irgajna?! u morru suqu l-bus tal-marsa!
Bhalissa tant jien inkazzat li nahseb ahjar kont bhal Kaaalifornjani:
Kaaalifornjan jibda jsuq ta' 18-il sena (legalment ghax illegalment ilu jsuq minn mindu kellhu 15-il sena r-rahal)
Kaaalifornjan jahseb li kull min m'ghandux karozza hu xi naqra weird
Kaaalifornjan jitnejjek altament mill-ambjent
Kaaalifornjan jitbissem jew jidhaq meta jara xi hadd ghaddej bir-rota u jzid il-velocita' meta jara xi hadd jipprova jaqsam
Kaaalifornjan ihammeg imma gol karozza riha ta' Arbre Magique u ndafa liema bhala
ATP, Flaggel'o d die' (mhux buses biss)
Ili ma nsuq mill-ezami tas-sewqan. 8 snin. Darb'ohra ngib il-licenzja mieghi, ghax issa hawn id-dar qisni babbu (ghadni gej minn Ghawdex fejn ukoll kelli nimxi kullimkien ghax jekk m'ghandekx xi pickup Daihatsu bil-bandiera Amerikana jew Kanadiza mal-bonnet timxi trid) u ma nista' mmur imkien ghax it-trogloditi ddecidew li mhux bizzejjed 20c biex iwassluna 4 kilometri f'xarabank ta' 30 sena ilu (dejjem jekk ikollhom aptit s'intendi eh). Imsieken.
Il-gvern mhux talli m'ghandux icedi talli missu jipprezentalhom il-kont tal-buses li ssussidja (li qed juzawhom biex jaghmlu r-rotot privati minflok ir-rotot tal-linja), missu jkellem naqra lill-Arriva jew lill-First u jghidilhom jigu 'l hawn ghax hemm bzonnhom u jehles minn din is-sistema mafjuza li ma tezisti mkien iktar fejn kull xufier hu s-sid ix-xarabank tieghu stess ghax dik ittihom il-liberta' mentali li HUMA s-sidien, HUMA jikmandaw mhux li huma semplici impjegati tal-Kunsill/Gvern li ovvjament taghti lok li jitkecca jekk xufier ikun abbuziv jew kiesah wisq.
Urew darba wara ohra kemm m'humiex nies u s-sistema m'ghadiex sodisfacenti (ghalkemm mhux hazina kemm jghidu l-kaaalifornjani li jhobbu jsemmuha ghalkemm ilhom 20 sena ma jaqbdu tal-linja).
Jew ala ma nahsbux iktar il-boghod u nikkunsidraw, billi t-traffiku u ammont ta' karozzi ghal post daqshekk zghir hu ridikolu, ninvestu f'sistema ta' metro hafif hekk kif hemm f'postijiet ta' l-istess daqs jew popolazzjoni (bhall-Haifa jew Lausanne per ezempju). Din l-iktar haga li tiffrustrani... ideat xejn. Is-status quo mqaddes, hadd ma jbiddel ma jmurx hadd ma jivvutalu wara. Bla mapep, bla displays digitali, sahansitra lanqas bicca karta mwehhla mal-waqfiet biex juruk x'hin ser tghaddi tal-linja u x'numru ser tghaddi.
Frustranti wisq li jekk tivvota lill-ohrajn xorta ma jigri xejn u jekk tivvota lit-tielet hemm cans jigri xi haga imma m'ghandomx cans jispiccaw il-parlament hlief f'xi gita turistika. Frustranti wisq li l-unika mod biex tbiddel l-affarijiet huwa li tippakkja u tmur x'imkien fejn jahdmu l-affarijiet.
X'nistghu naghmel jien - jew ahna - biex inbiddlu s-sitwazzjoni? Ghandi sakemm jitlaq l-ajruplan ghad-dar biex noqghod nahsibha... hekk jew hekk ma nista mmur imkien sa dak in-nhar...