maaa, ara hadli l-gobooooon*
L-ikoni tal-Windows tieghi huma ikoni tal-gobon. Nghaddi hafna mill-hin digestif tieghi niekol il-prunji biex nikkumbatti l-kostipazzjoni kronika minhabba d-dhul bla razan ta' prodotti gejjin mill-baqar, bdabad, jeni u kwalunkwe annimal li minnu tohrog qatra halib. Meta naqra xi haga li fiha naqra gobon anke jekk tkun "Zozzerie à la merde (avec 1mg du fromage schifos)" ninsa l-qbija tal-menu u nordnaha. Fi kliem ohra jien addict.
Li ghandu tajjeb ukoll il-gobon mhux biss hu l-aqwa ikel fid-dinja imma komparattivament irhis (fiz-zmien meta kont naqla minimum wage Malta xorta kont naffordja nixtri naqra gobon tajjeb minghand l-isqallin is-Suq tal-Belt jew it-Tower ta' Tas-Sliema - veru hemm anke gobon li jiswa EUR 250 kull kilo imma taf tehles bicca gobon tajba u mdaqqsa b'inqas minn Lm1.50). Barra minn hekk tista' tixtrihom mis-supermerkati mhux mil-hwienet specjalizzati. Iva, iva globalizazzjoni, ecc... imma jkolli nammetti li ghalkemm gieli ikolli aptit immur hwienet zghar, l-anonimita' tas-supermerkati l-kbar (les hypermarchés jew il grandes surfaces kif jghidulhom hawn) nippreferiha. Gieli f'dawn il-hwienet iz-zghar tinserta xi hadd arroganti li jaf kemm jifhem fis-suggett tieghu u li donnu hu l-personifikazzjoni ta' dan l-istrixxiklu. F'supermerkat tista' tidneb u tizbalja kemm trid u tixtri gobon ma jghogbokx biex tippruvah minghajr ebda gudizzju. Hi l-istess raguni ghalfejn nippreferi niekol ikel li nixtri mir-ristoranti d-dar. Hekk nista' naghmel hafna dnub tipo nitfa l-parmigjan fuq l-ispaghetti bil-frott tal-bahar jew niehu l-gelat qabel l-ikel, jew niehu landa diet coke mal-Foie Gras fil-milied.
Li ghandu tajjeb ukoll il-gobon mhux biss hu l-aqwa ikel fid-dinja imma komparattivament irhis (fiz-zmien meta kont naqla minimum wage Malta xorta kont naffordja nixtri naqra gobon tajjeb minghand l-isqallin is-Suq tal-Belt jew it-Tower ta' Tas-Sliema - veru hemm anke gobon li jiswa EUR 250 kull kilo imma taf tehles bicca gobon tajba u mdaqqsa b'inqas minn Lm1.50). Barra minn hekk tista' tixtrihom mis-supermerkati mhux mil-hwienet specjalizzati. Iva, iva globalizazzjoni, ecc... imma jkolli nammetti li ghalkemm gieli ikolli aptit immur hwienet zghar, l-anonimita' tas-supermerkati l-kbar (les hypermarchés jew il grandes surfaces kif jghidulhom hawn) nippreferiha. Gieli f'dawn il-hwienet iz-zghar tinserta xi hadd arroganti li jaf kemm jifhem fis-suggett tieghu u li donnu hu l-personifikazzjoni ta' dan l-istrixxiklu. F'supermerkat tista' tidneb u tizbalja kemm trid u tixtri gobon ma jghogbokx biex tippruvah minghajr ebda gudizzju. Hi l-istess raguni ghalfejn nippreferi niekol ikel li nixtri mir-ristoranti d-dar. Hekk nista' naghmel hafna dnub tipo nitfa l-parmigjan fuq l-ispaghetti bil-frott tal-bahar jew niehu l-gelat qabel l-ikel, jew niehu landa diet coke mal-Foie Gras fil-milied.
Imma, witowtferderadu, din hi t-top 5 tieghi tal-gobon... zidu taghkom fis-sezzjoni tal-kummenti jekk tridu...
Petite Buche (FR)
Buche hi "log" bil-Franciz. Fost il-vantaggi tieghu - tajjeb hafna u dan gobon hafif hafna ssibu, fil-fatt hemm xi kumpanija kbira taghmel verzjoni tieghu u lanqas jiswa 80c maltin u xorta eccellenti. Il-gilda tal-gobon hi simili tal-camembert (gobon li jdejjaqni) imma gewwa eccellenti. Gobon tal-halib tal-gidi.
Taleggio (IT)
Gobon mill-Piemonte jew il-Lombardia generalment - imdewweb fuq bicca hobs niexfa mixwija u 20 sekonda fil-majrkowejv. L-ewwel darba li kiltu konna morna nieklu ghall-birthday ta' Anita u hallast pju o menu x'kienu ihallsu l-gvernaturi fewdali ghall-istati kollha ta' Italja kollha kemm huma. Eventwalment sibt tnejn minn nies li ghandom.. (ghal min qieghed Brussell dan jista' jinxtara mill-Marché du Midi [hemm vann bil-bandiera ta' sqallija - it-tlett saqajn bla gisem biex niftehmu] jew mis-suq fuq il-Parvis de St-Gilles). Attenti ghax jintent ghax l-intiena tieghu, tipo katavru li ilu mejjet xi xahrejn, hi leggendarja!
Fromage de Bruxelles / Brusselse Kaas (BE)
Isem generiku ghal gobon li mhux generiku. Jekk Brussell hi l-belt kapitali tas-surrealismu, dan il-gobon il-"mascot" tieghu bir-ragun - dan il-gobon ghandu hajja ghalih. Xtrajtu f'Evere u tlajt fuq ix-xarabank u nittintha kompletament. Hallejtu gurnata fil-frigg u l-ghada x-xaham tal-gobon mhux talli hareg mill-gobon, talli ddecieda johrog mill-frigg, jiehu birra u jmur sal-laptop tieghi jintefa jilghab Sim City u jfittex il-porno.
Il-frazi "acquired taste" donna giet mahluqa ghal dan il-gobon tal-baqar (mielah hafna)
B'naqra ikel surreali belgjan iehor (fosthom zalzett tac-cikkulata... pork & choc... le mhux qed nitnejjek) huwa kompletament addictive (ovvjament l-acidita' li jqabbedlek fl-istonku lanqas 30 multa ghax ipparkjajt fuq il-bankina ma jqabduhilek). Inkredibilment iebes issibu.
Il-Gbejniet ta' l-Ilma (friski)/Il-Gbejniet tal-Bzar (MT.. anzi, GZ)
Fost l-affarijiet l-ohra li jien kburi li jien Malti (cioe' l-ahwa Collinson u l-cake inkredibilment tajjeb li tixtrih b'50c minn forn f'Hal Qormi) hawn dan il-gobon li nhobb imhabba kbira. Gieli inraqdu mieghi u nohlom holm helu li qedghin nigru ferhanin flimkien fuq il-plajja ta' Marsalforn qisna zewg boloh u nilghabu loghob helu hdejn il-bahar - umbaghad nieklu.
Hemm wiehed xih Ghawdxi jaghmilhom u jigi ibiehom bil-barmil il-Belt. Jghidu li biex tara l-kwalita' ta' dan il-gobon issabata mal-hajt u tara tehilx jew le. Jghidu wkoll hafna kazzati ohra allura bir-ragun qedghin frankuni. Insomma l-mohh intraprendenti Malti tieghi ilu jahseb ghal hafna zmien kif ser jimporta dan il-gobon fl-Ewropa, biss dik il-parti ta' mohhi tan-nanniet Greci-Catalani titfaghni lura u ma thallinix nibqa nahseb ghax tfakkarni li hawn il-Feta ta' Piraeus u l-Costa Negra li li ghadom l-istess texture tal-gbejniet, ghalkemm it-toghma mhux ezatt l-istess.
Ricotta salata (IT)
Dan il-gobon Sqalli forsi mhux wiehed mill-aqwa gobna Taljani li jezistu - u l-uniku gobon iebes f'din il-lista - imma ghandi hafna memorji sbieh tieghu. Kien ukoll wiehed mill-iktar gobnijiet (x'jigi il-plural ta' gobon?!) li kien hafif issib Malta. Kienet Anita li introducietni ghalih waqt festin, bdejna nitkellmu u rajt li kellna hafna in komuni, fil-konversazzjoni dahal ukoll certu Turkey Breast u gieli anke Lays u forsi xi wiehed Ingliz jismu Boddingtons jew Chardonnay il-Kalifornjan. Jien u Anita konna nghaddu mumenti magici f'Qui-Si-Sana jew il-gnien tal-Milorda bejn il-Belt u l-Furjana ma' dawn il-hbieb taghna u fil-kumpanija ta' hbieb ohra fosthom id-discman, il-kotba u affarijiet ohra li mhux f'waqthom nispjega hawn.
Gobon li jdejjaqli l-bajd:
- Il-Gruyere (aka Gobon tat-Toqba) - U ejja...
- Cheddar - bland... ghalfejn hu daqshekk popolari Malta? Ghax jiekluh l-Inglizi? Mhux partikolarment irhis lanqas.
- Caprice des Dieux - x'ghandu tajjeb? diga' l-Camembert mhux xi gobon tajjeb hafna, biex taghmel kopja tal-Camembert umbaghad..?!
LINKS: Artiklu tajjeb fuq l-encarta dwar il-gobon, kif taghmel il-gobon id-dar, kif tipprepara set ta' gobon
* kwotazzjoni ta' Norman Lowell ovvjament (qedgha f'nofs l-MP3)..
8 Yays/Nays
Brie! Brie! Brie!
Wahda mill-memorji ta' tfuliti li tispikka hi ta' meta kont ghand iz-zija naghmel il-homewerk tal-geography (kelli xi 9 snin). Tatni brie u crackers, u l-bicca brie fuq il-platt tieghi kienet kbira daqs kemm kienet tixtri ommi fix-xirja tal-gimgha... aaaah...
La qeghdin nitkellmu fuq il-gobon, dan l-ahhar skoprejt li, minkejja li d-dar dejjem bil-parmegiano tad-ditta mill-italja, nippreferi l-gobon tal-hakk normali ghal fuq l-ispaghetti :-)
il-Comte? hah! hasra li m'inix slimiz ghax kieku nghidlek "assss ifffff..."
il-gobon ta' bruxelles naghmlu nr. 1 anzi ha tara kemm jien kelb aaaaa wicc ta' de gaulle l-int. huwa zgur wiehed mill-aktar "gobna" distintivi li jezistu. l-aqwa zgur li le, imma haqqu postu hemmhekk ghax qatt ma doqt xejn bhalu... hehe - u kont naf li jekk innizlu ser tirrispondi semi-inkazzat int... :p
(is-St. Maur qatt ma doqtu sfortunatament... moissac de cévennes gieli ipprovajtu? min jaf jekk l-ismijiet taz-zwiemel tal-corsa f'Malta igibuhomx mill-ismijiet tal-gobna? insomma - kwalunkwa regjun li jipproduci ic-chabichou tista' tafda fuqhu bla inkwiet...)
maltagirl - bicca hobz bil-brie u bl-ghasel tinzel, erm, ghasel fil-fatt. :)
tini biċċa cheddar bin-naħa maħruqa tal-qoxra tal-ħobz Malti, u jien kuntent
hehe. tghogobni l-qoxra mahruqa bic-cheddar ukoll... imma jkolli ghazla bejn gobon iehor u cheddar mhux ser nghazel ic-cheddar.
imma naraha kif nara l-muzika fis-sens - tista' tghid "tini dak li nisma fuq ir-radio u daqshekk ghalija" - u forsi intik ragun imma sabih wisq tinvestiga iktar fil-muzika, u tiskopri affarjiet u hsejjes godda. minn naha l-ohra l-esperimentazzjoni hi problema kbira tieghi - dejjem naqa fin-nassa... meta nara xi haga li ma nafx x'tahbat fuq il-menu nipprovaha biex niskopri x'inhi (u mhux dejjem kienu skoperti sbieh! niftakarni darba xxukjat wisq inhares fil-platt lejn xebgha msaren ta' nghaga f'roqgha demm b'naqra basal nej darba, kienet xi specjalita regjonali imma iktar kienet qisha xi accident bejn tank tal-gwerra u l-merhla nghag ta' little bo-peep fil-highlands skoccizi milli xi prelibatezza tar-regjun...)
imma veru - l-gobon biex tieklu ma' bicca hobz Malti (btw - il-hobz "malti" rajt verzjonijiet tieghu f'kwazi kull forn jew patisserie Ewropea) qieghed.
btw ja lussemburgiz - il-hobz lussemburgiz propja (letzebuerger broot) mhux differenti hafna mill-hobz Malti...
jekk xi darba nigi niekol ghandek, bex, kun af li jien niekol KOLLOX hlief haga wahda - il-gobon.
m'ghandekx ghalfejn tigi l-hawn mela... ghax jien ma' kollox naghmel il-gobon... l-ispecjalita tieghi hi involtini di formaggio al formaggio con ripieno di formaggio e formaggio.
xi darba irrid immur naghmel check-up tal-kolesterol...
isma - la maghkom l-avukati (u tradutturi) ma tiftehimx ghal loghba pétanque missna niftehmu nilghabu loghba bil-karti tal-loghob tar-rizzo (andrerizzo.blogspot.com)
jew inkella hemm mise en scène ta' Pasolini (qabel ma stirawh insomma) f'teatru zghir in-nahat tieghi illum (jew ghada?)... f'idejkom - jekk tridu tigu ibghatuli email.
ibbloggja aaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaaa
xi hlew - qed jimmissjani gwakku.
Publica un comentari a l'entrada
<< Home