dimarts, d’agost 09, 2005

isimghu b'ghajnejkom

1-2 Check

Ha nispjegalkom naqra mil-liema xena muzikali nigi jien. Jien nigi mit-tarf estrem tal-muzika, il-muzika esperimentali... il-qiegh tal-bittija akustika. Jekk wiehed irid jaghmel analizi ta' x'jigri jekk is-software P2P tant ikisser is-suq tal-muzika li jbiddlu kompletament wiehed jista' jibda mix-xena tieghi. Is-CDs normalment johorgu f'format ta' CD-r, f'ammont limitat ta' kopji (gieli anke 50 kopja biss), handmade covers li gieli jirrekjedu hafna xoghol, ammont ta' flus tant limitat li hu kwazi impossibbli tghix minn fuq il-qliegh anke jekk tkun famuz u tista' tghix bi ftit flus. Ghalina l-P2P ma kienx ifisser sistema kif jittieklu l-ftit flus li tista' taghmel imma opportunità biex tkun iktar kreattiv u l-muzika ta' dak li jkun tasal ghand aktar nies minn qatt qabel.

Biex niehu spunt mill-essay ta' John Oswald "Plunderphonics, or Audio Piracy as a Compositional Prerogative" nahseb li l-muzika stampata fuq CD jew MP3s, il-films fil-forma ta' DivX jew MPEG (jew anke DVD), il-ktieb f'forma trasferibbli (PDF jew photocopies) huma informazzjoni likwida mhux oggett uniku (bhal nghidu ahna tpingija). Huma, essenzjalment, diga kopja ta' l-oggett originali mhux l-oggett innifsu - b'hekk jistghu jigu trasferiti bejn medju u iehor u bejn persuna u ohra u ma nisbix haga tajba li jkun hemm reverenza tant qawwija ghall-oggett li ma naghrfux li huma essenzjalment informazzjoni digitali li giet ikkreata minn xi hadd u mghoddija lill xi hadd iehor u li taghha jistghu isiru kopji infiniti. Certu bicciet ta' Noise: The Political Economy of Music ta' Jacques Attali huma relevanti ghal dan ukoll.


Post-apokalissi...

X'jigri, skond jien, jekk jisfaxxa s-suq diskografiku?

Pozittivi

  • Il-mewt tal-muzika manifatturata pop, il-mewt tal-boy bands, ecc. (Jekk il-flus li wiehed jista' jaqla mill-muzika huma mizerja)
  • Iktar kreattivita' (Wiehed jista jesperimenta kemm irid ghax mhux marbut bil-bejgh tad-diski)
  • Esperimentazzjoni (is-CD hu marbut b'stampi quddiem u wara u dewmien massimu ta' daqq ta' 74 minuta - minghajr dan tista' tibda esperimenti fejn ma tafx jekk hux film jew diska li qed tara - orkestri li jdoqqu korijiet ta' 4 sighat mhux maqsuma, films li jistghu jigu remixed u mbaghbsa mill-utent stess, ecc)
  • Ix-xena muzikali Maltija qed issir (ftit ftit) harira iktar varjata... meghjuna ukoll mill-fatt li n-nies jistghu jiehdu riskji u jippruvaw muzika differenti milli jhobbu s-soltu


Negattivi

  • Kulhadd jinsab f'pozizzjoni li jaghmel u jippubblika l-muzika hu nnifsu (jigifieri hemm hafna gruppi u artisti tal-qamel biex niftiehmu)
  • M'hemmx nodes centrali ta' distribuzzjoni (Distribuzzjoni hazina minhabba li m'hemmx flus involuti)

PosiNegattivi u noti ohra

  • Naccetta l-argumenti tan-naha l-ohra, u naqbel ma' ftit minnhom ukoll
  • Ir-rivoluzzjoni tan-netlabels ser iddum wisq biex issehh. Meta ser issir? Il-Licenzja tal-Creative Commons hi pass importanti biex naslu ghal dan.

L-imhabba tal-prodott tibqa - in-nies ihobbu jkollhom il-prodott innifsu f'idejhom. Il-prodott ser jibqa' jezisti - Il-bloggs mhux ser joqtlu l-gazzetti - anzi forsi jzidu l-voracita' tal-qarrejja ghall- kitba.

Ghalhekk naqbel mal-P2P. L-ebda ghadma liberali f'gismi, l-ebda cellula li tiehu pjacir bl-esperimentazzjoni f'mohhi ma thallini nitharrek mill-pozizzjoni tieghi favur dawk li johorgu jimirhu 'l hinn minn dak li hu stabbilit mill-istatus quo u l-kont bankarju ta' xi grupp li missu ilu li rtira.

Wara kollox min hu suppost kreattiv, minn hu suppost artist imma ma jahsibx f'termini ta' kreattivita' jew il-valur artistiku ta' l-oggett imma f'termini ta' flus l-ewwel u qabel kollox (jew flus biss) ma tantx trid tkun ciniku u/jew gharef biex tasal ghal konkluzjoni li ma haqqux it-titlu ta' persuna kreattiva u/jew artist imma paljacc wisq materjalist jilghabha tar-ribell ghax hekk suppost jaghmel. Haqqu.



The End of Music

L-Arlequin, hanut tad-diski uzati fi Brussell, qed jiccelebra l-mewt tas-suq diskografiku b'sale enormi u b'interventi artistici fil-hwienet tieghu. F'intervista li ta lill-Zone 02 is-sid ma kienx jidher imhasseb jew inkwetat dwar il-popolarita' ta' l-MP3s ghal kemm l-ghajxien tieghu jiddipendi minn hekk. Skond hu din fazi ohra ta' fenomenu li minn dejjem ezista - meta kien zghir hu stess kien jirrekordja d-diski minn fuq ir-radju. Kull ma tfisser hi li s-suq inbidel. Biss, bla dubju, hemm inqas flus fiha l-bicca...


Resonance FM

Resonance FM hu wiehed mir-radios favoriti tieghi li nisma ta' spiss ix-xoghol. Ghal xejn inzid ma' x'qalu ohrajn dwaru...

'A loosely structured laboratory for artists of all kinds to reimagine what radio can be' Artforum

'The best radio station in London'
The Guardian

'Less a radio station than a living art installation'
Harpers & Queen

'Lock the dial on 104.4 FM and leave it there'
The Evening Standard

'Less talking about the arts, and more of the art itself'
The Daily Telegraph

'A glorious experiment that everyone in the country deserves the chance to hear it'
The Independent

'An ad-free oasis of sonic experimentalism'
Dazed & Confused

'A cure for conformity, still available without prescription. Try it before they ban it'
Muzik

Min qieghed f'Londra Resonance FM qieghed fuq 104.4 FM. Ghal min bhali jixtieq jisimghu streaming jista' jikklikkja hawn. Araw wahda l-lista tal-programmi qabel ma tibdew - Resonance hu radju varjat ferm - tista' tisma minn kollox - minn funk etjopjan u muzika esperimentali minn Brooklyn, intervista ma' xi professur tal-gografija umana jew informazzjoni ghall-pensjonanti ta' Sarf London. U jekk m'ghandekx interess fis-sussidji fuq id-dentura u s-Civic Centre il-gdid ta' Peckham Rye nikkunsiljalek ma tismax dawn ta' l-ahhar...

Ghal min qieghed Brussell m'hawnx xi haga ezatt bhala imma jekk titfa' Radio Panik, Radio Campus, esperiment gdid jismu SilenceRadio.org u l-Atelier de Création Sonore Radiophonique f'blender (jew kif inhu maghruf ahjar f'certi djar Maltin "il-Kenwood") forsi johrog xi haga simili

6 Yays/Nays

Blogger Jacques René Zammit opined / qal...

Imma jekkt tmut il-muzika... Morrissey imut ukoll???

8/11/2005 09:56:00 a. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

ma nafx imma jekk jigri hekk, heaven knows vella will be miserable then...

8/11/2005 10:54:00 a. m.  
Blogger Antoine Cassar opined / qal...

Kurt, inti smajt il-muzika sperimentali ta' Battiato, tal-bidu tas-snin '70?

8/12/2005 02:24:00 p. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

iva, u niftakar li hemm diska fejn jissampilja (jikkampjuna?) radju malta 2! :)

8/12/2005 02:31:00 p. m.  
Blogger Antoine Cassar opined / qal...

Eh? Vera? Liema wahda? Aries jaqaw?

8/12/2005 11:21:00 p. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

ma niftakarx imma ehe Aries nahseb...

8/13/2005 02:14:00 p. m.  

Publica un comentari a l'entrada

<< Home