divendres, de gener 19, 2007

it-titjira ttir


Il-bierah irriskjajt hajti x-xoghol. Le ma konx qed nirriskja xi kaxxa kollha acquises jaqghu fuqhi jew xi fotokopjatrici tigdimli l-warrani.

Il-bierah ir-rih kien tant salvagg [link lejn l-ahbarijiet] li n-nies kienu qed itiru, qishom Mary Poppins imma b'inqas grazzja u eleganza, fil-Provincji ta' Hainaut u Luxembourg. F'Mons saqaf industrijali tqil zewg tunnellati inqala u tar. Tnejn minn nies mietu (f'Hal u fil-Provincja ta' Liège). Il-ferroviji lejn L-Olanda, l-Ingilterra u Franza thassru.

U jien fejn kont? Kont fuq ajruplan. Tista' tkun post iktar perikoluz minn hekk? Fil-fatt tieghi kien l-ahhar ajruplan li telaq mill-ajruport ta' Strasburgu wara li kkancellaw it-titjiriet l-ohra kollha kemm huma.

Kienet, probabbilment, l-iktar esperjenza tal-biza f'hajti. Kwazi fl-ebda mument ma' tista' tghid li l-ajruplan kien stabbli. U dik understatement kbira hafna. Meta l-ajruplan kien ghadu wieqaf fl-ajruport (jew l-ajrustazzjon kif jghidu hemm) ta' Strasburgu l-gwienah kienu diga qed ivenvnu qishom kartoncin. Mument minnhom il-kaptan tilef il-kontroll ta' l-ajruplan kompletament u beda niezel bi speed salvagg u b'dak il-hoss iwerwer li jaghmlu l-ajruplani tal-kamikaze gappunizi fil-films tal-gwerra meta jibdew niezlu lejn it-tir u n-nies ghajtu ghajta tal-wahx. Jien, da parti tieghi, ma ftahtx halqi - kont imbezza wisq u kont qisni lest ghaliha... ghedt hawn ser tkun il-mewt tieghi - m'hemmx x'taghmel hux?

Kien hemm min tilef sensieh u min storda u kellhom ituh l-ossignu. Jien skoprejt li dawk il-boroz fis-sakkocca tas-seats m'humiex ghal pjacir tal-kollezzjonisti jew biex tibghat ir-ritratti fihom u nahseb inqast zewg kilos b'kollox (u ghadni ma rkuprajtx illum).

Inkredibbli kemm ghamilt "hbieb" malajr ma' li kien hemm hdejja fuq l-ajruplan. Tmisshom u thoss empatija immedjata maghhom u huma mieghek. Ma nieqafx inkun konvint li l-iktar mument li tkun l-iktar onest f'hajtek ikun il-mument li thoss li hajtek tkun ser titfarrak.

Kien hemm capcip u biki ta' ferh meta missejna l-art...



Zaventem. Ninzel hdejn il-ferroviji - kollha bid-dewmien (specjalment dawk li gejjin minn Hainaut u Limburg) minhabba l-biza li jistghu jinqalaw minn fuq il-linja tax-xmundifer. Immur nipprova naqbad taxi, minn gol hgiega nara li diga hemm xi tletin persuna jistennew taxis li qatt m'huma ser jaslu - it-tunnels ta' Brussell maghluqin. X'hin nohrog, il-bagalja sewda tieghi titla fl-arja - 10 kilos ta' hwejjeg mahmugin, cargers, u imbarazz varju telghu qishom buzzieqa tal-helium indimunjata.

Irgajt dhalt gewwa u mort il-bar - xtrajt flixkun ilma u ntfajt fuq bank b'zaqqi u mohhi ser jisplodu. Ghamilt nofs siegha ma nistax niccaqlaq u ma nistax nemmen li ghadni haj.

U nerga ntenni - f'ghoxx Strasburgu. U f'ghoxx ix-xoghol.

diumenge, de gener 07, 2007

from wollongong with love

Ghax diska wahda andergrawnd dwar il-Maltin ta' Brussell/Lussemburgu ma kinitx bizzejjed mid-dehra.

"Imma Maltin m'hemmx jghixu biss gewwa l-Awstralja
Jinstabu wkoll 'il boghod 'il boghod gol-Kanada...
Pero fil-gurnata tal-lum
Gewwa Brussell il-Malti jkun
Jissielet, jirsisti u jistinka ghal pajjizu
bla serhan kuljum"

Maltin Gewwa l-Awstralja
Xtruppaw
Is-CD ta' l-Ixtruppaw


Diska kbira fi stil dawk il-gruppi finlandizi li dejjem jidhru fil-films ta' Kaurismaki jew, appuntu, ta' dawk id-diski freddieportelljani miktubin minn Maltin fil-Kanada jew fl-Awstralja.

Wasal iz-zmien li nirribattu u niktbu diska ahna xi tghidu?

U biex tkunu tafu, gheziez avukati, tissemmew hawn. Kontu tmorru l-Jubilee?

Etiquetes de comentaris: , , ,