dimarts, de febrer 28, 2006

irgajna?! u morru suqu l-bus tal-marsa!

Kaaalifornja drijmss
Din gurnata importanti. Minn green li dejjem kien kontra l-karozzi sirta Kaaalifornjan. Nirringrazzja lill-PTA/ADT/ETC jew x'jisimhom din il-gimgha. Grazzi... qed tarawha dik? Dik l-ahhar palja, bniedem li ilu jiggieled mieghu nnifsu (kull glieda morali tipo OJ Simpson jiggieled ma' ors fuq l-ehrex amfetamini) irnexxielkom tqabzuhilu ukoll... kemm gbituha fin dik l-ahhar palja.


Bhalissa tant jien inkazzat li nahseb ahjar kont bhal Kaaalifornjani:

Kaaalifornjan jibda jsuq ta' 18-il sena (legalment ghax illegalment ilu jsuq minn mindu kellhu 15-il sena r-rahal)

Kaaalifornjan jahseb li kull min m'ghandux karozza hu xi naqra weird

Kaaalifornjan jitnejjek altament mill-ambjent

Kaaalifornjan jitbissem jew jidhaq meta jara xi hadd ghaddej bir-rota u jzid il-velocita' meta jara xi hadd jipprova jaqsam

Kaaalifornjan ihammeg imma gol karozza riha ta' Arbre Magique u ndafa liema bhala


ATP, Flaggel'o d die' (mhux buses biss)

Ili ma nsuq mill-ezami tas-sewqan. 8 snin. Darb'ohra ngib il-licenzja mieghi, ghax issa hawn id-dar qisni babbu (ghadni gej minn Ghawdex fejn ukoll kelli nimxi kullimkien ghax jekk m'ghandekx xi pickup Daihatsu bil-bandiera Amerikana jew Kanadiza mal-bonnet timxi trid) u ma nista' mmur imkien ghax it-trogloditi ddecidew li mhux bizzejjed 20c biex iwassluna 4 kilometri f'xarabank ta' 30 sena ilu (dejjem jekk ikollhom aptit s'intendi eh). Imsieken.

Il-gvern mhux talli m'ghandux icedi talli missu jipprezentalhom il-kont tal-buses li ssussidja (li qed juzawhom biex jaghmlu r-rotot privati minflok ir-rotot tal-linja), missu jkellem naqra lill-Arriva jew lill-First u jghidilhom jigu 'l hawn ghax hemm bzonnhom u jehles minn din is-sistema mafjuza li ma tezisti mkien iktar fejn kull xufier hu s-sid ix-xarabank tieghu stess ghax dik ittihom il-liberta' mentali li HUMA s-sidien, HUMA jikmandaw mhux li huma semplici impjegati tal-Kunsill/Gvern li ovvjament taghti lok li jitkecca jekk xufier ikun abbuziv jew kiesah wisq.

Urew darba wara ohra kemm m'humiex nies u s-sistema m'ghadiex sodisfacenti (ghalkemm mhux hazina kemm jghidu l-kaaalifornjani li jhobbu jsemmuha ghalkemm ilhom 20 sena ma jaqbdu tal-linja).

Jew ala ma nahsbux iktar il-boghod u nikkunsidraw, billi t-traffiku u ammont ta' karozzi ghal post daqshekk zghir hu ridikolu, ninvestu f'sistema ta' metro hafif hekk kif hemm f'postijiet ta' l-istess daqs jew popolazzjoni (bhall-Haifa jew Lausanne per ezempju). Din l-iktar haga li tiffrustrani... ideat xejn. Is-status quo mqaddes, hadd ma jbiddel ma jmurx hadd ma jivvutalu wara. Bla mapep, bla displays digitali, sahansitra lanqas bicca karta mwehhla mal-waqfiet biex juruk x'hin ser tghaddi tal-linja u x'numru ser tghaddi.

Frustranti wisq li jekk tivvota lill-ohrajn xorta ma jigri xejn u jekk tivvota lit-tielet hemm cans jigri xi haga imma m'ghandomx cans jispiccaw il-parlament hlief f'xi gita turistika. Frustranti wisq li l-unika mod biex tbiddel l-affarijiet huwa li tippakkja u tmur x'imkien fejn jahdmu l-affarijiet.

X'nistghu naghmel jien - jew ahna - biex inbiddlu s-sitwazzjoni? Ghandi sakemm jitlaq l-ajruplan ghad-dar biex noqghod nahsibha... hekk jew hekk ma nista mmur imkien sa dak in-nhar...

divendres, de febrer 24, 2006

listen very carefully, i vill say zis only once...

Brussell qahba minn dawk il-kbar nett.

Illejla ghal fuq l-ajruplan lejn il-pa'ez u donnha Brussell taf li sejjer 'l hemm. Ilhi tminn xhur nokrob maghha u nifflertja biex forsi turini naqra xemx taht dawk l-ishab grizi kollha li thobb tilbes, u issa li taf li sejjer harget xemx bhal dawk ta' meta jibdew it-teletubbies, u pprezentatli patafjun attivitajiet kulturali u socjali. Issa.

Donnha qed tghidli "Ara x'qed titlef jekk tmur. Mur hmar, mur issa la hallast il-biljett... mur ghax-xita u l-griz ta' Malta. Hahaj!"

Ja qahba li hi.

Nispera li nkun nista' nibghatilha kartolina tal-karnival tan-Nadur minn Ghawdex b'Wish you were here mhazza fuq il-faccata b'tipa tas-snin tmenin, minflok ittra ddisprata li l-messagg mohbi taghha tkun "kellek ragun".

Imma ha nirbahlek ja qahba, ha nirbahlek... jew almenu ha nipprova nirbahlek.

Alleï

divendres, de febrer 17, 2006

naq'a belchitude ejja...

Lessons de kultuur pur noz ami d'utr-ardenn



[KABBAR]
(id-differenza bejn il-belgjani u l-francizi meta jsiefru)



[KABBAR]
(kif tippronuncja l-affarijiet fil-"pajjiz ic-catt")



[KABBAR]
(il-francizi u n-nuqqas kroniku ta' auto-derisjoni taghhom)



[KABBAR]
(x'jahbtu foufke u t-tichke?!)


Inhazzu tnejn dwar id-differenzi lingwistici u kulturali bejn il-Maltin u l-Ghawdxin? Xi tghidu?

Sors: Il-blogg ta' caat

dissabte, de febrer 04, 2006

...ghanja ta' radd il-hajr nghannu lill-mulej







Sors: Museum of Bad Album Covers


---

Heppi berdejj lil David

Teknikament kelli nghidlu jien wicc imb'wicc il-lejla waqt festin ghal gheluq sninu, imma Anita ghandha mikranja bhal ma jkollha ta' spiss (minn dawk il-horox) u nippreferi ma nohorgux ghax l-ghada tkun kranky ghall-ostra. Kif jaf kull sessist, chauvinist jew persuna normali li jghix ma' mara ahjar taghmel gimgha miksi bl-ghasel f'kamra kollha orsijiet imgewwhin milli tbati gurnata wahda ta' krankiness femminili.

Insomma issa ghandi kartolina hawn ghadha maghluqa ta' gheluq snin ta' 30 sena - nuzaha darb'ohra.

Skuzani li ma nistax nigi David. Il-post tal-lum iddedikata lilek, ghax fil-fatt ta' qassis kont ser nilbes (veru - qmis xtrajtha minn rohs ta' l-H&M u l-kullar abjad nirranga wiehed bil-karti), speci ta' biex intaffu din il-bicca xoghol, ghax hlief mohammed tiela', danimarka niezla ma smajtx din il-gimgha.

Imma is-suggestjoni tieghi, li ghaddejt lil David il-bierah filghaxija, li nilbes ta' landa halib Daniza giet skartata minnufih...