l-elit generali
Wara l-battalja bloggarja bejn l-elit liberali u l-elit krepuskolari, ta' min xi hadd jipprezenta l-elit generali.
Razza li donnha ma tezistix Malta - jew almenu ftit li xejn iltqajt maghha insomma. Il-hbieb tieghi Malta, kif forsi tistghu tobsru, huma nies li jekk marru l-universita' studjaw xi haga inutili bhall-filosofija jew il-letteratura. Jafu li hajjithom kollha ser ikunu skrivana ma' Soldi Import & Export Ltd. ghax l-ebda kumpanija Maltija mhi ser tohloq graduate scheme sabiex jigu impjegati imhawdin bhal dawk. Ovvjament is-socjeta Maltija, peace and blessing of alla the merciful be upon her, mhux ser tivvalorizza dawk li hargu daqshekk 'il barra mil-linja.
Allura kif nispjega li hbiebi hawn huma razza ta' nies differenti ghall-ahhar.
Il-kuntatt li kelli man-nies prattici f'Malta - ma' l-avukati, ma' dawk li studjaw l-ekonomija, l-accountants u x'naf jien kien dejjem falliment enormi. Jien kont narahom bhala nies dull u bla immaginazzjoni u nista' nobsor li huma kienu jahsbuni ghazzien. Kulhadd kellu postu - hemm ma kienx tieghi.
Il-fatt hu li forsi kienu jafu x'inhuma macroeconomics jew x'kienet tghid il-ligi imma ftit li xejn iktar minn hekk. Qatt ma argumentajt dwar liema hi l-aqwa verzjoni ta' Nosferatu (jekk hux ta' Murnau jew ta' Herzog) ma' avukata li studjat il-Kullegg ta' l-Ewropa, qatt ma tkellimt ma' lobbyist li jitlob kuljum u attiv fil-knisja li rrakkontali kemm intwerew films tajbin u tokkanti l-Gay Film Festival in-Nova, qatt ma kellimt ekonomist li jitkellem sitt lingwi u tant tinteressah il-muzika esperimentali li kien digà sema' bil-muzika tieghi, qatt ma ltqajt ma' wahda studjat bhala diplomat (u li studjat l-ENA biex tghaxxaq) li l-grupp favorit taghha huma l-Goldfrapp, li selfitni kotba ta' Eco u Murakami u li minflok tirrakuntali dwar il-glorji tad-dinja diplomatika bhal ma ghamel kull Malti fid-dinja stramba tad-diplomazija qabilha qalet li x-xoghol mhux differenti hafna minn xoghol ta' skrivan. Hawnhekk ghamilt dawk l-affarijiet ma' dawn in-nies kollha. Kienet il-komunita tipikament arty farty tieghi but not as I know it - l-istess muzika, l-istess kotba, l-istess films, l-istess attitudni, l-istess liberalismu imma f'Malta kienu jkunu tan-naha l-ohra. Hawnhekk ma kellhomx naha fuq liem imorru. Kienu t-tnejn.
Fil-pajjiz li jhobb jifred kulhadd isib postu - min mal-liberali, min mal-krepuskolari. M'hemmx elit generali li jghaqqad it-tnejn u jmur 'l hinn minnhom. Imma kif jghid sew blogger iehor, mid-dehra ta' barra huma tassew mod iehor u l-ghettos socjali u kulturali li huma n-norma f'Malta, ghalkemm jezistu hawn ukoll, huma ferm inqas u minflokhom hemm spazju mentalment multikulturali li jhallik timrah kemm fuq ix-xellug u, jekk trid, anke fuq il-lemin.
Idealismu vojt? Forsi. Romanticismu? Forsi wkoll. Imma nassigurakom li dawn in-nies qeghdin hawn u huma tad-demm u l-laham. Huti Maltin u Ghawdxin, ghandi pjacir nipprezentalkom l-elit generali.
3 Yays/Nays
bhala gradwat fil-psikologija (heqq hemm heqq hemm cough cough cough) interessanti ninnota kif generali, liberali jew krepuskolari, dejjem t'elit iriduha... (freud ihokk il-mustacci)... xi darba rrid nikteb blogg fuq l-anonimi liberali (fuq l-anonimi krepuskolari inkitbu the silence of the lambs, psycho, ecc)
hehe. l-ohrajn bdew bl-elit u jien komplejt. wehhel fihom, Sigmund.
il-ghetto kulturali Malti hu wiehed perikoluz - ma tistax thalli l-karozza miftuha jew tilbes camera ma' ghonqok.
Wisq nibża' li għandek raġun. Għalhekk qiegħed sew mela jien!
Publica un comentari a l'entrada
<< Home