dissabte, de juny 11, 2005

tant qrib, tant 'il boghod

Kemm hemm Etjopjani nameless, faceless Hal Safi kollha mohhhom biex jiehdu l-beneficji u jtaqqlu n-nisa vergni u kattolici taghna b'trabi musulmani suwed? Saru 1% tal-popolazzjoni? U x'nafu dwarhom hlief li huma suwed, ma jridux jahdmu, iservu ta' lixka ghal Lowell u m'ghandomx fashion sense. Ezatt bhal certi Maltin insomma...

Imma forsi jien biased ghax l-Etjopjani u l-Eritreani dejjem kelli simpatija ghalihom... wahda ghax kienu kolonja Taljana (imsieken), ohra ghax huma nies simpatici immens. Ironija kbira li b'dawk l-Etjopjani kollha iduru Malta, l-Etjopjani li naf, sirt nafhom fir-ristoranti ta' Amsterdam u Rotterdam. Tista' tghid bla eccezzjoni dawk li ltqajt maghhom jien kienu nies dhulin, kolti, bla ebda pretensjoni u, punt kardinali minhabba l-Olandiz patetiku tieghi, kienu jafu bl-Ingliz.

U fuq livell iehor il-muzika pop vintage taghhom hi forsi l-aqwa muzika pop li qatt smajt f'hajti. Mhux qed nezagera... halli tisimghu lil Mahmoud Ahmed - tahlita ta' muzika gharbija, swing lubien u jazz à la Sun Ra u hemm cans taqblu mieghi.


Hemm ukoll il-lingwa, fosthom il-Ge'ez u s-Sabean, li donnhom kienu l-ispirazzjoni ghal kitba ta' l-aljeni f'Futurama u f'hafna films ta' fantaxjenza, u iktar stramba minn hekk:

Ge’ez took 24 symbols from the Sabean writing system. The early form of Ge’ez was written in boustrophedon, which is writing in alternate lines in opposite directions, as from left to right and then from right to left on the next line, and then left to right on the next line, and so on. (Asher 1149).

Mela issa tafu xi haga - almenu dawk minnkom li thobbu tippowstjaw zozzeriji tipo Ave Melita jew Viva Lowell fuq xi forum forsi tkunu tafu kontra min qed tippowstjaw mhux "xadini" in generali. U la qedghin fl-argument, forsi ta' min taqbdu atlas u taraw fejn jahbtu l-Etjopja u l-Eritrea ukoll qabel ma tmorru xi mass meeting (3 minn nies) ta' Lowell, ukoll - idea biss ta.

X'imhatra qatt ma kilt ikel Etjopjan, Sur Kittieb tal-Kebabs...

6 Yays/Nays

Blogger Fausto Majistral opined / qal...

L-Etijopjani m'humiex Musulmani imma Nsara.

:p

6/12/2005 09:30:00 a. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

hehe.

"Muslim 45%-50%, Ethiopian Orthodox 35%-40%, animist 12%, other 3%-8%"

...u mis-CIA Factbook, so it must be true, le? :p

6/12/2005 09:45:00 a. m.  
Blogger Unknown opined / qal...

vera li sirna 1% musulmani? x'inkwiet! biss jidhirli li il-fundamentalisti f'dan il-pajjiz huma aktar minn hekk.

6/13/2005 08:06:00 p. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

mela. daqt naraw lil Lowell liebes turban, jiekol il-couscous u jpejjep in-nargile.

6/14/2005 08:18:00 a. m.  
Blogger nurse pica opined / qal...

i found this particularly interesting because it really beats up any stereotypical thinking....oh, and the guy at sofra fancies me and thinks luigi is my husband! he always gives me extra salad :)

6/15/2005 09:04:00 p. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

Pica... nahseb dak itik iktar salad biex ma jtikx hafna laham (hemm xi haga freudjana hafna f'din is-sentenza).

luigi jrid jiddefendilek l-unur billi jghidlu "oi! Erkin, hija! more meat for my wife ejja, hallik mit-tadam u l-hass!"

nahseb xi zmien xi hadd (insejt min) kien jghidli Reuters. grazzi tal-kumpliment (erm, kien kumpliment hux?).

6/15/2005 10:24:00 p. m.  

Publica un comentari a l'entrada

<< Home