dilluns, de gener 02, 2006

is-sena bdiet imma z-zmien baqa' ghaddej xorta wahda...


(aggornata 4.01.06)

Twozawsandendzix! Oh yess... tomorro' it shall alreatty be the 5th tay of Janvuuuary chiiildrehn!
---
X'int taghmel b'dik it-trumbetta f'idek?
M'hemmx ghalfejn nghidu li s-sena 2005 kienet is-sena tal-bloggs u l-entuzjasmu tal-bidu naqas u "immatura". Biss ma nhallux il-bloggs isiru moda li dak li jkun jinsiha bhal ma kienu s-siti personali meta fetah il-Geocities fil-bidu ta' l-internet. Mhux biex niftahar imma nahseb il-bloggs kienu l-iktar haga innovattiva (jew wahda mill-iktar insomma) fuq ix-xena lokali
fis-sena 2005. Jien personalment, u zgur m'inix wahdi, ma rridx narahom jisparixxu.
Kuntent nara li mhux ahna l-bloggers biss qed naqraw il-bloggs imma hemm hafna nies barranin ghall-bloggosfera li qed jaqrawhom, fosthom certu Ronnie Micallef li jahdem mal-British Council, organizazzjoni li dejjem interessatni ghax dejjem kienet iggib artisti innovattivi f'Malta, biss meta naqra kliemu kwazi bla ma rrid nahseb f'dik il-blogg li kont ktibt dwar Wales (f'hafna kazi rridu nammettu li l-inovazzjoni mill-barranin gejja mhux minn "ta' gewwa")... insomma - sabih li tkun taf li hemm min qed jaqra l-bloggs taghna almenu.

This issue of ‘who we are’ is receiving a lot of attention worldwide, in the UK and also in Malta. I think it is important for an organisation such as the British Council to be aware of this debate and to contribute to this question. These discussions are mostly led by individuals, and many of them are web-based. There is a particularly vibrant discussion on the nature of identity at all levels taking place on internet blog sites. Individuals are therefore forming new communities, which transcend our natural borders.They are slowly taking responsibility, and people do not depend as much on governments anymore. And as an organisation we are very aware of this. At least 10,000 people visit our website. But it’s not just the numbers – it’s the quality of interaction that counts as well.

What excites us is the idea of influencing the future. E-democracy, E-expression, E-poetry, and IT communities. I think there is a lot that can be done in these areas. We are also building up a reputation as an office that operates on a wider Euro-Mediterranean platform.

-Ronnie Micallef, British Council (Malta)
---
X'jien kretin
Dan il-lejl ma rqadtx ghax ghamilt kwazi lejl shih nohlom u nirridissinja s-servizz tat-trasport pubbliku Malti, bl-orarji u l-affarijiet kollha kif suppost - iggib is-servizz tat-trasport pubbliku taghna jahdem kif suppost (il-mapep u l-orarji ma' kull waqfa u kabina ta' l-informazzjoni ta' veru l-belt, kif ukoll revizjoni tas-sistema... ma tiswix iktar minn Lm 8,000. X'frustrazzjoni tara l-gvern jixtri xarabanks godda u jtihom lix-xufiera kwazi bhala rigal biex tal-linja imorru jaghmlu l-vjeggi privati taghhom meta taf li b'revizjoni fis-sistema, cioe privatizazzjoni, konna nifrankaw eluf u eluf [li stajna nuzawhom biex inehhu l-asbestos minn Dar Malta, xi tghidu?] u kien ikollna servizz dicenti. Ghandu tant ideat ghall-privatizazzjoni l-gvern kif ma hasibx fiha din? Ghax fil-verita' jitnejku altament mill-ambjent u mit-trasport pubbliku tghid? Jew ghax ahna poplu ma jafx joqghod minghajr karozza ghal iktar minn jumejn - u l-ineficcjenza tal-karozzi tal-linja hi skuza komda?).
Insomma, dan l-imbarazz ghamiltu kollu f'mohhi u gieli ghamilta qabel din il-haga. Nerga nirribatti... x'jien kretin. U kemm ghandi nghas...

4 Yays/Nays

Blogger Erezija opined / qal...

interessanti din tat-trasport pubbliku. imissek ittella' d-disinn u kollox fuq il-blogg.

1/04/2006 03:42:00 p. m.  
Blogger Kenneth opined / qal...

Hekk hu.

1/05/2006 12:05:00 p. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

mela le. u mhux talli hekk... talli ser naghmel wahda 'ta' veru' u nwehhila mal-waqfa ta' hdejn id-dar tal-genituri f'birkirkara la nigi Malta fi Frar.

Kemm tal-linja ser tigi skond il-hin imnizzel fuq l-iskeda storja ohra...

1/06/2006 06:04:00 p. m.  
Blogger sharonspiteri opined / qal...

bex i just read that quote by ronnie micallef and it's so useful for this paper i'm working on *grin* thanks! hehehe it fits in perfectly with my attempt at justifying online focus groups!

1/15/2006 06:46:00 p. m.  

Publica un comentari a l'entrada

<< Home