dilluns, de juliol 30, 2007

Appell

...U wiehed hallejnih jippassiga Praga u jinnetwerkja f'pajjizu
...U l-iehor hallejnih jaghtina daru biex jimxi lejn il-blogg tal-futbol
...U l-iehor hallejnih jiekol il-Miso u jippowstja r-ritratti
...U l-iehor hallejnih jintervista r-Rifffs
...U l-iehor hallejnih imur lejn il-MySpace
...U l-iehor hallejnih jippowstja l-komiks
...U l-iehor hallejnih ihaffer fil-Libya
...U l-iehor hallejnih ighix fl-ghid
...U l-iehor... u l-iehor.. u l-iehor... u...


Il-blogosfera Maltija kienet wahda mill-affarijiet l-iktar ecitanti li qatt gew miktuba bil-Malti. Tista' tqmadarhom u difetti tista' ssibilhom imma r-realta' tibqa' li kienu (generalment) interessanti u kienu (generalment) miktuba sew. Iva, veru, ftit minnhom - fosthom tieghi - ma kienux dejjem dwar temi estremament topici u ta' spiss kienu jiddevjaw fl-ego tal-kittieb imma hekk ghamel ukoll kwazi kull ktieb li qrajt f'hajti. Jekk ma tafx issir thobb, jew almenu ma tasalx tissoporti l-ego u s-superego tal-kittieb, l-ebda ktieb jew l-ebda bicca arti ma jghoddu ghalik.

Ejjew lura. Ejjew. Iktbu zozzerija dwar il-qattus jew dwar ic-cheddar li kiltu l-bierah jew - li jkun. L-aqwa li tigu lura u tergghu taqbu t-telgha...

4 Yays/Nays

Blogger Arcibald opined / qal...

Nixtieq imma ma tantx ghandi cans... u ma tantx nixtieq nitkellem fuq gobon u qtates kieku jekk nikteb xi haga :) Avolja ma nafx kontx qed tirreferi ghalija wkoll wara kollox...

8/08/2007 04:02:00 p. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

Jien qed nirreferi ghal KULHADD (ps jekk tahsbu li "insejt" lil xi hadd mhux il-kaz... qbadt il-feeds inattivi hekk kif jidru fil-qarrej tieghek u ktibt xi haga dwar kull wahda... imma mhux ser noqghod naghmel il-lista shiha)

8/08/2007 08:31:00 p. m.  
Blogger Erezija opined / qal...

fil-fatt dalghodu ghidt lili nnifsi li missni nerga nkompli Xtaqt Kont Hemm ghax waqaft f'nofsu, u progetti li waqaft f'nofshom ghandi mhux hazin. Imma jekk nisfurza lili nnifsi l-kwalita se tbati, u hadd ma jrid hekk, hu'x?

8/13/2007 05:06:00 p. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

mhux necessarjament le (ghalkemm mhux problema dik)

8/17/2007 08:03:00 p. m.  

Publica un comentari a l'entrada

<< Home