minglish? maltaljan? ghala le?
in defence of minglish
bhala djalett lokali
Fost il-lingwi li naf nitkellem hemm il-Minglish. Hafna nies jisthu jghidu li jitkellmuh imma hafna jitkellmuh u hi xi haga naturali u li toghgobni. Jien interessat fil-kuncetti u fl-ideat u nsibha ftit faxxista l-idea li kulhadd jitkellem qisu qed jipprova jaqra l-ahbarijiet fuq il-BBC World Service.
Ghandi certa simpatija ghall-Minglish infatti ghax forsi hi xi haga purament Maltija. Biss il-klassijiet edukati Maltin, ta' nies generalment pretensjuzi u pompusi li huma (ghax ovvjament il-pretensjoni u l-pomposita' jsibu posthom sew qalb l-edukati ta' l-iktar pajjiz illiterat fl-Unjoni Ewropea - nahseb in-nuqqas ta' kompetizzjoni intellettwali hekk taghmillek) iridu juru s-superjorita billi jikkoregu lil kull min jizgarra fuq affarijiet bhal kostruzzjoni tas-sentenzi u pronuncja, mhux diskusjoni fuq il-kuncetti li wiehed jesprimi.
Il-Minglish mhux Ingliz hazin per se - hu biss djalett. L-idea li dan id-djalett ma jintuzax mhix wahda ghall-purita' tal-lingwa Ingliza imma snobbery u biex turi li int edukat u tifhem kif suppost jigi mitkellem l-Ingliz. Haga ta' image insomma u biex turi l-hakkiem li m'intix xadina bhall-ohrajn u li int edukat (haga partikolarment tad-dahq billi ilhom iktar minn zewg decenji li telqu 'l hemm).
L-accent hekk imsejjah tal-pepé hu kopja fjakka ta' l-ingliz standard (BBC English) u jekk tisimghu sew hu ezatt bhall-Malti ta' Guzi minn Wied Babu imma fuq registru iktar gholi u bl-ilsien iktar imdawwar.
L-unika problema hi, ovvjament, jekk wiehed mhux kapaci jaghraf meta mhux il-hin tuza d-djalett lokali fil-kitba, imma Ingliz standard. Bhal, nghidu ahna, dawn is-sinjuri...
hadd ma jitkellem bl-Ingliz
hlief l-Inglizi

Kulhadd jitkellem the international language, mhux l-Ingliz (ta' l-Inglizi). Kieku l-Amerikani u l-films u s-sitcoms taghhom kienu bl-Olandiz illum ahna, bhala eks-kolonja tal-Kuruna, nitkellmu lingwa (l-Ingliz) forsi importanti daqs it-Taljan jew il-Pollakk u ma jkollniex nofs il-pretensjonijiet lingwistici li ghandna. U min jghid li l-Ingliz hi l-lingua franca tad-dinja irid jivvjagga u jsiefer ftit iktar. Li tmur darbtejn fis-sena Londra mhux vjaggar... Lingwa importanti, imma mhux l-unika wahda biex tiftiehem u jiddependi hafna f'liema ambjent jew parti tad-dinja qieghed.
l-inglizi jitnejku
totalment?
Haga ohra li kont semmejt qabel... Waterstones sar "bookstore" mhux "shop", Dalek "cookie jar" mhux "biscuit tin" (ghalkemm kien landa mhux vazett). Ghalihom il-lingwa xi haga hajja li tinbidel u tigi influwenzata, mhix suprema - niehu pjacir nisma' l-accenti Skoccizi, ta' Norwich, Brummie, Scouser jew alla jaf x'accent iehor iktar fuq it-teevee. U jekk ma tevolvix (anke b'mod li hemm min jarah negattiv) ma tantx tibqa' utili ghax hadd ma jista' jesprimi ruhu, bhal xi ghalliem f'xi skola primarja li hu iktar interessat fir-regoli tal-kitba ta' 40 sena ilu milli x'ghandhom xi jghidu t-tfal. Ta' min jghid ukoll li xi 350 sena ilu ftit kien hemm minn kien jikteb bl-Ingliz ghax ma kinitx "tajba bizzejjed ghal kitba" u kienu juzaw il-Latin minflok.
test favur maltaljan
zozzerija lingwistika?
Fost il-lingwi l-ohra li naf hemm il-Maltaljan, li hi l-verzjoni tal-Malti tieghi (taljanizzat). Naqbel mal-poezija ta' Das li kkwotajt iktar l-isfel. Inhoss li l-lingwa Maltija hi xi haga verament tieghi, kwazi personali, u billi m'hemmx is-serjeta u l-pretensjoni lingwistika li iggib maghha l-kitba u l-espressjoni orali ta' l-Ingliz f'Malta jien nista' nuza lingwa li diga' tieghi u nzid affarijiet li huma ferm iktar personali (ez. "zozzerija" li hi kelma li nuza hafna) b'hafna inqas riskju ta' gudizzju negattiv. Zmien eccitanti ghall-lingwa taghna - nisperaw biss li ma jitfaccawx in-nazzisti tal-lingwa bil-biro hamra f'id wahda u l-frejm ta' Dun Karm Psaila fl-id l-ohra.
l-estremist
kaboom, septante six?
Nirrifjuta li nkellem l-Islimizi bl-Ingliz. Hemm hafna ragunijiet socjo-politici imma xorta nahseb li hu gest wisq estremist - nixtieq jirnexxieli nibla dak li nemmen fih u nkellimhom bl-Ingliz, ghax wara kollox niddubita kemm jifhmu r-raguni tar-rifjut tieghi. Il-Franciz tieghi Belgjan. nghid "s'il vous plait" il-hin kollhu, kif ukoll septante (70) u nonante (90). Wara li xbajt bil-Francizi jikkoreguni meta mmur Franza ("ehe, ehe, u zgur li quatre-vingts dix sept hi ferm iktar logika minn nonante-sept, Monsieur") bdejt nitkellem Franciz ta' Franza meta mmur Franza. X'taghmel eh? Ghandhom naqra ragun wara kollox. Mhux hafna, imma ghandhom ftit.
malti kaputt
no no no, ma fhimtx!
Ajruport Internazzjonali ta' Malta, erba' xhur ilu.
Dramatis personae:
- Kurt
- Kaxxiera ta' hanut (fejn trid tissellef il-flus mill-bank qabel ma tixtri flixkun San Michel)
"bongu. nista' nhallas bl-Euro [Pron. Maltija: Ewro]?"
"kif? bil-Euros [faux BBC English pron.: Yuroows]?"
"
"...?!"
"nista' jew le?!"
"iva"
Inkredibbli. F'konversazzjoni bil-Malti qed "tikkoregili" l-Malti billi tahxihuli. Min jaf x'tibki dmugh tad-demm ix-xbiha ta' Dun Karm f'dak il-frejm d'idejn in-nazzist tal-lingwa bhalissa...
u biex naghlaq...
parti minn poezija ta' Kamala Das
... I am Indian, very brown,
born in Malabar, I speak in three languages, write in
Two, dream in one. Don't write in English, they said,
English is not your mother-tongue. Why not leave
Me alone, critics, friends, visiting cousins,
Every one of you? Why not let me speak in
Any language I like? The language I speak
Becomes mine, its distortions, its queernesses
All mine, mine alone. It is half English, half
Indian, funny perhaps, but it is honest.
It is as human as I am human, don't
You see? It voices my joys, my longings, my
Hopes, and it is useful to me as cawing
Is to crows or roaring is to lions...
7 Yays/Nays
ghogbitni din. bis-sens.
u l-ghawdxi?
ma jezistix :p
ma naf xejn dwar l-Ghawdxi Jacques
ghax ma taghmilx bloggata dwar l-Ghawdxi int? (bis-serjeta qed nghidlek).
bhalissa ghaddej minn fazi simili... minflok mushroom burger qed nghid pulpetta tal-laham bil-faqqiegh... avolja ghadni qatt m'ordnajt b'dan il-mod... nahseb tohrog blogg interessanti minnha din...
Ghandi proposta terminologika sfigatissima.
Forsi minflok majkrowejv (microwave / microonde) inkunu nistghu nghidu mwejga (ghax mewga zghira). X'jidhrilkom?
microwave food = ikel tal-mwejga ???
Qed niccajta...
il-mwega. tghogobni. ma nafx kemm il-Maltin jaccettaw li joqghodu jitghalmu xi haga gdida imma...
l-olandiz sabih wisq ghal mod kif tibni l-kliem... per ezempju l-geografija hi aardrijkskunde li litteralment tfisser "studju tar-rikezzi tad-dinja".
insomma gybexi, speaking correct english isnt a sign of snobbery, its a sign that one knows the correct grammar and how to impliment it. personally, i cringe when i hear incorrect english and incorrect maltese. why cant we simply spk both correctly?
Publica un comentari a l'entrada
<< Home