diumenge, de novembre 27, 2005

varji: Glesga travelogue + Lnql #1

Glasgowwwww!

Glesga kienet kif immaginajta - nies generalment orrajt imma slavag, centru bhal kwalinkwa belt ohra Ingliza (cioe' boring ghall-ostja b'sekwenza b'nies ikkapiljati perfettament u b'hwejjeg mixtrija mis-sitt chains ta' hwejjeg kullimkien fl-Ingilterra bla ebda varjeta jew imaginazzjoni ghaddejin fuq il-bankini ta' Glasgow bi sfond ta' l-istess kocc hwienet warajhom: Gregg's, Iceland, Starbucks, Greggs, Tesco, Starbucks, Gregg's, Sainsbury's, Starbu... zzz) u ammont kbir - anzi ridikolu - ta' chavs u neds fis-subborgi li dort ftit. Ghogobni l-iktar in-naha ta' l-Universita (hdejn l-istazzjoni tal-ferrovija sotteranja ta' Hillhead) - partikolarment ghax l-istinti ekonomici tieghi (ie, qamel) geghluni nipprova full scottish breakfast tajjeb hafna ghal £2.50 biss, vittorja ekonomika li ftit domt niehu pjacir biha ghax l-ghada kilna post eccellenti jismu The Ubiquitous Chip u hallast l-ekwivalent ta' l-ispejjez tal-preparamenti ta' l-CHOGM ghal ikla ghal tnejn.

Kont mistaghgeb bin-nuqqas ta' immigranti... dan l-ahhar skoprejt li fi Brussell hemm iktar barranin milli hemm f'Londra, allura ghamilta premura li ma nqabbilx imma kien stramb ghalija inkun wiehed mill-ftit li ma jitkellimx b'dak l-accent jew li ma kontx viking liebes il-burberry bhal bqija.

Ghand il-Wee Curry Shop ftakart kif ikun curry ta' veru wara snin niekol il-curries 'pjuttost mhux pikkanti' (kilt gelati iktar pikkanti) t'hawn. Curry ta' veru irid ifargek u jgheghlek tigri kilometri bla ma tieqaf qabel ma ssib garra ilma, bir, jew - preferibbilment - fabbrika tal-Highland Spring. U fil-fatt hekk kien - kien iebes naccerta ruhi li l-curries kienu veru tajbin bhal ma jghidu tat-Time Out tant kienu jaharqu. Ta' sissi gastronomikament imrobbi f'Malta u l-Belgju nahseb nippreferi l-curries tas-sinjorini taghna imma hemm bzonn curry bhal dawk li doqt Glesga biex igibek f'postok u jfakkrek kif ikun curry genwin... Nizziltu kif suppost jinzel... b'pinta u battered deep fried Mars bar (li kienet tajba hafna ghalkemm nahseb hassejt l-arterji ta' qalbi johorgu fuq strajk ma' l-ewwel gidma) minghand chippie hdejn il-lukanda...

Jekk tridu tkunu tafu iktar fuq in-nies ta' Glasgow, nahseb dan il-ktieb, ibbazat fuq il-famuzi Mr. Men li niftakar sew meta kont zghir, jispjega hafna dwar in-nisa u rgiel tat-tieni belt ta' l-imperu Ingliz...






La nuova questione linguistica #1:
Fejn l-irridentist imperjali jipprova jqabbel certu aspetti ta' Malta ma' Wales u jhokk rasu u jistaqsi jekk konniex, fil-fatt, ahjar meta konna aghar...

What have the romans ever done for us?

Bhal ma Wales igawdu minn 12m+ Sterlina infiq fuq il lingwa taghhom grazzi ghall-bwrdd-yr-iaith gymraeg, bhal ma Wales ghandhom BBC taghhom (BBC Wales u BBC Cymru), bhal ma Wales tgawdi minn sinjali tat-triq u sinjaletika ta' informazzjoni bil-y gymraeg (haga li ghalkemm ahna indipendenti, bilingwi u b'ilsien nazzjonali taghna m'ghandiex - ahseb u ara l-famuz Windows bil-Malti li tant ftahru li kellu jsir, hekk kif jezisti bil-gymraeg. Is-sinjaletika theggeg anke intraprizi, fosthom intraprizi kbar bhal Boots jew Ikea juzaw il-lingwa biex titheggeg tintuza fil-"hajja miktuba" ta' kuljum), Kunsill dwar l-Arti progressivi u b'karus li fih iktar minn lira u nofs, bhal ma Wales ghanda servizz ta' trasport u infrastruttura dicenti u meghjuna, u mhux ftit, mill-gvern centrali Ingliz u affarijiet ohra. Bhal ma' l-Ingilterra li sawtet dawn il-lingwi nazzjonali u libsitilhom speci ta' Welsh Not ma ghonqom, kellha tiskuza ruha billi mhux biss taccetahom, imma tiftah il-portafoll u theggeg l-uzu taghhomu. Ma ninsewx wara kollox li, ironikament, ir-raguni li qieghed nikteb dan il-blogg bil-Malti u r-raguni li l-Malti accettat bhala l-lingwa taghna u mhux it-Taljan kienet il-politika lingwistika ta' l-Inglizi (vera li biex jehilsu mit-Taljan riedu jdahhlu l-Malti - imma xorta dahluh) u mhux ta' certu Maltin!

Forsi bhal Wales, ahna stajna niehdu ferm iktar milli ghandna illum kieku konna iktar makkakki fuq il-mejda tan-negozjati minflok qomna biex intuhom daqtejn ta' sieq il-barra hafna snin ilu. Ghax kos, nghidu li ahna tfajnihom il-barra mhux huma telqu, imma iebes temmen li forza imperjali li kellha kwart tad-dinja f'idejha tingheleb minn hames meditteranji fuq isola zghira...

Ma jimpurtanix li l-Maltin ikunu jew ma jkunux fit-tmun (ie, Malta indipendenti). Fit-tmun irrid xi hadd li jaf xogholu sew u jaf x'inhu jaghmel - ma jimpurtanix x'inhi n-nazzjonalita' tieghu. Fit-tmun nippreferi kaptan Ingliz u mhux bahrin Maltin (ghalkemm - idealment - ikun hemm kaptan Malti - jekk kaptan Malti bil-passaport Ingliz, jew kaptan Malti bil-passaport Malti ma jimpurtanix l-aqwa li hu kaptan serju li jaf ir-rotta).

Ftit dispjacut li bqajna hawn isfel - ahna t-taljani li jitkellmu bl-gharbi u jridu jkunu Inglizi - minsija minn kullhadd ghax forsi ridna li jinsewna bl-indipendenza (ara kemm ghamilna kjass biex nidhlu fl-U.E. ma jmurx ikollna nergghu naqsmu mal-barrani, jew nohorgu naqra minn qoxortna).


KONKLUZJONI U MISTOQSIJA/IET

Il-punt tieghi semplici. Dak li jkun jitlob l-indipendenza ghax hemm cans igawdi minn affarijiet li kieku kien kolonja ma kienx igawdi minnhom - wahda mill-punti krucjali hi l-lingwa (fost affarijiet ohra). Imma ghandi suspett li kieku f'dan iz-zmien ta' PC politiku u apologiji ghall-kolonjalismu huma relattivament komdi l-kolonji li ghad fadal (mhux kollha ovvjament). Ghax nghiduha kif inhi - min ghad ghandu l-kolonji jrid iroddhom lura issa ghax ma jistax jaqbad jobrom u jiehu minnhom kif irid bhal qabel bla ma jigi isolat politikament ghax hu pajjiz salvagg u insensitiv - cioe, illum li tkun kolonja ghandek ferm iktar x'tiehu (u huma forsi lesti li jtuk ghall-kudos storici u politici) milli kieku kont kolonja ghoxrin sena ilu.

Mhux b'arroganza qieghed insaqsi, imma f'sens ta' dibattitu - jista' xi hadd jispjegali x'hadna billi keccejna l-Inglizi 'l hemm minflok ma ippruvajna inbiddlu s-sitwazzjoni favur taghna u niddiskutu u bir-reqqa u bil-ghaqal nhaddmu il-blata maghhom minflok waqajna ghall-estremizmu tipiku taghna?

U jekk certu tibdil, kemm lingwistiku kif ukoll politiku u infrastrutturali, ma sarx u forsi qatt mhux ser isir, mela ghalfejn baghtnihom 'l hemm l-Inglizi?

divendres, de novembre 18, 2005

aieie brazorf (aka sofistikejxin)

It-tfal

Hafna snin ilu James Joyce qal li bi hsiebu jitlaq l-Irlanda sabiex jikteb ktieb li bih jirnexxielu jesprimi l-hsieb tas-subkonxju tar-razza tieghu. Ktieb bhal dan diga jezisti f'Malta u jismu "Ir-Registru Elettorali", u hu - fil-fatt - kapulavur.

M'ilux kont f'kamra ta' stennija u ma kellix x'naghmel u billi kelli r-registru elettorali fil-basket bdejt inqalleb fih. Qabel ma ssaqsu, le m'inix tip li jdur bir-registru elettorali fil-backpack... imma kumbinazzjoni dakinhar kont mitlub, b'mod Descartesjan-Kafkjan hafna, nuri bi prova lill-amministrazzjoni tax-xoghol li veru nezisti u li, jien li jien bilqedgha fid-demm u l-laham quddiemhom, m'inix frott ta' l-imaginazzjoni mhux-fertili-hafna taghhom.

Imma nsomma - b'naqra ta' biro sewda hadt 15-il minuta pjacir nimmarka l-ismijiet sbieh li ghandna f'din l-art helwa, xi haga li diga kienu ghamluha hafna nies qabli nimmagina.


Fosthom kien hemm:

Conan (klassiku!)
Phythian (sssssss!)
Elmer (Fudd?)
Clibton (Clifton too square for you?)
Licey (qammiela!)
Antonius-Marius (ave Imperatur Twanny-Marju!)
Ethelwald (il-kugin ta' Ethelwald Emilius li ta' spiss jikteb xi ittra lill-editur?)

...u hafna ismijiet faux-francizi, li ghalkemm accettabbli jekk tirregistrahom ghal xi ziemel il-korsa tal-Marsa, bir-ragun jitpixxu bid-dahq l-iskrivana tal-préfecture ta' Parigi jekk tghidilhom li ser issemmi t-tifla "Oisette" (o amorin tieghi! ghalfejn mhux noisette ghal ftit?) jew "Portania" (erm...). Skoprejt ukoll li kif kont nisuspetta l-ismijiet faux-francizi Rodianne u Ritienne - iz-zewg ismijiet Maltin par excellence ta' dan id-decenju huma, fil-fatt, invenzjoni purament Maltija. Mhux billi ghandom il-veneer ta' frankofilja. Igooglejawhom naqra u tiskopru li f'Malta biss jezistu.

Hi forsi s-superficjalita tas-sofistikazzjoni li tattira l-Maltin, mhux is-sofistikazzjoni stess, ghax is-sofistikazzjoni stess hemm bzonn ix-xoghol biex tasal ghalija.


Id-djar

Anita kienet tghidli li meta kienet tahdem f'hanut tal-kotba, kuljum kien ikun hemm xi mara tad-dar tqelleb fid-dizzjunarji tal-Franciz u tal-Latin (just your kind of MILF eh sur Jacques-Rene), jew isaqsu l-impjegati ghal xi kliem 'sbieh imma serji u ikkumplikati' bil-latin. Le ma kienux xi hawswajjfs kolti ifittxu kif jikkongugaw "irexem" qabel ma jibda l-programm ta' Mengacci, imma nisa li ghadom kemm xtraw xi plot Misrah Skorfina limits of Zurrieq u qed ifittxu isem ghad-dar b'risonanzi sofoklijani jew ta' l-imperu ruman. Isem sofistikat. Ovvjament.

Izda dejjem ahjar issemiha xi "mon reve" jew "mon amour" milli ConDom (leggenda urbana), jew Frankie's Family Will Never Forget New York (Nadur) jew Nimrod House (Qawra). Jew le?

dilluns, de novembre 07, 2005

hrug

L-ewwel parti

Fil-brejk kont f'bar li nhobb hafna mmur... bar zghir, bruxellois (cioe imgandar u ilu 35 sena ma jara kazzola u filler jew naqra zebgha) fejn qatt ma jkun hemm hadd. Qieghed hdejn il-Bourse, vicin ta' Chinatown fuq wara tal-GB enormi u magenb il-mahzen tas-supermarket Ciniz.

Insomma kont bilqieghda nixrob il-birra tieghi u il-fjamminga zghira u kemmxejn hippy-trendy ta' wara l-bar kienet qed tkellem gharbi-belgjan (jidher gharbi imma b'touches belgjani hafna bhal curkett tad-deheb u qmis tal-hawajj u piz korpororju joqrob dak ta' Free Willy).

Kont kuntent li ma kinitx qed tkellem lili. Ipprovajna nitkellmu qabel ma kien hemm Ahmed Van Eeckerborn ikellimha, imma t-tnejn indunajna li ma konniex f'vena li nitkellmu u jien komplejt inhares fil-vojt u nisma' lil Tim Buckley li hi kienet qed iddoqq fuq l-isterjo tal-bar u hi kompliet taqra l-iStandaard (tghid kienet qed taqra fuq il-hames karozzi li nharqu hawn il-bierah filghaxija fil-kunsill bruxellois ta' St-Gilles... qeghdin jithajru minn Parigi mid-dehra - BILFORS irridu nikkuppjaw lill-Francizi le?).

Qalet li kienet realisatrice u kienet qed tistenna stage u safrattant tahdem fil-bar biex taqla' xi haga. Kif kollox daqshekk hafif? Kif taqbad tistudja u tilhaq anke affarijiet unlikely? Qed insaqsikom. Kif per ezempju xi hadd jaqbad u jmur jistudja l-islovenja ghax joghgbuh il-lingwi slavici (min qieghed ihallas?). Kif xi hadd ihallsulu l-mama u l-papa' biex jistudja f'Parigi u jigi hawn u jilhaq kap bla ma jaf imur man-nies, b'arroganza kiefra u bla ma qatt ghamel gurnata xoghol qabel? Ghalfejn kollox daqshekk hafif ghal certu nies?


Riklami

...riklami li f'dinja perfetta ma jezistux. Allura ejja nkunu utopici u nehilsu minnhom f'dan il-blogg almenu.


It-tieni parti

U fuq nota ta' ghira kbira bhal dik navzakhom li wisq probabbli ser inhallikom ghal xi zmien. Ser nipprova norganizza xi affarijiet f'hajti u qed nipprova nara kif ser nirranga dak li ma mhux qieghed jahdem sew hafna f'hajti, jew jekk ma nistax nirrangahom il-problemi, nipprova nirranga l-attitudni tieghi lejhom.

Ghalissa ser naghlaq kemm jista' jkun distrazzjonijiet biex nikkoncentra fuq il-hafna affarijiet li hemm bzonn nikkoncentra fuqhom.

Dan il-blogg mhux ser jigi abbandunat... sejjer naqra ta' vakanza biss.

dijous, de novembre 03, 2005

lawaaivakers u mard

DAY I

Imradt...


...u lehni mar ghal kollox. Anita - l-istess Anita li kull meta mmorru f'pajjiz barrani tixtrili ktieb ta' Mr. Chatterbox (ghalkemm jien ma nqisx ruhi partikolarment moulin à paroles) bil-lingwa ta' dak il-pajjiz - mhux qed tammetti a vive voce li din hi ahbar tajba imma naf x'inhi tahseb. Naf, naf.


Il-haddiema

U ma nistax nistrieh ftit minhabba l-haddiema (li bi stramberija kbira huma fjammingi mhux Pollakki jew Cinizi) u l-ostja radju mdaqqas (u storbjuz) li gabu maghhom. Il-lingwa fjamminga mhux wahda li trid tisma' meta tkun marid imma almenu ahjar minn pop pollakk jew xi tejps ta' diski bil-Mandarin.

Biex tghaxxaq, l-iskafolding bnewh mal-bini kollhu jigifieri lanqas niftah ix-xutter tal-kamra tas-sodda ma nista' ghax insib xi sorm nofsu mikxuf ta' xi haddiem jizzegleg ma' wicci.

Qieghed niprova nisma' l-jingle ta' l-istazzjon halli nara x'inhu l-istazzjon biex incempel u niddedika diska lill-lawaaivakers (tahlita ta' kliem Olandiz - lawaai li tfisser storbju u bouwvakers tfisser bennejja - u li koincidentalment tinqara "bowfackers") li qed jahdmu f'bini f'Avenue Dailly. Omaggi distinti.

U ghalfejn dejjem diski tal-qamel jisimghu l-bennejja? Dejjem iffitxu xi stazzjon b'DJ b'lehen narkoleptiku idoqq George Michael u Duran Duran. Imbasta minn Hoboken (hdejn Anversa) dawn is-sinjuri - belt li c-cittadini taghha jiftahru li jbossu u jgherqu l-coolness factor... Chris Rea cool wisq fil-fatt... U ttjunjawh sew dak l-istra radju!


Noam Chomsky dejjem ahjar minn Julie Pomorski. Jew?

Xrajt il-Guardian xi 3 ijiem ilu ghax kien hemm interview ma' Chomsky li hsibtu ser ikun interessanti - hsibt li, ghal xi raguni, Noam Chomsky ma kienx ser ikun dogmatiku u intelletwalment estremist bhas-soltu. Ovvjament kont dizappuntat. Kien is-soltu Chomsky - guarded u b'rasu iebsa. Dejjem nistaghgeb kif in-nies uber-left ma tistax tiddistingwihom minn dawk ultra-right. It-tnejn b'haga f'mohhhom u jekk tipproponi xi haga ohra jghidulek li xi haga tan-naha l-ohra ivvintawha.



DAY II

L-estremismu "l-iehor"?

Kont qed naqra artiklu dwar Marseille f'Kilometer Zero (sfortunatament ma sibtx Cabinet li hu forsi l-magazin favorit tieghi - jekk issibuh ixtru kopja) u ghedt li naqbel ftit ma li kien qed jghid certu wiehed Jackie Blanc. Ftit wara niskopri li Jackie Blanc huwa membru tal-Front National.

"Culturally it is enriching to encounter these people but, economically, I'm not so sure it's good for France". Ma kienx statement salvagg. Kien statement ta' wiehed li ghandu r-riservi tieghu dwar kemm huma utili ekonomikament l-immigranti (ghalkemm isostni li kulturalment jirrikixxu l-pajjiz). Ma naqbilx mieghu ghal kollox imma nifhem il-punt tieghu.

Issa - l-ANR dejjem sostnew bil-qawwi li mhumiex bhall-Front National - li huma iktar middle-of-the-road fin-nazzjonalizmu taghhom mill-FN(F) jew l-FN(B) u jfakkru li mhumiex razzisti. Biss, il-partit li hu suppost razzist (FN) jghid xi haga bhall l-ewwel parti ta' l-istqarrija ta' Blanc, filwaqt li l-ANR johorgu bil-plakkards "ma rridux socjeta multikulturali" (tistghu timmagginaw membru ta' l-ANR qatt jagmel stqarrija bhal ta' Blanc?). Hmmm... Parole si, fatti no? jew?


Fejqan

Qieghed infiq. Kebab u l-pirrrrrrrrrrrrrrmli gabuni f'posti (bi stramberija kbira Anita ma grietx warajja bil-ginseng jew xi estratt vegetali ta' xi paludi f'Osaka). Daqt inkun nista' nohrog minn din il-maledetta dar u nieqaf naghmel il-maledett sudoku fis-sodda u nissoffja fil-maledett maktur.