diumenge, d’agost 14, 2005

Forum

Mela, ilna niddiskutuha zmien u billi rajt li hadd ma wasal ghaliha ivvintajtha jien... Forum ghall-bloggin u dawk kollha interessati fl-ibbloggjar...

jinsab hawn: BloggsMaltin [http://bloggsmaltin.6.forumer.com/]

dan ser iservi mhux biss bhala post biex niddiskutu affarijiet teknici dwar il-bloggs imma wkoll opinjonijiet, artikli (ez. - minflok timla s-sezzjoni tal-kummenti ta' xi blogg qisu IRC Chat tpassi ghall-forum minflok) - insomma bicca minnu ser ikun tekniku u matter-of-fact u parti l-ohra speci ta' kazin virtwali (minghajr ic-Cisk jew is-San Paolo fit-tazzi tal-pyrex insomma...).

Li nitlob minghandkom hu li jekk joghgobkom:

1. Taghmlu link ghaliha fis-sidebar tal-blogg taghkom
2. Tikkontribwixxu u tippartecipaw halli naghtuh l-ewwel spinta

Grazzi

1 Yays/Nays

Blogger Roderick Mallia opined / qal...

Interessanti ħafna din l-idea. Prosit ta' l-inizzjattiva.

8/14/2005 11:07:00 a. m.  

Publica un comentari a l'entrada

<< Home