dimecres, de gener 25, 2006

id-dahq u l-arjanità

Nassigurak li mhux ser tidhaq wisq

Saqsieni kontx ili hawn u qalli li kelli franciz tajjeb hafna, qal ukoll li kien hemm min kien ilu hawn 10 snin u ma jitkellimx hekk. Ghogbitni li qalli hekk imma ma tantx emmintu ghax: 1. kien qed ibeghli polza ta' l-assigurazzjoni allura kellu kull interess joqghod ihawwadni, 2. ta' spiss nithawwad fil-kliem, 3. huwa salesman ta' l-insurance u hu bejjiegh tal-karozzi part-time f'gieh il-madonna, jekk ma jafx jigdeb hu hadd ma jaf!

Fl-ahhar kien hemm it-tpacpic tas-soltu - taf int... minn fejn intom, ecc ecc. Hu qal li kunjomu Awstrijakk (u jidher! ghalkemm forsi ser inpingih hazin ghax kien ragel charmant fil-manjieri tieghu kien jidher naqra t-tip li jivvota ghall-Haider. Iddarrass vizibilment meta skopra li hemm element gharbi fil-lingwa taghna... meta tfajt naqra ilma fuq in-nar billi ghedtlu li l-lingwa fiha influss kbir ta' kliem gejjin mit-taljan ikkalma ftit u donnu ma hassux daqshekk skomdu li xorob il-guws li offrejnielu minn tazza li ma missitx esklussivament ma' xuftejn arjani, imma xorta...)

Insomma hawn tiskopri kemm anke bejn il-kultura maltija tieghi (italo-anglofano) u dik frankofona hemm bahar jaqsam. Is-sarkazmu u d-derisjoni, parikolarment l-awtoderisjoni, huma xi haga normalissimi fil-humour malti...

"ghandkom il-familja Malta nimmagina hux?"
"iva iva"
"x'jaghmlu fil-hajja? sajjieda?" (bejni u bejn ruhi.. "sajjieda almaduwwi?!")
"le..." u ghedt ha nohrog b'quip "...petit bourgeois professjonisti"
"ah! istra!" qalli impressjonat qisni ghedtlu li missieri l-prim ministru u ommi l-president.

Il-humour bruxellois (tahlita ta' humour franciz [blergh] u olandiza [simili ghall-ingliz imma iktar salvagga]) qed imut biex jiehu postu humour kompletament franciz. Brussell li fiz-zmien kienet Fjamminga daqs kemm kien frankofona qed isir dejjem iktar u iktar frankofona - u l-humour qed ibaghti minhabba dan.

Dawn huma d-distanzi psikologici ta' meta tkun barrani - dawn ic-cajt li m'humiex daqshekk tad-dahq imma jifqghu l-poplu tal-pajjiz adottat tieghek jew int, u c-cajt anglo-italo tieghek forsi sottili jew distanti wisq ghal xi hadd li ma trabbiex jara Mai Dire Gol u Black Adder. Huma kulturi differenti, u anke jekk nghix hawn ghal snin u snin u nara kull farsa li qatt ezistiet b'Didier Bourdon jew Jacques Villeret (RIP) nahseb xorta jkun hemm distanza bejniethna. Mhux tant ghax ma jdahhqux imma ghax idahhqu b'mod differenti - idahhqu b'mod li jikkorespondi mal-lingwa taghhom - mod konservattiv, superficjalment studjat u formali zzejjed.

Interessanti li certi komici bhal dawn li jissemmew fil-Guardian qed jippruvaw jifthu t-triq bejn iz-zewg kulturi. Triq li hemm bzonn tinfetah mill-iktar fis possibbli.



Il-passat mhux garanzija tal-futur

Inkredibbli xi jwaddabblek il-Google xi minn daqqiet. L-eroj iz-zghar li ghamluna, imma li ftit nies jiftakru/jafu.





Fir-ritratt: Ondina Tayar as a young woman, around the time she was working on a written form of the Maltese language. Ondina graduated in Pharmacy and was one of the first women in Malta to hold a university degree. She had wanted to study Medicine but had been barred from the course when she raised the matter of Darwin's theory of evolution, a forbidden subject in Catholic Malta at the time.

A descendant of Rabbi Josef Tayar, Ondina Tayar, was one of the first women to graduate from the University of Malta in the 1930s. She was also a member of the panel set up to promote the use of the Maltese language at a time when the Fascists of Italy were trying to promote the use of Italian as the Maltese national language.


Timmaginaw lill-Hitler imur sa restaurant indjan u jordna tigieg tikka massala, naqra ross u naan tal-gobon?

Jekk le, m'ghandkomx hafna immaginazzjoni. Certu forum razzist (oops... razzjalist ridt nghid) iva. Hemm xi Malti fuq pagna nru 7 wkoll li jhobb l-ikel "etniku" taljan/malti.

U nghid jien, jekk ma jridux il-barranin f'pajjizhom ser jissajru wahedhom dawn? Jintefa' Fritz wara t-tandoori jsajjar jew? Jew l-ispirtu tad-duce ser iqum mill-aldilà biex jurina r-ricetti sigrieti tieghu ta' kif jissajjar l-aqwa Tom Yam Guang li qatt doqna.

Darba fuq l-internet rajt poster li kien jghid "Multikulturalizmu. Tibilghux is-sunnara". Imma ha nghidlek, ahjar tibla' sunnara milli furkettata sawerkrawt bil-mustarda ta...


Weather report

Dalghodu xghalt it-tivì u lil min nara? Hadd aktar hlief David il-Lanzarote (li biddel ismu ghal Sébastien Folin) jaqra l-previzjonijiet tat-temp. B'hekk nippropronielkom il-before and after tal-gemelli Folin-Frigg.



Kif inhu t-temp f'Languedoc-Roussillon Lanzy?

8 Yays/Nays

Blogger Pierre J. Mejlak opined / qal...

Sébastien Folin! Genjali!

1/28/2006 04:31:00 p. m.  
Blogger noel tanti opined / qal...

inkredibbli mhux x'jitfaghlek il-guwgill, imma dak lillostja qabdek biex fittixt lil ondina tayar...

interessanti, imma minn fejn qlajtha?

1/30/2006 12:30:00 p. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

kont qed infittex ir-radici tieghi, caro Noel Jacob Simon Schmelcher.

Kont qed infittex fuq il-familja Depares (li ma kinitx lhudija mid-dehera) u tfacca dan il-lhudi Malti (iva jezistu) li kellu sit dwar l-lhud f'malta.

fosthom onda onda ondina...

1/30/2006 03:56:00 p. m.  
Blogger david opined / qal...

Ghandek rapport tat-temp komplet fil-blogg tieghi sieheb.

Ta' din nhar is-sibt il-party trid tigi liebes ta' Jim Caveziel f'The Passion of the Christ.

Mejlak diga qalli li se jilbes ta' John Demanuele f'Black Eagle by the way.

1/30/2006 05:55:00 p. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

hawn man - hwejjeg ma tantx ghandi. ser ikolli nsib xi haga milli ghandi (cioe mhux kostum). li nista' nilbislek ta' suldat ghax "army fatigues ta' l-H&M" ghandi kemm trid.

kemm ili nahdem f'dak l-ustja xoghol li ghandi bhalissa sirt nilbes ta' suldat ghax-xoghol. ma nafx ghalfejn...

tinsiex tixtri l-gobon ghax nghiduha kif inhi... party bla alkohol orrajt imma party bla gobon le. u xi naq'a gallettini u morning coffee ha naghmluh coffee morning il-party (billi qed tixtjieh taf int...)

nisperaw ikun il-bnazzi - imma dak qasam tieghek umbaghad... :p

1/30/2006 09:36:00 p. m.  
Blogger cybergaijin opined / qal...

Bhala xlukkajr ka kolli niprotesta kontra dan il-botta li tfajt lejn is-sajjieda xbin. Ikolli nghidlek uwkol li Malta hemm kittieba ta'rumanzi cult li jigu minn familji ta' sajjieda.

2/01/2006 11:13:00 a. m.  
Blogger cybergaijin opined / qal...

Bhala xlukkajr ka kolli niprotesta kontra dan il-botta li tfajt lejn is-sajjieda xbin. Ikolli nghidlek uwkol li Malta hemm kittieba ta'rumanzi cult li jigu minn familji ta' sajjieda.

2/01/2006 11:13:00 a. m.  
Blogger gybexi opined / qal...

erm.. sajjieda?! fejn?

mela qed tisniffja r-ramel tad-desert Libjan wara x-xoghol Mattew hi?

2/01/2006 02:51:00 p. m.  

Publica un comentari a l'entrada

<< Home