dimecres, de maig 30, 2007

ha jiehdok fil-car tieghu...

Mela billi hemm blogger li m'ghadux jibbloggja ha nohodlu postu.

Jekk tisma' dan l-album, partikolarment Barbeque, u ma jaghmlekx f'burdata tajba ma rridx insir nafek...


Issa ha nhallikhom ha nkompli nibla d-dhahen taz-zebgha u l-white spirit, hekk kif inhu konswet. Ghal min qed jahseb jixtri post - ixtru wiehed gdid. Ta' kuljum nircievi telefonata fuq il-mowbajl u nisma xi hadd b'accent qawwi Pollakk jghid "tu venir ajourd'hui? Ici grand problème!". Il-haddiema. Immur, u ta' kuljum nisma' fuq xi pajp imtaqqab, xi kanna sploduta, xi boiler ma jridx jahdem, xi zebgha ma tridx izzomm, xi...

dissabte, de maig 12, 2007

Enjoy your affordable Swedish crap!

X'hemm ahjar minn gurnata naghmlu zewg attivitajiet "interessanti". L-ewwel hi t-tifittxija fiz-zibel li hallew warajhom tal-flea market ghal affarijiet li nistghu nirkupraw u t-tieni nixorbu f'wiehed mill-bars favoriti tieghi - Chez Moeder Lambic - li qieghed tliet minuti 'l boghod minn fejn ser nghixu.

Ghamilna wkoll wahda mill-iktar attivitajiet li, ghalkemm wiehed ma jahsibx li ser tghajjik, tghajijk hafna... l-armar ta' l-ghamara ta' l-IKEA. F'saghtejn u fuqhom armajna il-gwardarobba tas-sink... u jien minghalija ser inlestu l-kcina f'jumejn!


Min hu dilettant ta' l-armar (le mhux tal-festa imma ta' l-ghamara li tigi f'bicciet fihom daqs sulfarina li trid, b'xi mod maledett, tbiddel f'xi haga li kemm jista' jkun tapprossima gwardarobba) u ghandu pjacir jigi jdawwar erbgha viti maghna, merhba kbira bih/a. Inwieghed platter gobon u zalzett, xi Rochefort 9 jew xi Palm kif ukoll imhabba eterna li ma tispicca qatt u qatt...

Tiffullawx, eh!

* It-titlu minn episodju ta' Futurama - PIKEA