nirritornão lura
Ave Casamia, o Centurjun metafiziku tal-Belgae
Wasalt il-bierah mill-Lusitanja u din hi l-informazzjoni dwar il-konkwista imperjali l-gdida taghna...
Wasalt il-bierah mill-Lusitanja u din hi l-informazzjoni dwar il-konkwista imperjali l-gdida taghna...
- Il-portugizi ghandhom is-suf ta' fuq ghajnejhom enormi... litteralment black forest. Ma nistaghgibx li nsir naf li Caccamo bbazat fuq karattru Portugiz. L-ahwa Gallagher Portugizi tghid?
- In-nisa Portugizi sbieh. U sufin.
- In-nisa Braziljani sbieh. B'hafna nemex. U sufin.
- Niftakar kull nhar ta' Hadd meta kont zghir missieri u ommi kienu jduru nahat borgizi u inqas borgizi jaraw id-djar. Niftakarni mimdud fil-Mazda 323 tal-familja ghax ghamlitli d-deni l-karozza. Meta qbizna x-Xmara Tagus u spiccajna post ezatt bhal Malta ta' dak iz-zmien (u tal-lum) - l-istess vegetazzjoni, l-istess djar fix-xifer ta' alla jaf fejn, l-istess konkrit, l-istess hwienet zghar - bazaars li ma jhajrukx u mekkaniks. Ghamilna 5 minuti hemm... kieku kien hemm taksi li ried 50 Ewro biex johodni 'l hemm asafuckingp kont inwaqqfu xorta wahda.
- Kont sorpriz li r-ristorant Indo-Africa (fejn johrog ikanta s-sid ta' l-istabbiliment) qieghed Rua Poço dos Negroes - triq li hi msemmija hekk ghax kienu jitfghu l-iskjavi suwed la jlestu minnhom. Is-sid, Kabo Verdjan, nahseb kellu xi skop car f'mohhu li jiftah ristorant hemm. Imma liema ezattament?
- Ghandi teorija li l-generazzjoni ta' wara tirribella kontra l-klixes taghha... il-Germanizi irribelaw billi, sfortutament, saru tant laid-back li ferrovija wahda li hi wahda tad-Deutsche Bahn qatt ma tigi fil-hin. Il-Portugizi (li kienu l-iktar nies illiterati fl-Ewropa qabel tfacca pajjiz zghir jismu Malta) irribellaw billi ikkreaw 12-il gazzetta u xebgha cinemas kullimkien. L-RTP (min jghix il-Lussemburgu jew Brussell jaf li dan l-istazzjon hu tahlita ta' telenovelas low-budget Braziljani, verajeti xows, u sitcoms fai da te stil Simpatici/Majsi) zgur mhux wahdu fit-tixrid tal-medjokrita katodika imma wiehed mill-ftit li ghad fadal. X'hemm ahjar milli tasal naqra tipsy wara xi wirja jew kuncert iz-Zé dos Bois u lejl il-Bairro Alto u tixghel l-RTP2 u tkun sorpriz li jitfacca film ta' Kaurismaki (bil-Finlandiz) ssottotitolat bil-Portugiz. Bling.
- Ghal min qatt ma sema' l-lingwa ma jistaghgibx jekk minflok lingwa latina jisma' xebgha kliem slavici qisha xi registrazzjoni ta' konverzazzjoni long-winded fuq is-Soyuz. Hekk tinstema. M'hemm l-ebda mod kif din il-lingwa iggibha "tinstema' pulita". Qisu djalett Spanjol-Moskovita hamallu insomma.
- Jekk titfacca daphnecaruanagalizia u tghid li kullimkien jitkellmu bl-Ingliz, so it's not that important to learn another language because English is the lingua franca ayye, ta' min jixtrilha biljett sola andata ghall-Portugall. Preferibbilment b'istruzzjonijiet cari (u bil-Portugiz) lill-awtoritajiet Portugizi biex jikkonfiskawlha l-passaport la tasal hemm. Dehihiho.
4 Yays/Nays
L-ahhar paragrafu KBIR, sieheb :-)
Obrigado !!!
Ferhan li hadtu gost il-Portugall. Joghgobni ferm dak il-pajjiz, ghalkemm stajt nara biss in-naha ta' fuq (Oporto, Coimbra u Bragança... u Fàtima imma din ma tghoddx!) u ma kellix cans nidhol gewwa Lisbona proprja. Ghogbuni wkoll Sintra, Estoril u Cascàis. Imbaghad hemm post jismu Cabo da Roca, l-aktar punt occidentali tal-kontinent... bellezza. Rajt ukoll rahal zghir fil-kosta Atlantika, nofs triq bejn Lisbona u Coimbra, jismu Nazaré, bi spjagga u rdumijiet impressjonanti. Hemmhekk niftakar li kilt l-aqwa bakaljaw ta' hajti.
Jekk ma qrajtux digà, nirrikmandalek il-ktieb Sostiene Pereira ta' l-awtur Taljan Antonio Tabucchi. Huwa rumanz ambjentat fil-Lisbona ta' ftit qabel ir-Rivoluzzjoni tal-Qronfol, li jsegwi l-passi u l-izvilupp psikologiku ta' gurnalist li jikteb in-nekrologiji fil-gazzetti. U ma nafx kif, imma Tabucchi jirnexxilu johloq is-sensazzjoni ta' saudade minghajr ma juza lingwa wisq imzejna.
Interessanti dak li ghedt fuq il-lingwa Portugiza bhala "djalett Spanjol-Moskovita"... il-Portugiz miktub facli biex tifhmu jekk taf bl-Ispanjol, imma tant hi stramba l-pronuncja li lanqas l-Ispanjoli ma jifhmuhom meta jithaddtu! Il-hoss tal-Portugiz joghgobni hafna imma... meta Tania l-mahbuba tieghi kienet titkellem bil-Portugiz kont nibqa' ccassat lejha b'halqi miftuh... imma dan forsi ghax hi bil-vuci taghha kienet taghtih dimensjoni ohra, aktar senswali :-)
Espressjoni bil-Portugiz li toghgobni wisq hi: Divertímonos imenso! L-s ta' l-ewwel kelma titlissen bhala l-x Maltija, u l-o finali ta' imenso tinstema' u.
bom-dia
iva - mort dawk il-postijiet kollha...
(Estoril, Cascais, etc)
biex inzid mal-lista:
1. il-bahar atlantiku ta' l-ghageb kemm hu kiesah... anke wara li tohrog tibqa ffrizat
2. tghogobni hafna il-pronuncia... kif stazzjoni jismu Rossio jinqara Wuxxiu jew Estoril hu "Striwu"
3. Xtrajt ktieb ta' Fernando Pessoa la kont hemm.. sabih hafna - il-lingwagg tant hu flowery li tahsbu ktieb dwar il-gardinagg... ;)
4. Nahseb rajthu dak il-ktieb u ma xtrajtux... issa forsi nixtrih darb'ohra
5. Ahna nikkolezzjonaw il-kotba ta' Miffy b'kull lingwa u helu hafna bil-Portugiz - bejn qari ta' menus u sinjali fuq il-metro spiccajna tghallimna hafna kliem (coelho, vermelho, ecc) u konna sorprizi li wara gimgha hemm tant kellna "intake" kbir ta' kliem li kwazi fimnieh kollhu l-ktieb (er... halliha li dak il-ktieb intiz ghal tfal ta' 4 snin imma insomma...)
6. Ta' l-ingliz veru. HADD ma kien jaf bl-Ingliz (jew Franciz) hlief wiehed homeless li kien qed jittalab (ara naqra l-isfiga eh...)
xwajten.... as ifffff!
Ghala jakk? Is-suf jista' jaghti sbuhija wkoll, ghalkemm nammetti li jiddependi mill-individwu.
Sahhiet,
Il-Gorilla.
(Il-laqam sfortunat li kelli fl-iskola meta kont l-Ingilterra. Spic and proud of it).
Publica un comentari a l'entrada
<< Home