irgajna?! u morru suqu l-bus tal-marsa!
Bhalissa tant jien inkazzat li nahseb ahjar kont bhal Kaaalifornjani:
Kaaalifornjan jibda jsuq ta' 18-il sena (legalment ghax illegalment ilu jsuq minn mindu kellhu 15-il sena r-rahal)
Kaaalifornjan jahseb li kull min m'ghandux karozza hu xi naqra weird
Kaaalifornjan jitnejjek altament mill-ambjent
Kaaalifornjan jitbissem jew jidhaq meta jara xi hadd ghaddej bir-rota u jzid il-velocita' meta jara xi hadd jipprova jaqsam
Kaaalifornjan ihammeg imma gol karozza riha ta' Arbre Magique u ndafa liema bhala
ATP, Flaggel'o d die' (mhux buses biss)
Ili ma nsuq mill-ezami tas-sewqan. 8 snin. Darb'ohra ngib il-licenzja mieghi, ghax issa hawn id-dar qisni babbu (ghadni gej minn Ghawdex fejn ukoll kelli nimxi kullimkien ghax jekk m'ghandekx xi pickup Daihatsu bil-bandiera Amerikana jew Kanadiza mal-bonnet timxi trid) u ma nista' mmur imkien ghax it-trogloditi ddecidew li mhux bizzejjed 20c biex iwassluna 4 kilometri f'xarabank ta' 30 sena ilu (dejjem jekk ikollhom aptit s'intendi eh). Imsieken.
Il-gvern mhux talli m'ghandux icedi talli missu jipprezentalhom il-kont tal-buses li ssussidja (li qed juzawhom biex jaghmlu r-rotot privati minflok ir-rotot tal-linja), missu jkellem naqra lill-Arriva jew lill-First u jghidilhom jigu 'l hawn ghax hemm bzonnhom u jehles minn din is-sistema mafjuza li ma tezisti mkien iktar fejn kull xufier hu s-sid ix-xarabank tieghu stess ghax dik ittihom il-liberta' mentali li HUMA s-sidien, HUMA jikmandaw mhux li huma semplici impjegati tal-Kunsill/Gvern li ovvjament taghti lok li jitkecca jekk xufier ikun abbuziv jew kiesah wisq.
Urew darba wara ohra kemm m'humiex nies u s-sistema m'ghadiex sodisfacenti (ghalkemm mhux hazina kemm jghidu l-kaaalifornjani li jhobbu jsemmuha ghalkemm ilhom 20 sena ma jaqbdu tal-linja).
Jew ala ma nahsbux iktar il-boghod u nikkunsidraw, billi t-traffiku u ammont ta' karozzi ghal post daqshekk zghir hu ridikolu, ninvestu f'sistema ta' metro hafif hekk kif hemm f'postijiet ta' l-istess daqs jew popolazzjoni (bhall-Haifa jew Lausanne per ezempju). Din l-iktar haga li tiffrustrani... ideat xejn. Is-status quo mqaddes, hadd ma jbiddel ma jmurx hadd ma jivvutalu wara. Bla mapep, bla displays digitali, sahansitra lanqas bicca karta mwehhla mal-waqfiet biex juruk x'hin ser tghaddi tal-linja u x'numru ser tghaddi.
Frustranti wisq li jekk tivvota lill-ohrajn xorta ma jigri xejn u jekk tivvota lit-tielet hemm cans jigri xi haga imma m'ghandomx cans jispiccaw il-parlament hlief f'xi gita turistika. Frustranti wisq li l-unika mod biex tbiddel l-affarijiet huwa li tippakkja u tmur x'imkien fejn jahdmu l-affarijiet.
X'nistghu naghmel jien - jew ahna - biex inbiddlu s-sitwazzjoni? Ghandi sakemm jitlaq l-ajruplan ghad-dar biex noqghod nahsibha... hekk jew hekk ma nista mmur imkien sa dak in-nhar...
8 Yays/Nays
Illum il-ġurnata nifhem il-karba tagħkom l-Maltin ta' Barra. F'għoxx Malta.
ha nara fhimtx sew...
mela tlaqt minn brussel griza li ghazlet tohrog xaqq dawl hekk kif kellek taqbad l-ajruplan...
tigi malta ghal xebgha temp griz tipo brussel...
u meta tohrog ix-xemx jistrajkjaw tal-linja u ma tista` tmur imkien...
nahseb qieghed tikteb fil-blogg il-hazin...
hahaha. veru. ustja kemm jien bniedem bolletinjan/sfigat eh? :)
ja qatta busstids...
eh ma kontx naf li tlajt int ukoll. kien hemm wisq nies imma (nhar il-hadd mort jien)
Did you send the 'Wish you were here' card to Brussels yet? Or have you sent it to your driving licence instead?
I've just sent it to Arriva and First actually :p
I know exactly what you're talking about when you mention that feeling of frustration. Sometimes it kinda goes away when you're living in another country, bil-malti tigi titnejjek.
However some weeks ago the feeling came back in full force when I read about the demise of the Jazz Festival. I guess you're stuck with it forever.
Publica un comentari a l'entrada
<< Home