dijous, de juliol 14, 2005

sfida (mhux sfiga)

Appell

Jekk bilfors tridu taghmlu l-muzika fuq il-blogg taghkom tistghu taghmluhom li ma jixghelux awtomatikament meta tiftah l-pagna pls? Grazzi. Qed idejquni ferm inqas il-bloggs bil-muzika... anzi saru jghogbuni, imma li jaqbdu jdoqqu x'hin idurilhom il-bubù iddejjaqni.


Petanque
Petank

Il-bierah skoprejt il-Petanque il-Petank Club tar-Recyclart. Haga li ghal xi raguni tidher popolari mhux biss mal-frankofoni imma, sfortunatament, popolari hafna ukoll man-nudisti amerikani. Halliha li l-Lussemburgu qatt ma rajtha din il-loghba imma apparentement hemm xi tminn art tal-loghob f'Esch/Uelzecht) imma niftakarni nara l-bocci Malta jintlaghbu minn xjuh biss. X'jigri la jmutu dawk ix-xjuh? Gieli rajtu lil xi hadd izghar minn 65 sena jilghab il-bocci Malta?

Insomma jien veramente negato ghal-loghba... nitfa b'sahha barranija u jispiccaw fl-inhawi ta' Amsterdam il-bocci.. imma d-dolce metà inkredibilment brava. Kulhadd "alllez aniitaah" u bocca wara l-ohra dejjem tigi iktar vicin tal-cochonette (il-likk). Jien tant kont non-entity fil-loghba li wara l-konsweti 13-il loghba xorta bqajt "monsieur la" (nameless, imma mhux blameless). Kien hemm kull tip ta' persuna tilghab, squatters marokkini, hipsters, xjuh belgjani libsin crieket tad-deheb u bit-toupé, skaters zghar - u ta' kontrina kienu, apparentement, seminaristi. Nahseb qalu xi angelus u biesu r-ritratti ta' Padre Pio meta tfaccaw zewg bciecen barranin li qatt ma' laghbu petanque bhalna imma regghu hasbuha meta raw lil Aniitaah tilghab! Tje ja qatta abbatin makkjavelljani!

Il-loghba taf tasal f'punti uber-nerdy fejn johorgu l-metru u joqghodu jkellu d-distanza tal-bocci minn xulxin tipo il-famuz ritwal tipikament maskili tat-tkejjil tal-pene meta konna zghar.



Hu hawn hi l-isfida....
Malta - Brux - Lux

Min irid jghaqqad loghba jghidli... ejja bloggin Lussemburgizi, hemm iktar fil-hajja milli tmur tixtri l-Auchan u tipprova tipprova tifflirtja ma' xi Estonjani li probabbli xorta ma jridux johorgu mieghek... u jien irrid ninzel s'hemm xi darba. Immorru naqra quddiem il-Parlament jew il-Qorti tal-Gustizzja nghaqdu loghba jew immorru inkissru l-pavés perfetti ta' Place de Paris bil-bocci mdaqqsa taghna, bloggin Maltin (gej s'hemm f'Marzu) - club tal-bocci S. Venera? Bloggin Bruxellois (tlieta le?) il-Club Petank tar-Recylcart stess? Xi tghidu?

13 Yays/Nays

Blogger Jacques René Zammit opined / qal...

Ma nafx kif. Irrid naghmilha li jibda jdoqq meta irid is-semmiegh. Pero to compensate tellajt l-audio lejn in-naha tal-fuq tal=blogg sabiex min ma jridx jisma il muzika jaghfas stoppppppp. Ezercizzju fid-dexterity tar-riglejn u tal-maws.

Dwar petanque.... nippruvawha din... jien nipproponi il Park De Merl ghall-home games tal-Letzeburg Schweyer Klabb.

7/14/2005 11:10:00 a. m.  
Blogger Pierre J. Mejlak opined / qal...

Zommuli post. Il-bocci se ggibhom int, bex?

7/14/2005 07:45:00 p. m.  
Blogger Toni Sant opined / qal...

Jekk ma tridx tisma' muzika fil-bloggijiet uza l-Firefox, kif naghmel jien!

7/14/2005 08:02:00 p. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

erm - toqghodux izeffnuli lill-Freud ghal li ser nghid imma bocci m'ghandix - biss jekk nilghabu hdejn ir-Recyclart nistghu nisselfuhom minghandhom. Il-Lussemburgu ma nahsibx nistghu nisselfu bocci minghand hadd (ara veru pajjiz bla bocci l-Lussemburgu!!)

ghadek ghaddej bil-krucjata tal-FireFox Ton? Imma kont qed nikkunsidraha l-bicca... Gieli nuza l-Mozilla.

7/14/2005 09:17:00 p. m.  
Blogger Kenneth opined / qal...

Jekk ma tridx tisma' muzika fil-bloggijiet uza l-Firefox, kif naghmel jien!

Ikun imfaħħar l-isem imqaddes ta' Toni, dejjem ikun imfaħħar.

7/14/2005 09:34:00 p. m.  
Blogger Pierre J. Mejlak opined / qal...

M'hemmx ghalfejn tuza l-Firefox biex ma tismax il-muzika. Nghid ghalija, nitfi l-ispikers ;)

7/15/2005 06:35:00 p. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

wisq logika bhala soluzzjoni dik. ma toghgobnix!

7/16/2005 01:45:00 p. m.  
Blogger Immanuel Mifsud opined / qal...

Il-Firefox bħal Żeppi l-Ħafi: għandu kwalitajiet tajbin u oħrajn inqas tajbin.

7/18/2005 03:46:00 p. m.  
Blogger david opined / qal...

Jekk nghaqqdu skwadra Bruocsella (pont fuq is-Selle - min hemm gejja l-kelma) nista' nwieghed flixkun Pernod, flixkun Volvic u erba' tazzez. Imbaghad nintefghu nitkellmu bl-accent du Midi u jahsbuna pros (mhux Prof. u wisq anqas Profs.)...zomna infurmati gybexi.

7/18/2005 03:53:00 p. m.  
Blogger sharonspiteri opined / qal...

Taghtix kaz Immanuel, Bex... dak fhiex jifhem? Jaqlaghli fwiedi biex nispjegalu kif jilloggja fuq Tabellina imbaghad se jigi bil-critique tal-browsers bahahahaha ... Firefox rocks!

7/19/2005 02:17:00 p. m.  
Blogger Immanuel Mifsud opined / qal...

Il-Firefox bhal Miss Spiteri: daqqa tiggustah, u daqqa jgieghlek tidghi.

7/20/2005 09:38:00 a. m.  
Blogger david opined / qal...

Flixkun Pernod-Ricard. Flixkun ilma. Erba' tazez. U accent tal-Midi. Zommna infurmati gybexi.

7/22/2005 11:58:00 a. m.  
Blogger david opined / qal...

Flixkun Pernod-Ricard. Flixkun ilma. Erba' tazez. U accent tal-Midi. Zommna infurmati gybexi.

7/22/2005 11:58:00 a. m.  

Publica un comentari a l'entrada

<< Home