet li, ghalkemm wiehed ma jahsibx li ser tghajjik, tghajijk hafna... l-armar ta' l-ghamara ta' l-IKEA. F'saghtejn u fuqhom armajna il-gwardarobba tas-sink... u jien minghalija ser inlestu l-kcina f'jumejn!


Min hu dilettant ta' l-armar (le mhux tal-festa imma ta' l-ghamara li tigi f'bicciet fihom daqs sulfarina li trid, b'xi mod maledett, tbiddel f'xi haga li kemm jista' jkun tapprossima gwardarobba) u ghandu pjacir jigi jdawwar erbgha viti maghna, merhba kbira bih/a. Inwieghed platter gobon u zalzett, xi Rochefort 9 jew xi Palm kif ukoll imhabba eterna li ma tispicca qatt u qatt...

Tiffullawx, eh!

* It-titlu minn episodju ta' Futurama - PIKEA

4 Yays/Nays

Blogger noel tanti opined / qal...

ghax qieghed 'il boghod kieku nigi bil-qalb kollha... meta armajt tieghi kont dghajt xkora dagha kkulurit sakemm skoprejt li dawk il-viti jidhlu ahjar meta tuza l-allen (alan?)key li tawk ma' l-injam, u mhux it-tornavit li sraqt minghand missierek... imma wara dak l-intopp kollox mexa smooth u ergajt lura tifel jilghab bil-lego...

5/13/2007 07:36:00 a. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

L-aghar ghax ghandi idejja iffukkjati llum ghax mhux talli kelli narma imma kelli ntellahom it-tarag wara glieda mad-delivery men li ddecidew li "delivery" mhux parti minn xoghlhom.

It-tip ta' dar hi "maison bruxelloise"... iggifieri t-tarag dejjaq daqs l-opinjonijiet tal-Papa Benedettu.

Almenu wiehed minnhom qatta l-gakketta mal-bieb - kemm hadt pjacir minn gewwa...

5/13/2007 08:59:00 a. m.  
Blogger Pierre J. Mejlak opined / qal...

jekk nista' nghin b'xi vit, let me know gybex :)

5/29/2007 12:03:00 p. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

issa troppo tardi! :p

imma ghad hemm dawk il-birer x'jinxtorbu u gobnijiet x'jittieklu... tidhlilhom?

5/30/2007 05:15:00 p. m.  

Publica un comentari a l'entrada

<< Home