divendres, de novembre 18, 2005

aieie brazorf (aka sofistikejxin)

It-tfal

Hafna snin ilu James Joyce qal li bi hsiebu jitlaq l-Irlanda sabiex jikteb ktieb li bih jirnexxielu jesprimi l-hsieb tas-subkonxju tar-razza tieghu. Ktieb bhal dan diga jezisti f'Malta u jismu "Ir-Registru Elettorali", u hu - fil-fatt - kapulavur.

M'ilux kont f'kamra ta' stennija u ma kellix x'naghmel u billi kelli r-registru elettorali fil-basket bdejt inqalleb fih. Qabel ma ssaqsu, le m'inix tip li jdur bir-registru elettorali fil-backpack... imma kumbinazzjoni dakinhar kont mitlub, b'mod Descartesjan-Kafkjan hafna, nuri bi prova lill-amministrazzjoni tax-xoghol li veru nezisti u li, jien li jien bilqedgha fid-demm u l-laham quddiemhom, m'inix frott ta' l-imaginazzjoni mhux-fertili-hafna taghhom.

Imma nsomma - b'naqra ta' biro sewda hadt 15-il minuta pjacir nimmarka l-ismijiet sbieh li ghandna f'din l-art helwa, xi haga li diga kienu ghamluha hafna nies qabli nimmagina.


Fosthom kien hemm:

Conan (klassiku!)
Phythian (sssssss!)
Elmer (Fudd?)
Clibton (Clifton too square for you?)
Licey (qammiela!)
Antonius-Marius (ave Imperatur Twanny-Marju!)
Ethelwald (il-kugin ta' Ethelwald Emilius li ta' spiss jikteb xi ittra lill-editur?)

...u hafna ismijiet faux-francizi, li ghalkemm accettabbli jekk tirregistrahom ghal xi ziemel il-korsa tal-Marsa, bir-ragun jitpixxu bid-dahq l-iskrivana tal-préfecture ta' Parigi jekk tghidilhom li ser issemmi t-tifla "Oisette" (o amorin tieghi! ghalfejn mhux noisette ghal ftit?) jew "Portania" (erm...). Skoprejt ukoll li kif kont nisuspetta l-ismijiet faux-francizi Rodianne u Ritienne - iz-zewg ismijiet Maltin par excellence ta' dan id-decenju huma, fil-fatt, invenzjoni purament Maltija. Mhux billi ghandom il-veneer ta' frankofilja. Igooglejawhom naqra u tiskopru li f'Malta biss jezistu.

Hi forsi s-superficjalita tas-sofistikazzjoni li tattira l-Maltin, mhux is-sofistikazzjoni stess, ghax is-sofistikazzjoni stess hemm bzonn ix-xoghol biex tasal ghalija.


Id-djar

Anita kienet tghidli li meta kienet tahdem f'hanut tal-kotba, kuljum kien ikun hemm xi mara tad-dar tqelleb fid-dizzjunarji tal-Franciz u tal-Latin (just your kind of MILF eh sur Jacques-Rene), jew isaqsu l-impjegati ghal xi kliem 'sbieh imma serji u ikkumplikati' bil-latin. Le ma kienux xi hawswajjfs kolti ifittxu kif jikkongugaw "irexem" qabel ma jibda l-programm ta' Mengacci, imma nisa li ghadom kemm xtraw xi plot Misrah Skorfina limits of Zurrieq u qed ifittxu isem ghad-dar b'risonanzi sofoklijani jew ta' l-imperu ruman. Isem sofistikat. Ovvjament.

Izda dejjem ahjar issemiha xi "mon reve" jew "mon amour" milli ConDom (leggenda urbana), jew Frankie's Family Will Never Forget New York (Nadur) jew Nimrod House (Qawra). Jew le?

7 Yays/Nays

Blogger Jacques René Zammit opined / qal...

ijja. Imma Jacques René unhyphenated. U Monsieur le Président jismu hekk ukoll.

Jien nibqa' ninsisti li Garfield huwa l-aqwa isem li smajt go Malta.

11/18/2005 03:40:00 p. m.  
Blogger Kenneth opined / qal...

Insejt id-djar jisimhom "Elvis" (id-direttorju tal-Maltacom jagħti tnejn, u naf li teżisti oħra żgur Raħal Ġdid 'l isfel mill-moskea/MCAST/JL.)

The king lives on.

11/19/2005 12:35:00 a. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

"Elvis hu akbar! Elvis hu akbar!"

11/19/2005 10:27:00 a. m.  
Blogger Kenneth opined / qal...

...u tħallew barra Old Trafford, San Siro, Delle Alpi, Manchester United, Juventus/Juve/Casa Juve, Liverpool, etc.

11/19/2005 02:35:00 p. m.  
Blogger Kenneth opined / qal...

LOL Sandro! Qatt ma smajt bih, jekk veru jeżisti, imma ma tantx naf nies iżgħar minni minn hawn...

X'mistħija

11/20/2005 08:52:00 p. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

taf x'qed johrog minn din il-bicca? li l-Maltin ghandom sense of humour tajjeb - u li ghalkemm crude u literali hafna xorta tad-dahq...

11/21/2005 08:37:00 a. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

tisspamja il-bloggs ta' haddiehor billi attaparsi qieghed thalli kumment dwar is-suggett - tghin li tghid xi haga tipo "ktibt dwarha fil-blogg tieghi din". jew kif qed taghmel int tajjeb ukoll.

11/27/2005 04:56:00 p. m.  

Publica un comentari a l'entrada

<< Home