dissabte, d’octubre 29, 2005

is that the local préfecture in your pocket or are you just very pleased to see me?

hawn Salv, jidher marid duk l-ghasfewwr, tih tijjjr bis-senter... anzi tewghmel xejn... issa la jtijjjjr minn fuq il-Mellieha niehdu hsiebuww ehna...

Image hosted by Photobucket.com



Vive la france

Kellha tigri le? Inkun Franza 4 ijiem fix-xahar u sirt iktar artab fil-konfronti taghhom. In-nies simpatici wara kollox u jafu jiktbu ktieb jew gazzetta kif suppost. Fil-fatt spiccajt xtrajt ktieb (ghax fl-"ajruport internazzjonali" ta' Strasburgu ghandom xebgha gazzetti regjonali ta' l-alsass, USA Today u Frankfurter Allgemeine biss) ta' certu Philippe Delerm li sar joghgobni immens u li kien, spuwkili enaff, kwazi l-istess imbarazz li kont ktibt fid-dokument tal-Word fuq ic-cavetta (li eventwalment nispera jigi ppubblikat bhala ktieb) xi gimghat qabel. Barra minn hekk minflok is-soltu muzika esperimentali tipo 'agatha barbara tmeclaq il-bigilla fuq sample ta' drum tal-hadid' ([c] Mario) spiccajt fid-dinja gentili ta' Juana Molina, imbaghad fid-dinja skonoxxuta tal-pop franciz nisma' lill-Bénabar u lill-Sanseverino.

Kultura differenti minn ta' bxl - mhux tort taghhom li huma tant borgizi li f'post bhal Strasburgu ma ssibx alimentation générale wiehed li hu wiehed (xi Auchan enormi f'xi subborg issib zgur imma - biex ikunu poplu li joboghdu l-amerikani ghandhom hafna in komuni maghhom) bit-telefons u l-internet illegali biex naqra xi bloggs fuq wara tal-hanut. Le. Strasburgu Andersenjan bhala post - m'hemmx postijiet li jistghu jkunu Sarajevo bhall m'hemm fi Brussell, m'hemmx sireni tal-pulizija l-hin kollhu barra, m'hemmx tallaba, tezisti hbiberija interrazzjali. Il-belt hi iktar boring ukoll - m'hemmx skwotts iservu ta' cinema, m'hemmx venues ta' muzika sperimentali, m'hemmx hwienet ta' muzika u films strambi, m'hemmx triq kollha hwienet ta' kotba uzati, m'hemmx restaurants (jew nies!) minn kull parti tad-dinja lanqas. Forsi ghax Brussell huwa ferm ikbar imma ma nahsibx li ghalhekk biss.

Biss sfortunatament xorta ghadhom nies ludikri fil-formalita zejda taghhom u l-istazzjonijiet tat-TV taghhom donnhom maghmula ghal xi hadd li ghandu IQ ta' wirdiena dislessika li dejjem irrifjutat tmur l-iskola u li, hekk jew hekk, m'ghandhiex aptit tara xi haga "heavy" (ie, dicenti) fuq it-teevee. Grazzi mulej talli tajtni l-Arte (stazzjon franciz - imma b'zampino tedesco evidenti hafna), La Deux (li jafu l-valur li taghmel is-sottotitoli minflok tiddabbja kollox bil-Franciz - din x'inhi li jridu jiddabbjaw kollox il-Francizi? ma jafux jaqraw bil-Franciz jew?), TV Brussel, Canvas u, fuq kollox, l-istazzjonijiet olandizi. Imma tfal sew jahasra dawn il-gallici.


Il-klassi post-haddiema vs. l-immigranti

Hemm hi l-post-working class. Il-messagier ix-xoghol fi Strasburgu jismu Gérard u jghix hajja ta' papa. Il-bierah harist naqra lejh sakemm kien qed jaqra xi gazzetta regjonali, jiekol hobza enormi bil-perzut tal-koxxa u jixrob Kronenbourg waqt il-hin tax-xoghol. Nahseb servewh dawk il-gazzetti u dik il-panina ghax dejjem fl-istess poza ili narah dawn l-ahhar sentejn. Dik hi l-klassi haddiema kontemporanja... m'hemmx bzonn nahdmu iktar mela. Fadal xi nies - hlief l-immigranti li dejjem tara jahslu l-istazzjonijiet tal-metro, ihadmu l-magni fil-fabbriki u jahdmu in generali - working-class li ghadhom veru jahdmu fl-Ewropa ta' fuq? Qisha xi klassi gdida din ta' Gérard - maqbuda bejn l-immigranti li qed jaghmlu x-xoghol vera working class u l-klassi medja. Il-pensjoni qisha giet qabel ghalihom. Min minnhom baqa' working class meta bdew jitfaccaw l-immigranti baqa' fil-pozizzjoni tieghu, bil-paga li kellu qabel imma minghajr xoghol (cioe work/strapazz mhux impjieg). Tridx tivvota Front National biex tkeccihom ukoll issa? Hawn.. imma ticcewwicx, stenna sal-penzjoni qabel ma tivvotalu lil Jean Marie...

Povra l-klassi medja - l-iktar klassi malfamata li hawn. Mhux talli taqla' miz-zewg klassijiet, talli ghandha tant dubji dwara nnifisha li ssir masokista u tissawwat meta hi l-unika klassi li dejjem hadmet fil-verita' u qalghet fuq wicca talli hadmet. Kollha ghira min-naha tieghi veru imma iebes ma tghirx meta int qed taghmel sad-9 ta' bil-lejl biex tlahhaq u hu l-uniku xoghol iebes li ghandu hu jomghod il-hobz u ghal (b'differenzi minimi) l-istess salarju tieghu... imma ma rridx insir tipiku ghajjur malti ciniku... iekol siehbi, iekol - u ara tixraq...


Welkamm bakk tu Sarajevo

Nigi lura hawn u nsib strajk generali. Nahseb it-tielet wiehed din is-sena. Something is rotten in the state of Belgium.


Ktieb iehor

Apparti mill-ktieb ta' Delerm, nikkunsiljalkom ktieb ta' Paul Morley jismu Words and Music li jirnexxielu jghaqqad il-muzika ta' Alvin Lucier ghal dik ta' Kylie Minogue b'humour, intelligenza u lucidita'. Ktieb li tiehu pjacir taqra anke jekk ma jimpurtak xejn dwar il-muzika.


Dames en heren, aandacht a.u.b.! Deze trein stopt niet in Rotterdam-Centraal!

Ghada mhux sejjer niffanga f'naqra Pinda Soep, Alu Tarkari u xi naqra Nasi Goreng f'Rotterdam kif ippjanat. Hip-hip hooray gastronomika kbira ghall-eks kolonji Olandizi, imma Anita marida u mhux sejrin. Forsi noqghod nibbloggja tghid? Hmmm...

4 Yays/Nays

Blogger Jacques René Zammit opined / qal...

gybexi se joqghod gewwa u se jibbloggja....


maaaaaaaaa

u ma kiltx chouctroute strrazzburg?

10/29/2005 01:46:00 p. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

iva. xtrajtlek ftit ukoll. 22 rue de bragance hux? arah gej it-trakk...

10/29/2005 02:04:00 p. m.  
Blogger Pierre J. Mejlak opined / qal...

lil anita: get well soon
lil gybexi: xejn

10/29/2005 02:37:00 p. m.  
Blogger Antoine Cassar opined / qal...

Nawguralek fejqan ta' malajr, Anita!

10/29/2005 03:28:00 p. m.  

Publica un comentari a l'entrada

<< Home