divendres, d’octubre 07, 2005

Tips for the foreign gentleman visiting Mowtah, the sacred island of Melita



Ahna ta' barra ghad nigu lura. U imbaghad inkunu qisna l-ikbar purcinelli ghaliex hadd ma jkun irid jismaghna... ghax dik it-tarka li tant wissewna biha minn zmien l-indhil barrani u n-nazzjonalizmu mintoffjan ingorruha ahna ukoll. Iva dik it-tarka li tghidlek... dan ghex barra... issa xejn ma ghogbu hawn.

U int tahseb li l-ewwel iswed li hareg mill-villagg u meta gie lura u spjegahlom dwar it-toilet paper ma inkesiex hara u hallewh fil-loki komuni ghal jumejn?

(Gwakkin Zammit)


Biex inkompli ma' tal-bierah u l-ammont ta' kummenti li kien hemm (nofshom tieghi u ta' Erezija) ha nghidilkom xi haga, minghajr kantunieri, dwar kif inhi l-hajja ta' Malti ta' barra meta jiftah halqu f'pajjizu stess...


How the respectful gentleman should comport himself publicwise and in conversation

Meta nkun Malta irrid noqghod b'mod mhux naturali ghall-ahhar inqis kull kelma li nghid u kif ser teffettwa lill dak li jkun qisni qieghed inkellem lit-tfal. Ifakkruk il-hin kollhu anke jekk ma tghid xejn dwar il-Belgju li issa tlaqt u b'hekk inqas kwalifikat titkellem (halliha li ghamilt zewg decenji u nofs nghix hemm u ghandi l-istess passaport u nitkellem l-istess lingwa - imma dawk ma jimpurtax dawk). Id-death knell ta' kwalunkwa konverzazzjoni hi "heqq. le - ma nahsibx is-sistema tajba. Il-Belgju implimentaw sistemi gdida li....". Hawn iwaqfuk - bi tbissima, jitkerhu, f'dahqa jew f'forma ta' canfira dejjem tasal - "ghax issa mar il-Belgju hu", "mela minghalik qieghed il-Belgju" jew "int ghax sejjer 'l hemm gimgha ohra - x'jimpurtak". Ir-risposta tkun emotiva bhal risposta ghal tghajjira - hu qallek "bahnan" u int ghedtlu "ghoxx". Ma jimpurtax x'inhu s-suggett. Dejjem risposta emotiva (u intelletwalment immatura ghall-ahhar) tiehu. Ma jghidulekx - heqq imma allura jekk jaghmlu XX, ma jkollhomx problemi b'YY. Is-suggett qatt ma jmissuh, ghax qed jghajjarna dan il-barrani mhux qed jispjega kuncett jew jaghmel suggeriment - qed JGHAJJAR! Ghax dak hekk biss jaf jaghmel... ha joqghod jghidilna kif ghandna nghixu dan il-barrani x'kull wahda. Ghax ma jmurx lura mnejn gie u jaghmlilna pjacir ilkoll?

B'hekk ma nhosnix traditur. Fil-fatt insiba iebsa hafna inkun patrijott ghax essenzjalment Malta kont persona non grata. Issa li ghext barra jien iktar non grata mhux inqas. U biex inqerr maghkom ghandi dubji kemm nerga immur lura nghix Malta ghax nimmagina insiba iebsa nintegra lura (kemm kellhu ragun Max L. Fly meta qal "the Maltese hate returned migrants even more than they hate illegal ones"). Forsi iva, forsi le. Imma dak jien - ir-relazzjoni tieghi ma' Malta issa hi ahjar minn meta kont nghix hemm. U haga ohra - wara kollox ghandi hajti - il-"glieda" tieghi hi wahda kulturali - inhallas it-taxxi biex haddiehor jara li tal-linja jigi fil-hin, li min qed jaghmel it-toroq jibnihom kif suppost, min jaghmel certu kummenti razzisti f'meeting pubbliku jigi arrestat jew immultat. U bil-problemi kollha tal-Belgju dawn l-affarijiet generalment isiru.

Tajtu wisq il-pajjiz, biss li tajtu kien dejjem unsolicited - hadd ma talabni. U zgur wisq inqas hadd mhux ser jitlobni issa. U meta tahseb li l-hin li hlejt stajt tahlih tikteb xi naqra ta' novella, jew torganizza screening ta' films sperimentali jew torganizza xi concert tinduna kemm hlejt hin fuq pajjiz li mhux talli ma jirringrazzjakx talli jivvilifikak ta' dak li ghamilt tinduna kemm kont bahnan.


Mistoqsija

Issa - ser tibqa hemm patrijott... u x'ser jigri? Ha ntikhom ezempju ckejken... jien dilettant tat-trasport pubbliku. Malta kont ktibt 4 emails u bghatt ittra u saqsejt dwar ghalfejn m'hemmx orarji ma' kull waqfa tax-xarabank kif hemm kwalunkwe post iehor u min suppost jimplimentahom. Xejn. L-ebda risposta. Hawnhekk irrapurtajt bosta affarijiet. Kemm ili hawn (Anita ticcajta li meta jircievu xi haga min ghandi tixghel bozza hamra) diga bgatt 9 emails lill-De Lijn u l-iSTIB. Hadu azzjoni fuq 7 minnhom, it-tnejn l-ohra spjegawli li hemm dispute ma' l-iSTIB dwar min ghandu jopera l-linja... tawni d-data sa meta trid tissolva l-problema u fil-fatt kienet solvuta (jumejn tard imma insomma). Is-sistema tahdem.

Ahsbuha naqra u ghiduli l-verita'... billi tibqa' hemm, hemm xi hadd irid jisma' l-opinjoniet taghkom hlief bloggeja ohra u hbiebkom tal-klikka ta' nies simili liberali? Issa billi tibqa hemm? Xiex? X'ser jigri? X'impatt reali ghandkom - u n-nies li ser teffettwa jekk ser, per ezempju, torganizza xi screening ta' film li jmiss it-temi ta' immigrazzjoni irregolari huma l-converted few. Tghid mhux ser tara lill-Lowell u l-Beattie fl-ewwel ringiela. Jekk iddawar il-mistoqsija fuqhi (kif dejjem jigri ghax, ojj, jien il-barrani b'hekk il-mistoqsijiet isiru lili mhux vice-versa) : Tghidli x'impatt ghandek int li tlaqt - xejn... imma pretensjonijiet li l-ezistenza tieghi innifisha b'xi mod ser twaqqaf ir-razzismu u l-ksenofobija rampanti f'mohh il-Maltin m'ghandix lanqas. Dak hu aspett ta' pajjizna tal-wahx, imma li trid taccettah. Dak hu. Ghalxejn tghid li mhux hekk - il-pajjiz ghandu nuqqas ta' edukazzjoni kbira, ma tistax tistennih jahseb b'mod razzjonali u intelligenti meta dejjem haseb bl-emotivita u bil-ponn.


U fil-fatt...

Dik kienet l-idea li titlaq - biex tara x'hemm barra u l-mod ta' kif in-nies mhux biss igergru dwar l-affarijiet imma jistennewhom bi dritt - haga li mhux dejjem naghmlu hawn. Ha tigi rinfreskat, bl-ideat u bir-rieda - ghax Malta tixroblok li ghandek wara zmien qasir. Jew jekk ser tibqa hemm almenu tkun tista' tibni hajtek kif tixtieqa int, le?

Halli titilqu u tergghu tmorru lura u taraw. Imma jekk ammont mdaqqas jitlaq u jmur lura umbaghad 'huma' jkollhom jaraw - nigu lura mhux b'emotivita u l-ponn imma b'razzjonalismu u hsieb ta' kif ser inbiddlu l-affarijiet u niehdu dak li hu taghna bi dritt. Soluzzjoni pjuttost utopjana u 'last resort' - imma hemm wasalna le? Ghiduli b'pajjiz iehor b'dimostrazzjoni mdaqqsa essenzjalment neo-nazzista fi triq principali f'belt Ewropea li ma gietx imwaqqfa anzi protetta mill-pulizija...

Forsi certi Maltin ta' barra huma arroganti, imma mqabbla ma certi Maltin ta' Malta lanqas jibdew. Jista' jkun li kif certu Maltin ta' Malta jhobbu jahsbu li l-Maltin ta' barra ihobbu jkabbru l-affarijiet iktar milli huma (forsi veru wkoll), certu (ejja ma nilghabux bid-diplomazzija - il-parti l-kbira milli rajt jien) l-Maltin ta' Malta jhobbu jkabbru l-arroganza prezunta tal-Maltin ta' barra halli jhossuhom tajjeb. Ghalfejn qed jghidu hekk dawn il-Maltin ta' barra? Telqu hejj! Dawk ghax arroganti. Dawk ghax keshin. Heqq, hemm xi problemi imma pjuttost kollox miexi sew, kemm ghandhom paroli fil-vojt. Dawk ghax arroganti. Dawk ghax keshin. Heqq hemm xi problemi imma pjuttost kollox miexi sew, kemm ghandhom paroli fil-vojt. Dawk ghax arroganti. Dawk ghax keshin. Heqq, hemm xi problemi imma pjuttost kollox miexi sew kemm ghandhom paroli fil-vojt. Dawk ghax arroganti. Dawk gha....


Adieu

Min ser jibqgha missu jibqa' Malta ghax jiehu pjacir jghix hemm, ghax jiehu pjacir iqum filghodu f'dak il-pajjiz u ghax hemm jista' jaghmel xi haga b'hajtu u mhux minhabba xi obbligazzjoni imaginarja patrijotta. Zwieg ta' obbligu u mhux ta' mhabba rari jahdem. Min ser jitlaq - ironikament tistghu tiehdu hudu spunt mill-parti l-kbira ta' l-immigrant irregolari f'Malta li bhalissa qed jistudjaw kif ser jaslu Frankfurt, Milan u Parigi (u forsi anke Brussell u l-Lussemburgu). Jekk tibqghux hemm jew titilqux f'idejkom mhux f'idejn l-ghazliet li haddiehor ghamel ghalikom bil-movimenti u l-ideat imposti tieghu - imma ghamlu xi haga b'hajjitkom. Ir-retorika patrijotta u l-ferneziji nazzjonalisti halluhom ghal min ihobb ixejjer il-bnadar...

3 Yays/Nays

Blogger Erezija opined / qal...

erm, nahseb qed tkun daqsxejn paranojku kurt...

xejn xejn... xbajt nargumenta bis-swaba fuq il-kibord...

10/07/2005 11:16:00 a. m.  
Blogger Jacques René Zammit opined / qal...

issa twahhalx fijja jekk jiksuk hara u jhalluk fil-loki komuni ghal jumejn!

10/07/2005 11:17:00 a. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

hehe. le man - marid jien. (qieghed sick id-dar b'rih) - meta nkun marid taqbadni fernezija li niekol, nghajjat, nittajpa u naghmel hafna affarijiet ohra li jibdew bl-'n'.

rih bil-franciz jghidulu 'grippe'... u veru "grip" fil-kaz tieghi ghax x'hin jaqbadni nibda nittajpja, nissielet, niggieled, nikkwistinja, ninket bla ma naf x'jien naghmel.

ha mmur niehu naqra pirrrmli ha nigi f'posti (fat chance).

10/07/2005 11:28:00 a. m.  

Publica un comentari a l'entrada

<< Home