Bhalissa qed naqra siltiet minn ktieb ta' wiehed mill-filosofi preferiti tieghi,
Michel de Montaigne, li apparti milli vvinta l-
essay personali (infatti
essay tigi mil-franciz
essai - prova) jitkellem hafna dwar is-suggett tal-hbiberija, tant li ghandu essay jisimha
De l'Amitié (Of Friendship) u fost affarijiet ohra jghid:
Wise man to keep a curbing hand upon the impetus of friendship
u
If a man should importune me to give a reason why I loved him, I find it could no otherwise be expressed, than by making answer: because it was he, because it was I.
Ftit hemm affarijiet isbah mill-kuntatti umani: l-imhabba, il-hbiberija, is-sess u l-prodott tal-kreattività umana li taf tiftahlek tieqa ohra ta' kif tara d-dinja tieghek u dawk ta' madwarek. Qed ninkludi kollox - minn kummiedja tajba, ghal film tokkanti ghal bicca muzika orkestrata fuq il-linji tal-mohh u tal-qalb u minghajr chorus pur ta' $£€.
Jien minn dejjem kont interessat fis-suggett, imma specjalment issa, ghax fi zmien ftit xhur il-hajja socjali tieghi inbidlet. Minn ftit hbieb intimi tghoddhom fuq ponot subghajk, li minhabba distanza dejjem qed ninqatghu iktar minn xulxin, spiccajt b'armata zghira ta' hbieb u norganizza l-affarijiet. Side-effect ta' kemm immaturajt u sirt iktar outgoing u inqas konxju tieghi nnifsi hawn.
Dejjem iebes tara fejn tibda semplici konoxxenza jew inkella hbiberija jew dik l-area maqbuda fin-nofs (x'tista' ssejhilha?). Qabel kont prezzjuz hafna ma' min nuza il-kelma "habib". Anke hekk fis-semplici kuntest ta' "tlaqna 'l hemm habib?". Forsi m'ghadnix daqshekk prezzjuz ghax immaturajt, il-valuri ta' xi rrid mill-hbieb ma baqghux daqshekk difficli u sirt iktar naccetta n-nies kif inhuma u nista' nesprimi mhux biss dak li nahseb izda dak li ma nahsibx ukoll. It-thinker sar feeler fl-ahhar?
Nistghageb bin-nies li jghidu li m'ghandhomx bzonn hbieb (daqshekk b'sahhithom li qatt m'ghandom bzonn ihossu mhabba platonika jew li, xi minn daqqiet, m'ghandhomx bzonn restawr ta' l-ego dawn jew?) - huwa possibbli li xi hadd jghix minghajr hbieb?
U ahna l-bloggers, li noqoghdu niccekkjaw il-kummenti li hallewlna fil-blogg u niktbu fil-blogg ta' l-iehor, x'nigu fir-rigward ta' xulxin? Hbieb virtwali li tista' tizviluppa f'relazzjoni iktar mill-qrib jew nies f'relazzjoni simbjotika posittiva ibbazata fuq ir-rikonoxximent tal-kontenut u l-istil tal-kitba taghna? Jien nghid l-ewwel wahda, posittiv wisq biex nghid it-tieni - imma nahseb mhux kulhadd jaqbel mieghi... jew?