dijous, de juny 16, 2005

Kv17

Gieli tistasqu lilkom infuskom x'jahseb dwarkom kieku intkhom infuskom ta' sbatax il-sena jaraw x'sirtu llum? X'jghid?

Kien ikun ftit ixxukjat il-verzjoni Kurt ta' 17-il sena (Kv17) li l-Kurt ta' kwazi dicenju wara ser jahdem ma' l-U.E., mhux ser jisthi jghid li hu middle-class, li jilbes jeans meta Kurt v17 kien dejjem ferm iktar cool (il-qalziet tal-motocross li kien jilbes kuljum kien importanti ghalih - xorta kien ikun self-conscious meta jilbsu imma kien strument importanti ta' demarkazzjoni) milli jien illum, ixxukkjat li Kurt tal-lum tant ma jimpurtahx dwar flus li m'ghandux idea kemm tiswa kartuna halib jew torta tal-frott, li sar xi ftit vanituz u superficjali - affarijiet li ma kienx meta kellu 17-il sena.

U x'jghid probabbilment Kv17 meta jarani bil-Cabinet f'idi, b'Arvo Part jew Jacob Kirkegaard fl-MP3 Player, fuq tram 90 fi Brussell (Brussell?! Mela ma kellekx tmur Londra jew N.Y.?), liebes hwejjeg normali jxeqilbu lejn is-semi-hipster-but-not-quite. Ma kienx ciniku hafna u dejjem kien ihobb jitghallem dwar affarijiet godda allura probabbilment ikun interessat li jisma l-Part u jara kif jahdem MP3 player u jaqra xi artiklu minn dak il-magazin. Kien jistghageb zgur li l-magazin jiswa EUR 10.40 (u ma kienx ikun jaf x'inhuma Euros/Ewros ovvjament).

Inbdilt hafna, imma fil-verità inbdilt ftit. Immaturajt kif ighidu f'dawn l-okazzjonijiet. Ghax ta' 17-il sena veru kont nisma l-Orbital, l-Aphex Twin u l-Front Line Assembly (u naqra Portishead u affarijiet ohra ukoll), imma kont diga mohhi biex nitlaq mill-pajjiz, u mohhi biex nixtri dar bhala investiment ghall-futur biex nahdem biss part-time la jkolli 25 (ma ridtx nahdem hafna ta' dik l-eta - ix-xoghol dejjem kont narah bhala bastun fir-rota tal-pjacir). Dejjem nippjana u nara l-mapep u nohlom... u fl-ahhar niehu azzjoni.

Il-bierah qaxxart il-goatee/daqna wara kwazi 5 snin biha u tfacca wiehed jixbah lill-Kv17 u baqa' ihares lejja fil-mera. Sellimtlu u hu sellimli lura, ghadna hbieb tal-qalb mid-dehra. Nispera nibqghu hbieb sal-mewt - jekk iz-zghozija l-aqwa zmien ta' hajtek ma nistax nispjega kif iktar ma "nixjieh" hajti ssir ahjar... Kv17 ma jafx lanqas.

13 Yays/Nays

Blogger Kenneth opined / qal...

Bloggata (qed nuża dil-kelma għall-ewwel darba; naħseb aċċettajtha fl-aħħar) mill-isbaħ. Jekk xejn, għall-ħsieb tagħha.

6/16/2005 09:44:00 p. m.  
Blogger Kenneth opined / qal...

Kellu bżonn kulħadd jisma' mqar 'il Satriani u mhux jidolizza 'l Britney Spears, Eminem, P.Diddy u l-kumplament ta' l-imbarazz ta' l-MTV li jqishom bħala l-uniċi esponenti tal-mużika li jeżistu fid-dinja...

6/17/2005 01:15:00 a. m.  
Blogger Kenneth opined / qal...

Minix ngħidlek li s-Satch hu l-Alla tiegħi, imma ta' darba kultant (tiddependi ħafna mill-burdata, jiġifieri darba f'xahrejn ukoll ħafna), jinżel. Just kemm tgħid "kif illostja qatt ma jirnexxieli ndoqq daqshekk fast?" u taqliblu għal diska ta' xi ħadd ieħor, għax wara kollox mhux dak l-istil li rrid naqbad (la nerġa' immiss il-kitarra bis-serjeta'.)

Xi ħadd li avvanza fil-jazz żgur li mhux se nippretendih jixxarrab la għal Satriani jew għal Vai, u wisq inqas jimpressjona ruħu bl-ispeed u l-ħsejjes "tas-soltu" tagħhom.

Sfortunatament il-jazz tiegħi għadu limitat għal xi ftit mp3s ta' Wes Montgomery u Joe Pass ("El Gento" ġġenninni). Eh, u ż-Zerafa Georgelet 4tet... dawk ukoll spiċċaw fil-playlist. Imma s-CD ta' Miles Davis għadu jistenna jiġri x'imkien, għax wara sentejn, għadni ma smajtux.

Evviva l-Winter Moods.

6/17/2005 03:37:00 a. m.  
Blogger Peklectrick opined / qal...

Nipreferi t-talent ta Eminemn fil-mod kif jpoggi l-kliem mil masturbazzjoni instrumentali ta Satriani.

Jien lil KurtV17 kont nafu. Kien jhobb il-Korn wkoll (mhux billi semma l-Orbital, l-Aphex Twin u l-FLA) : ) Kien bniedem allright jekk xi ftit eccentriku. Humour off-beat u bniedem interessanti. Min dak li nista nifhem ghadu...

6/17/2005 10:34:00 a. m.  
Blogger Erezija opined / qal...

Av17 kien jisma' l-Pink Floyd BISS, u li kieku kien qed jgħix daz-zmien kien ikun l-ewwel fil-kju għal biljett ta' l-Australian Pink Floyd, u kien ferm iktar konxju tad-dehera tiegħu, u kien jaqta' xagħru huwa stess waqt li jaqra l-Kafka, u kien pjuttost patetiku u loner jaħseb li l-arti se ssalvalu ħajtu... naħseb Av32 għadu jaħseb hekk

6/17/2005 10:44:00 a. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

- id-daqna telqet ghax ridt nara kif inkun minghajra... nahseb nippreferini minghajra ghalkemm nidher zghir hafna.

- satriani, vai, malmsteen, pink floyd. ghall-grazzja tal-mulej minn dejjem kont wisq image u self-conscious u dejjem kelli sens ta' ironija kbir u QATT ma kont nisma affarijiet hekk... probabbilment kieku kont nafkom kont nobghodkom, nobghod il-kollezzjoni muzikali taghkom u nkompli nobghod il-pajjiz. ostja kemm kont sofistikat jien biex haddiehor kien jisma dawk iz-zozzeriji... kontu toffenduli l-aura tat-tshirt tal-KMFDM bl-airguitaring ghal "smoke on the water"

- xx

6/17/2005 02:39:00 p. m.  
Blogger Erezija opined / qal...

il-alla kemm hu mimli bih innifsu dal-kurt ukoll... inti li kont tisma' l-korn u ma nafx x'izjed... u btw, pink floyd mhux li tarmihom hija Mr Irony

6/17/2005 04:26:00 p. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

u zgur li mimli bijja nnifshi - meta rnexxieli nibqa daqshekk safi u pur meta haddiehor kien qed idoqq l-Manowar (the gods made heaaavy metal / and saw that it was gooood / they asked us to play it loudeeeer / we promised that we wouuld) u minghalih Van Halen l-aqwa grupp li qatt ezista... (il-Korn meta kelli 14 jew 15. u kont l-ewwel wiehed f'Malta li kellhu dak it-tape. shhhh! issa oqghod naqa kwiet ghax ha tahxili l-image)

u l-Pink Floyd kont gejt imgieghel nisma' kwazi kull album taghhom f'cirkostanzi mhux pjacevoli (xi darba nghidlek). apparti minn Animals, m'humiex my "cup of tea"
biex nikkwota lecturer fartas...

ir-rimarka tieghi kienet self-deprecating, kont qed nuri kemm kont image-conscious, mhux haga tajba (pjuttost patetika anzi). nirrepeti: self-deprecation kull ma kienet dik, Mr. Xengen, capito? :p

6/17/2005 05:08:00 p. m.  
Blogger Oliver opined / qal...

Jien biss kbirt fl-era tal-grunge? Id-dv16 beda jtawwal xgharu minghajr ma jippetnah, jilbes il-converse u l-cardigans u jadura Spinal Tap bhala l-aqwa haga li qatt produca il prog rock...igifieri comic relief inkredibilment tajjeb.

"This amp's volume goes up to ELEVEN"

Kbar.

6/17/2005 06:34:00 p. m.  
Blogger Erezija opined / qal...

hehe

nixtieq nibbloggja fuqha din imma sirt solenni wisq, jew minn dejjem kont?

6/17/2005 08:30:00 p. m.  
Blogger nurse pica opined / qal...

mcp17 always knew she was gonna be a nurse, had bright red hair so long that she had to raise it to use the toilet which would be painfully straightened every week, idolised garbage, was a huge brit pop fan, discovered belle and sebastian and was consistently irritated by her alt-loving brother making her listen to everything under the sun while trying to concentrate on a level chemistry.
What would mcp17 say of nurse pica at 21? she pretty much got what she wanted. What does nurse pica at 21 say about nurse pica at 21? She knows she pretty much wants more.

6/17/2005 09:16:00 p. m.  
Blogger Kenneth opined / qal...

F'għoxx il-Manowar.

Ikolli nammetti imma li Kv14 kien jisma' wkoll il-Linkin Park ("dawk m'humiex nu-metal man, dawk posers! Isma' naqra Slipknot jew Cradle [of Filth]!")... u għalkemm ili ma nisma' diska tagħhom żmien u għomor, ma jdejqunix.

Naħseb kien dak iż-żmien li beda jaqagħli għal-Ligabue wkoll, minn meta kont rajt il-video u smajt "Si Viene e Si Va" l-ewwel darba fuq it-TMC2.

Trid tqis ukoll li dawk li għandhom 17 illum, 75% tagħhom jisimgħu biss techno, house, electro jew xi ħaġa minn dak in-nejk u għandhom xorti jagħrfu kitarra minn bass.

6/18/2005 02:07:00 a. m.  
Blogger noel tanti opined / qal...

Nv17 kien ipoggi lid-doors, elton john u s-soundtrack tal-gremlins fuq l-istess tape, kien jahseb li l-isbah zewg films li qatt inhadmu kienu nosferatu u american ninja, kellu xagharu goff u jhobb ihazzez mal-hitan... Nv30 ipoggi lil nick drake, rammstein u clive mansell fl-mp3 player, jahseb li nosferatu u fight club huma tnejn mill-isbah films li qatt saru , ghandu xagharu goff u jixtieq ghadu jhazzez fuq il-bankijiet ta' l-iskola...

6/19/2005 06:40:00 a. m.  

Publica un comentari a l'entrada

<< Home