divendres, de gener 20, 2006

all you see is... crime in the city

Meta int stess issir statistika...

X'hemm isbah milli tigi lura mis-safar sfurzat ta' kull xahar (minhabba xoghol, ikolli mmur post li ma tantx jentuzjazmani) u ssib il-bieb tieghek imbaghbas, b'nofs il-gemb issegat biex jaslu ghas-serratura, kif ukoll l-iskumdita psikologika kbira meta jkollok tohrog ghax taf li jistghu jigu jispiccaw ix-xoghol li bdew meta jridu u int ma tista' taghmel xejn.

U meta tibda titkellem tibda tisma' li m'intix l-ewwel wiehed. Wahda kienet ilha Brussell jumejn u xi hadd taha xebgha sew biex johdilha l-basket. L-iehor ukoll. L-ohra xi haga simili. Kull min inkellem gralu xi haga, tista' tghid bla eccezzjoni - vera hemm element ta' "jien ukoll jien ukoll" fil-bicca, imma mhux hekk biss nahseb. L-ohra tahdem mieghi baqghu ifarrkulha l-hgiega tal-karozza (tliet darbiet f'gimgha sakemm fl-ahhar kellha taqla' l-istereo tal-karozza hi stess u thallih fuq is-sit billi hekk riedu), persuna ohra qal li li riedu c-cwievet tal-karozza tieghu u kull ma ghamlu sempliciment habtulu u meta fetah (taw xebgha sew lill-mara ghax bdiet tghajjat isterikament) xejrulu pistola ma' rasu u kellu, bhac-cuc, imur igib ic-cwievet mill-kamra tas-sodda u jtihomlom.

L-istejjer tal-wahx li johorgu f'gazzetti regjonali "tal-populin" bhad-Dernière Heure u La Capitale (u anke gazzetti serji bhal-Le Soir) dwar xi mignun li tefa' wahda quddiem metro ghax ma tatux il-baskett jibdew isiru iktar plawsibbli, bil-qghad issa jilhaq it-28% f'din il-belt, l-istatistici li hsibt kienu ezagerati fil-Guardian dwar kriminalità (iktar minn tliet darbiet il-kriminalità ta' Londra jew Parigi - partikolarment kriminalità vjolenta), u zgur m'inix ser intawwal ilsieni iktar ma' min idejjaqni jew indur - bla inkwiet ta' xejn - kwartieri insalubrijusi fit-tard wara xi kuncert minflok naqbad taxi. In-nies tal-guide books m'humiex nies soft mid-dehra: il-possibbilita' li taqla xebgha papali biex johdulek zarbun gdid tezisti. X'wake up call dik.

Imma hawn jien. Bil-bieb nofsu ssegat (u ta' quddiemi ukoll). Erba' infrazzjonijiet fil-blokk (blokk modest fejn jghixu tahlita vasta ta' nies) taghna din il-gimgha u l-pulizija li jidhru pjuttost jitnejku. La marki tas-swaba, la tracci, ma hadu xejn. U meta nara li l-gar tieghi Fernando ghamel nota mal-bieb komuni ta' barra biex dejjem jissakkar u xi hadd jikteb "inutile" (le mhux jien kont) man-nota iktar ninharaq. "U zgur" ghedna jien u hu "mhux lilhom gew jemmerdejaw - lilna!"

Darba jien, Anita, Mejlak u David konna qed niccajtaw li billi gejjin wisq Maltin 'l hawn missna niktbu li hrigna u billi semghu lingwa speci ta' gharbija tawna xebgha, imbaghad hadulna l-flus, ecc. f'lejl wiehed. Il-proverbju russu (jew ciniz?) nahseb gieli smajtuh: attent x'tixtieq, ix-xewqa tista' ssir realtà. U fil-fatt... attenti qabel ma tigu 'l hawn u min qieghed hawn redoublez de prudence kif jghidu. Tista' tigri lilkom ukoll. Veru.



NOTA DWAR IT-TITLU: Mehuda minn dokumentarju eccellenti jismu Style Wars dwar graffitti li sar fil-bidu tas-snin 80. Writer kien qed jghid x'kiteb fuq gemb ta' tren sotteranju (l-ewwel wahda kienet tghid "all you see is" u t-tieni "crime in the city").


------------------------------------------------------------------------------


Il-forum maghluq

Il-forum BloggsMaltin maghluq. Dan il-forum li kont ikkreajt jien kien inholoq sabiex jigu diskussi l-affarijiet li ma stajniex ghax tant kienu jitwalu l-kummenti fuq il-blogg ta' xi hadd li ta' min tibda post iehor id-diskorsata (u jien gieli kont ninsa lil min hallejt kumment biex nara kienx hemm risposti allura ghedt).

Sfortunatement iz-zmien (timing) li ghazilt jien kien terribbli ghax kienet qed tispicca l-burraxka ta' interess li kien hemm ghall-bloggs u dawk id-diskursati twal kienu qed jispiccaw ukoll. Barra minn dan ma nahsibx li ppromovejtu bizzejjed. Fi kliem ohra l-forum kien falliment u m'hemmx bzonnu iktar.

Il-Maltin (partikolarment il-Maltin intellettwali) huma wisq ta' wahedhom, solitarji u forsi mhux daqshekk solidari biex jaghmlu xi haga komuni allura affarijiet bhall-forum, tabellina, postform u anke - sa certu punt - Il Bollettino jbatu biex jibqghu hajjin. M'hemmx sens ta' koezjoni, kamaraderì jew solidarjetà (qed nevita l-kelma egocentricità) bejn l-intelletwali Maltin* . M'hemmx x'taghmel - hekk huma l-affarijiet (u mhux necessarjament hziena hekk lanqas, ghalkemm mhux necessarjament tajbin lanqas). U tahsbux li qed neskludi lili nnifsi lanqas... jien ukoll hekk sa certu punt.

Ghal min ma jistax jghix minghajr forum (ha!), nikkunsilljalu l-forum ta' l-iScaremongering li ghalkemm ghandu deskrizzjonijiet insipidi tal-kontenut tal-forum hu l-forum Malti ideali biex tahli l-hin targumenta fuq il-meriti tal-films oskuri ta' Hiroshi Teshigahara kontra dawk ta' Scorsese jew jekk il-White Stripes humiex tan-nejk jew le, liema hu l-aqwa ktieb ta' Murakami, jekk kienx Il Secondo Tragico Fantozzi jew L'allenatore nel pallone l-aqwa film trash taljan. Normalment l-affarijiet jispiccaw fir-relm ta' l-astratt ludesk jew tispicca f'nofs tahbita u tigbed tnejn meta tinduna li saru t-3 ta' wara nofsinhar u ghadek bil-pigama u m'ghamilt xejn li kellek ippjanat illum u hlejt gurnata leave... biss vera post sabih jekk ghandek kwarta x'toqtol qabel ma tohrog.

* Test biex taghraf jekk intix veru intellettwali Malti: trid tiddarass kull darba li nghid il-kliem "intellettwali maltin" jew "intellettwali malti" u int stess qatt ma tuzahom hlief b'mod dispregattiv u thobb tuza l-kliem "psewdo-intellettwali" minflok (dejjem b'mod dispregattiv. ovvjament). Trid ukoll tirrifjuta b'mod vigoruz hafna kull nozzjoni li int, kont jew qatt xi darba tkun "intellettwali", u - preferibbilment - tilghabha tal-working class anke jekk int piccolo borghese sal-bajd. Tajjeb hekk?


------------------------------------------------------------------------------


Cory Doctorow f'Anversa

FYI: Cory Doctorow (l-editur ta' Boing Boing) ser jaghti lekcer f'Anversa nhar it-tlieta (24.01.06) il-MuHKA_media dwar "de toekomst van digitale televisie" (il-futur tat-televisjoni digitali)

9 Yays/Nays

Blogger david opined / qal...

Il Grande Tragico Gybexi!

Donnok intfajt tikteb din minflok gejt l-istand-up. Kien tajjeb imma mhux fil-klassi "ma tistax ma tarahx". Hlief ghal kanzunetta jisimha "Baseball playing spider" li bqajna nkantawha serata shiha.

Fuq l-egocentrizmu, interessanti u kont qed nghidilha ezatt l-istess haga lil Sharon vis Tabellina. Il-Malti tajjeb fl-isparar fuq il-plattini u l-isnooker imma jbati fil-futbol. But there is hope...

Inkredibli - wara li vvintajna dik l-istorja l-ComoComo, ghidt lili nnifsi "this might be tempting providence". U Pierre fil-fatt ma baghatli xejn.

1/22/2006 05:07:00 p. m.  
Blogger cybergaijin opined / qal...

I'm sorry to hear about you trouble gybexi, but it is important that you do not let it get to you too much, lest you develop a sort of victim complex. According to statistics, this sort of thing only happens to every person once every forty years, so now that its over, you can spend the next 39 years, 11 months and 30 days in a carefree frame of mind.

1/23/2006 07:21:00 a. m.  
Blogger Jacques René Zammit opined / qal...

il bollettino ma husc meiiet. emminni fuc din. ghadni gei lura mill-ischii u haphna aphariiet grau.

1/23/2006 09:57:00 a. m.  
Blogger noel tanti opined / qal...

imma forum differenti ghax taqbad u tippowstja u thalli nies ohra jibbumbardjawk... sites bhal tabellina u postform jirrikjedu (jew ghallinqas hekk niehu gost nahseb dwarhom) certu ammont ta' hin biex tara sew x'inti tghid u jekk dak li tghid jaghmilx xi ftit tas-sens... u meta jkollok ammont zghir ta' hin evejlibil qisu ahjar tqattghu tikteb fil-blogg tieghek (ie meta l-isp tieghek ihallik tuza l-internet - vide l-ahhar entrata moi li ha titla' aktar tard illum)...

heving sed all dis, daqt ghandi xi haga lesta ghall-bollettino...

1/23/2006 10:49:00 a. m.  
Blogger cybergaijin opined / qal...

gybexi, why is your blog called inutile de dejeuner? Why is it useless to have lunch? I would have thought that, far from being useless, lunch is an integral part of a balanced daily diet and I eat it every day, albeit at the later time of 3 o'clock due to work commitments. And furthermore, why are you called gybexi? I demand answers.

1/23/2006 05:12:00 p. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

- my previous blog was called "inutile de dégeler". it's something you'll find written on the packs of frozen foods in Belgium (and france... and switzerland... and québéc). I found it funny at the time in a sort of "hah! do you really think you'll ever manage to defrost me!? well, think again". then, like any respectable cultural brand, I started franchising the name "inutile de déjeuner", "inutile de clicher", etc

the name sucks but so what.

if you'd know me, you'd know that "déjeunering" well is VERY important to me. the so-called belgian lunch (1.5 hrs) is something I'm quite fond of [sometimes], but I suspect your anglo-saxon stomach would find 1.5 hours dedicated to food hard to stomach.

- gybexi is a name that was chosen for me by fate or violence (jiddependi kif taraha). I 'forked' my fingers and hit the keyboard twice added an "i" at the end, just becoz.

1/23/2006 06:52:00 p. m.  
Blogger cybergaijin opined / qal...

OK, thanks for clearing that up. Yes, an hour and a half would be too much for me. You are lucky to have a boss prepared to accommodate for your special gastronomic needs.
Just one more question - is it pronounced gee-bexi or gi-bexi?

1/24/2006 12:33:00 p. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

those are the official working hours for everyone. it's not a boss, it's an institution silly. we haven't got bosses with names, faces and opinions like other people.

didn't you ever hear of Brussels' nameless, faceless eurocrats or of fortress europe (with a window view on new europe)? boss... pfft.

...and now comes the bit where I deflate my argument and am later accused of inconsistency: I'd rather eat quicker (a few mins would be enough) and get home earlier to suffer the ensuing stomach cramps in front of my TV set (I haven't heard the phrase "tv set" in a long time - sounds weird doesn't it).

gi-be-xi

pronunciation guide for diggers:
GIrna - BEccun - KSIeh

it's anglofucked maltese...

1/24/2006 02:48:00 p. m.  
Blogger cybergaijin opined / qal...

No boss? So why do you even go into work at all, never mind a marathon lunch break. I always thought that the "faceless, nameless Eurocrats" was a figure of speech. Didn't their parents give them names? Maybe you can give them names using your random finger-forking technique. I tried it and got '2 .ahw[s so I think you are lucky to have landed on gybexi.

1/24/2006 06:47:00 p. m.  

Publica un comentari a l'entrada

<< Home