dissabte, d’octubre 29, 2005

is that the local préfecture in your pocket or are you just very pleased to see me?

hawn Salv, jidher marid duk l-ghasfewwr, tih tijjjr bis-senter... anzi tewghmel xejn... issa la jtijjjjr minn fuq il-Mellieha niehdu hsiebuww ehna...

Image hosted by Photobucket.com



Vive la france

Kellha tigri le? Inkun Franza 4 ijiem fix-xahar u sirt iktar artab fil-konfronti taghhom. In-nies simpatici wara kollox u jafu jiktbu ktieb jew gazzetta kif suppost. Fil-fatt spiccajt xtrajt ktieb (ghax fl-"ajruport internazzjonali" ta' Strasburgu ghandom xebgha gazzetti regjonali ta' l-alsass, USA Today u Frankfurter Allgemeine biss) ta' certu Philippe Delerm li sar joghgobni immens u li kien, spuwkili enaff, kwazi l-istess imbarazz li kont ktibt fid-dokument tal-Word fuq ic-cavetta (li eventwalment nispera jigi ppubblikat bhala ktieb) xi gimghat qabel. Barra minn hekk minflok is-soltu muzika esperimentali tipo 'agatha barbara tmeclaq il-bigilla fuq sample ta' drum tal-hadid' ([c] Mario) spiccajt fid-dinja gentili ta' Juana Molina, imbaghad fid-dinja skonoxxuta tal-pop franciz nisma' lill-Bénabar u lill-Sanseverino.

Kultura differenti minn ta' bxl - mhux tort taghhom li huma tant borgizi li f'post bhal Strasburgu ma ssibx alimentation générale wiehed li hu wiehed (xi Auchan enormi f'xi subborg issib zgur imma - biex ikunu poplu li joboghdu l-amerikani ghandhom hafna in komuni maghhom) bit-telefons u l-internet illegali biex naqra xi bloggs fuq wara tal-hanut. Le. Strasburgu Andersenjan bhala post - m'hemmx postijiet li jistghu jkunu Sarajevo bhall m'hemm fi Brussell, m'hemmx sireni tal-pulizija l-hin kollhu barra, m'hemmx tallaba, tezisti hbiberija interrazzjali. Il-belt hi iktar boring ukoll - m'hemmx skwotts iservu ta' cinema, m'hemmx venues ta' muzika sperimentali, m'hemmx hwienet ta' muzika u films strambi, m'hemmx triq kollha hwienet ta' kotba uzati, m'hemmx restaurants (jew nies!) minn kull parti tad-dinja lanqas. Forsi ghax Brussell huwa ferm ikbar imma ma nahsibx li ghalhekk biss.

Biss sfortunatament xorta ghadhom nies ludikri fil-formalita zejda taghhom u l-istazzjonijiet tat-TV taghhom donnhom maghmula ghal xi hadd li ghandu IQ ta' wirdiena dislessika li dejjem irrifjutat tmur l-iskola u li, hekk jew hekk, m'ghandhiex aptit tara xi haga "heavy" (ie, dicenti) fuq it-teevee. Grazzi mulej talli tajtni l-Arte (stazzjon franciz - imma b'zampino tedesco evidenti hafna), La Deux (li jafu l-valur li taghmel is-sottotitoli minflok tiddabbja kollox bil-Franciz - din x'inhi li jridu jiddabbjaw kollox il-Francizi? ma jafux jaqraw bil-Franciz jew?), TV Brussel, Canvas u, fuq kollox, l-istazzjonijiet olandizi. Imma tfal sew jahasra dawn il-gallici.


Il-klassi post-haddiema vs. l-immigranti

Hemm hi l-post-working class. Il-messagier ix-xoghol fi Strasburgu jismu Gérard u jghix hajja ta' papa. Il-bierah harist naqra lejh sakemm kien qed jaqra xi gazzetta regjonali, jiekol hobza enormi bil-perzut tal-koxxa u jixrob Kronenbourg waqt il-hin tax-xoghol. Nahseb servewh dawk il-gazzetti u dik il-panina ghax dejjem fl-istess poza ili narah dawn l-ahhar sentejn. Dik hi l-klassi haddiema kontemporanja... m'hemmx bzonn nahdmu iktar mela. Fadal xi nies - hlief l-immigranti li dejjem tara jahslu l-istazzjonijiet tal-metro, ihadmu l-magni fil-fabbriki u jahdmu in generali - working-class li ghadhom veru jahdmu fl-Ewropa ta' fuq? Qisha xi klassi gdida din ta' Gérard - maqbuda bejn l-immigranti li qed jaghmlu x-xoghol vera working class u l-klassi medja. Il-pensjoni qisha giet qabel ghalihom. Min minnhom baqa' working class meta bdew jitfaccaw l-immigranti baqa' fil-pozizzjoni tieghu, bil-paga li kellu qabel imma minghajr xoghol (cioe work/strapazz mhux impjieg). Tridx tivvota Front National biex tkeccihom ukoll issa? Hawn.. imma ticcewwicx, stenna sal-penzjoni qabel ma tivvotalu lil Jean Marie...

Povra l-klassi medja - l-iktar klassi malfamata li hawn. Mhux talli taqla' miz-zewg klassijiet, talli ghandha tant dubji dwara nnifisha li ssir masokista u tissawwat meta hi l-unika klassi li dejjem hadmet fil-verita' u qalghet fuq wicca talli hadmet. Kollha ghira min-naha tieghi veru imma iebes ma tghirx meta int qed taghmel sad-9 ta' bil-lejl biex tlahhaq u hu l-uniku xoghol iebes li ghandu hu jomghod il-hobz u ghal (b'differenzi minimi) l-istess salarju tieghu... imma ma rridx insir tipiku ghajjur malti ciniku... iekol siehbi, iekol - u ara tixraq...


Welkamm bakk tu Sarajevo

Nigi lura hawn u nsib strajk generali. Nahseb it-tielet wiehed din is-sena. Something is rotten in the state of Belgium.


Ktieb iehor

Apparti mill-ktieb ta' Delerm, nikkunsiljalkom ktieb ta' Paul Morley jismu Words and Music li jirnexxielu jghaqqad il-muzika ta' Alvin Lucier ghal dik ta' Kylie Minogue b'humour, intelligenza u lucidita'. Ktieb li tiehu pjacir taqra anke jekk ma jimpurtak xejn dwar il-muzika.


Dames en heren, aandacht a.u.b.! Deze trein stopt niet in Rotterdam-Centraal!

Ghada mhux sejjer niffanga f'naqra Pinda Soep, Alu Tarkari u xi naqra Nasi Goreng f'Rotterdam kif ippjanat. Hip-hip hooray gastronomika kbira ghall-eks kolonji Olandizi, imma Anita marida u mhux sejrin. Forsi noqghod nibbloggja tghid? Hmmm...

diumenge, d’octubre 16, 2005

haga ohra dwar dawn l-imberkin immigranti...

Image hosted by Photobucket.com

kopja "kif suppost": klikkinu klikkaru

Din kienet l-ispirazzjoni ta' min pinga din l-istampa (jien kemm baghbastha naqra fil-Paint):

News flash: immigrants aren't taking anything from Americans. Companies like WalMart are giving jobs to them illegally. If WalMart paid a company to hire immigrants to do the job over Americans then there's probably a good reason for it. I'm sick and tired of lazy gluttonous Americans bitching about immigrants "taking" our jobs. It's not like they can literally come to America, ambush us in the parking lot and take our jobs.

hmm. mhux li naqbel mieghu ghal kollox imma ghandu zewg punti tajbin taht dik il-veneer ta' kitba kontemporanja amerikana tieghu.


[iva, iva, naf li "xogholu" (xoghlu fil-fatt) spellejtha hazin... x'taghmel eh?]

dijous, d’octubre 13, 2005

ara gejja l-mewt ghalik...

silta mill-ktieb tal-farizej lill-ispijuni

huti, illum ghaddejt il-brejk nitniehed fl-ufficcju tieghi niekol il-hobza tieghi bil-mod, harist 'il fuq lejn it-tubi tan-neon imbaghad dort u harist minn got-tieqa tac-cella kif ghamel kulhadd biex jara balla nar tinzel fic-centru minghajr ma tmiss xejn, u tickien u tisparixxi f'daqqa. kulhadd mistaghgeb u t-telefons ta' l-amminstrazzjoni u t-tifi tan-nar stazzjonati passtejn minn hawn ma jiqfux idoqqu.


nies medjevali jilghabu l-petank max-xitan

imma dahlet nitfa nar zghira mit tieqa tieghi (ftahtilha ha tidhol miskina ghax daqt tibda x-xita) u bhalissa qed iddur il-kuruturi ha tara min hu l-iktar liba mill-armata ta' opportunisti bl-ingravata lesti ixejru l-karta tas-salarju jew ifakkru li huma hbieb sew tal-president lill-armata zghira l-ohra ta' opportunisti ta' hamsa u ghoxrin sena u taht. Xejn hazin fl-opportunizmu, jekk m'inix dilettant jien ma jfissirx haddiehor ma jistax ikun, imma ma rridhiex tibqa' ddur hafna ghax issir cinika u hadra kif sirt jien.

forsi ghax tarani ftit down, kif ili dawn l-ahhar gimghat, u biex tferrahni tnaqqax il-kliem "freiheit macht arbeit" mal-hajt ta' l-ufficcju kif kont rajt f'xi gallery fi Vienna jew fi skwott f'Amsterdam. vera frazi li ttik pjacir dik. kienet taf. bhali din... taf xi jridu jisimghu u jaraw in-nies u hekk ittihom.


kamra bhall-ohra, le?

u nimxi warajha, nohorgu mil-ufficini grizi u mmorru fil-park - tieqaf u tigi tigri hdejn il-badge tax-xoghol imdendla m'ghonqi bhal speci ta' x'jien naghmel biha? narmi l-badge tax-xoghol f'roqgha ilma tax-xita imtajjan fil-park, u mieghu narmi kull hsieb li qatt nerga' mmur ghal xoghol li sfortunatament dan l-ahhar sar l-iktar xoghol tad-dwejjaq u kompletament bla sens li kelli f'hajti. Twassalni sal-waqfa tal-59, nirkbu flimkien (ninsisti mad-driver li hi pet allura m'hemmx bzonn biljett - m'ghandux aptit jikkwistinja allura kull ma jaghmel ixengel rasu, ma jghid xejn u jibqa' jsuq kemmxejn inkazzat) li tohodni d-dar. Bhalissa qed tiehu banju - ma nafx kif ghax minghalijja n-nar ma tantx ghandu xi relazzjoni tajba hafna ma' l-ilma - imma appartentement mhux hekk il-haga, tikber u titghallem kif jghidu.

jekk tridu thallulha messagg ghalissa ma tistghux ghax ghadni ma ghallimthiex kif tuza t-telefon u qed nispera li ser ixxengel rasha meta nistaqsiha jekk tridx li nghallimha tuzah, ha tkun bhali f'kollox.

billi hi nar tajjeb diga laqqamtha bonfire. jixraqilha fil-fatt.

"irrid nerga mmur ix-xoghol issa. narak wara li nigi lura (forsi)"

divendres, d’octubre 07, 2005

Tips for the foreign gentleman visiting Mowtah, the sacred island of Melita



Ahna ta' barra ghad nigu lura. U imbaghad inkunu qisna l-ikbar purcinelli ghaliex hadd ma jkun irid jismaghna... ghax dik it-tarka li tant wissewna biha minn zmien l-indhil barrani u n-nazzjonalizmu mintoffjan ingorruha ahna ukoll. Iva dik it-tarka li tghidlek... dan ghex barra... issa xejn ma ghogbu hawn.

U int tahseb li l-ewwel iswed li hareg mill-villagg u meta gie lura u spjegahlom dwar it-toilet paper ma inkesiex hara u hallewh fil-loki komuni ghal jumejn?

(Gwakkin Zammit)


Biex inkompli ma' tal-bierah u l-ammont ta' kummenti li kien hemm (nofshom tieghi u ta' Erezija) ha nghidilkom xi haga, minghajr kantunieri, dwar kif inhi l-hajja ta' Malti ta' barra meta jiftah halqu f'pajjizu stess...


How the respectful gentleman should comport himself publicwise and in conversation

Meta nkun Malta irrid noqghod b'mod mhux naturali ghall-ahhar inqis kull kelma li nghid u kif ser teffettwa lill dak li jkun qisni qieghed inkellem lit-tfal. Ifakkruk il-hin kollhu anke jekk ma tghid xejn dwar il-Belgju li issa tlaqt u b'hekk inqas kwalifikat titkellem (halliha li ghamilt zewg decenji u nofs nghix hemm u ghandi l-istess passaport u nitkellem l-istess lingwa - imma dawk ma jimpurtax dawk). Id-death knell ta' kwalunkwa konverzazzjoni hi "heqq. le - ma nahsibx is-sistema tajba. Il-Belgju implimentaw sistemi gdida li....". Hawn iwaqfuk - bi tbissima, jitkerhu, f'dahqa jew f'forma ta' canfira dejjem tasal - "ghax issa mar il-Belgju hu", "mela minghalik qieghed il-Belgju" jew "int ghax sejjer 'l hemm gimgha ohra - x'jimpurtak". Ir-risposta tkun emotiva bhal risposta ghal tghajjira - hu qallek "bahnan" u int ghedtlu "ghoxx". Ma jimpurtax x'inhu s-suggett. Dejjem risposta emotiva (u intelletwalment immatura ghall-ahhar) tiehu. Ma jghidulekx - heqq imma allura jekk jaghmlu XX, ma jkollhomx problemi b'YY. Is-suggett qatt ma jmissuh, ghax qed jghajjarna dan il-barrani mhux qed jispjega kuncett jew jaghmel suggeriment - qed JGHAJJAR! Ghax dak hekk biss jaf jaghmel... ha joqghod jghidilna kif ghandna nghixu dan il-barrani x'kull wahda. Ghax ma jmurx lura mnejn gie u jaghmlilna pjacir ilkoll?

B'hekk ma nhosnix traditur. Fil-fatt insiba iebsa hafna inkun patrijott ghax essenzjalment Malta kont persona non grata. Issa li ghext barra jien iktar non grata mhux inqas. U biex inqerr maghkom ghandi dubji kemm nerga immur lura nghix Malta ghax nimmagina insiba iebsa nintegra lura (kemm kellhu ragun Max L. Fly meta qal "the Maltese hate returned migrants even more than they hate illegal ones"). Forsi iva, forsi le. Imma dak jien - ir-relazzjoni tieghi ma' Malta issa hi ahjar minn meta kont nghix hemm. U haga ohra - wara kollox ghandi hajti - il-"glieda" tieghi hi wahda kulturali - inhallas it-taxxi biex haddiehor jara li tal-linja jigi fil-hin, li min qed jaghmel it-toroq jibnihom kif suppost, min jaghmel certu kummenti razzisti f'meeting pubbliku jigi arrestat jew immultat. U bil-problemi kollha tal-Belgju dawn l-affarijiet generalment isiru.

Tajtu wisq il-pajjiz, biss li tajtu kien dejjem unsolicited - hadd ma talabni. U zgur wisq inqas hadd mhux ser jitlobni issa. U meta tahseb li l-hin li hlejt stajt tahlih tikteb xi naqra ta' novella, jew torganizza screening ta' films sperimentali jew torganizza xi concert tinduna kemm hlejt hin fuq pajjiz li mhux talli ma jirringrazzjakx talli jivvilifikak ta' dak li ghamilt tinduna kemm kont bahnan.


Mistoqsija

Issa - ser tibqa hemm patrijott... u x'ser jigri? Ha ntikhom ezempju ckejken... jien dilettant tat-trasport pubbliku. Malta kont ktibt 4 emails u bghatt ittra u saqsejt dwar ghalfejn m'hemmx orarji ma' kull waqfa tax-xarabank kif hemm kwalunkwe post iehor u min suppost jimplimentahom. Xejn. L-ebda risposta. Hawnhekk irrapurtajt bosta affarijiet. Kemm ili hawn (Anita ticcajta li meta jircievu xi haga min ghandi tixghel bozza hamra) diga bgatt 9 emails lill-De Lijn u l-iSTIB. Hadu azzjoni fuq 7 minnhom, it-tnejn l-ohra spjegawli li hemm dispute ma' l-iSTIB dwar min ghandu jopera l-linja... tawni d-data sa meta trid tissolva l-problema u fil-fatt kienet solvuta (jumejn tard imma insomma). Is-sistema tahdem.

Ahsbuha naqra u ghiduli l-verita'... billi tibqa' hemm, hemm xi hadd irid jisma' l-opinjoniet taghkom hlief bloggeja ohra u hbiebkom tal-klikka ta' nies simili liberali? Issa billi tibqa hemm? Xiex? X'ser jigri? X'impatt reali ghandkom - u n-nies li ser teffettwa jekk ser, per ezempju, torganizza xi screening ta' film li jmiss it-temi ta' immigrazzjoni irregolari huma l-converted few. Tghid mhux ser tara lill-Lowell u l-Beattie fl-ewwel ringiela. Jekk iddawar il-mistoqsija fuqhi (kif dejjem jigri ghax, ojj, jien il-barrani b'hekk il-mistoqsijiet isiru lili mhux vice-versa) : Tghidli x'impatt ghandek int li tlaqt - xejn... imma pretensjonijiet li l-ezistenza tieghi innifisha b'xi mod ser twaqqaf ir-razzismu u l-ksenofobija rampanti f'mohh il-Maltin m'ghandix lanqas. Dak hu aspett ta' pajjizna tal-wahx, imma li trid taccettah. Dak hu. Ghalxejn tghid li mhux hekk - il-pajjiz ghandu nuqqas ta' edukazzjoni kbira, ma tistax tistennih jahseb b'mod razzjonali u intelligenti meta dejjem haseb bl-emotivita u bil-ponn.


U fil-fatt...

Dik kienet l-idea li titlaq - biex tara x'hemm barra u l-mod ta' kif in-nies mhux biss igergru dwar l-affarijiet imma jistennewhom bi dritt - haga li mhux dejjem naghmlu hawn. Ha tigi rinfreskat, bl-ideat u bir-rieda - ghax Malta tixroblok li ghandek wara zmien qasir. Jew jekk ser tibqa hemm almenu tkun tista' tibni hajtek kif tixtieqa int, le?

Halli titilqu u tergghu tmorru lura u taraw. Imma jekk ammont mdaqqas jitlaq u jmur lura umbaghad 'huma' jkollhom jaraw - nigu lura mhux b'emotivita u l-ponn imma b'razzjonalismu u hsieb ta' kif ser inbiddlu l-affarijiet u niehdu dak li hu taghna bi dritt. Soluzzjoni pjuttost utopjana u 'last resort' - imma hemm wasalna le? Ghiduli b'pajjiz iehor b'dimostrazzjoni mdaqqsa essenzjalment neo-nazzista fi triq principali f'belt Ewropea li ma gietx imwaqqfa anzi protetta mill-pulizija...

Forsi certi Maltin ta' barra huma arroganti, imma mqabbla ma certi Maltin ta' Malta lanqas jibdew. Jista' jkun li kif certu Maltin ta' Malta jhobbu jahsbu li l-Maltin ta' barra ihobbu jkabbru l-affarijiet iktar milli huma (forsi veru wkoll), certu (ejja ma nilghabux bid-diplomazzija - il-parti l-kbira milli rajt jien) l-Maltin ta' Malta jhobbu jkabbru l-arroganza prezunta tal-Maltin ta' barra halli jhossuhom tajjeb. Ghalfejn qed jghidu hekk dawn il-Maltin ta' barra? Telqu hejj! Dawk ghax arroganti. Dawk ghax keshin. Heqq, hemm xi problemi imma pjuttost kollox miexi sew, kemm ghandhom paroli fil-vojt. Dawk ghax arroganti. Dawk ghax keshin. Heqq hemm xi problemi imma pjuttost kollox miexi sew, kemm ghandhom paroli fil-vojt. Dawk ghax arroganti. Dawk ghax keshin. Heqq, hemm xi problemi imma pjuttost kollox miexi sew kemm ghandhom paroli fil-vojt. Dawk ghax arroganti. Dawk gha....


Adieu

Min ser jibqgha missu jibqa' Malta ghax jiehu pjacir jghix hemm, ghax jiehu pjacir iqum filghodu f'dak il-pajjiz u ghax hemm jista' jaghmel xi haga b'hajtu u mhux minhabba xi obbligazzjoni imaginarja patrijotta. Zwieg ta' obbligu u mhux ta' mhabba rari jahdem. Min ser jitlaq - ironikament tistghu tiehdu hudu spunt mill-parti l-kbira ta' l-immigrant irregolari f'Malta li bhalissa qed jistudjaw kif ser jaslu Frankfurt, Milan u Parigi (u forsi anke Brussell u l-Lussemburgu). Jekk tibqghux hemm jew titilqux f'idejkom mhux f'idejn l-ghazliet li haddiehor ghamel ghalikom bil-movimenti u l-ideat imposti tieghu - imma ghamlu xi haga b'hajjitkom. Ir-retorika patrijotta u l-ferneziji nazzjonalisti halluhom ghal min ihobb ixejjer il-bnadar...

dimecres, d’octubre 05, 2005

u oqghodu naqra

L-aqwa li ghandna l-george cross hi!

Ehe.

Jghidu li mhux razzisti imma issa jitfaccaw in-nazzjonalisti mija mija jghajtu Malta l-ewwel u qabel kollox. Veru nazzjonalisti? Veru Malta l-ewwel u qabel kollox? Mela fejn kienu meta l-Maltin kienu qed jahxu lill-Malta, fejn kienu meta konna qed nirrovinaw il-xulxin fin-negozju u nfottu lill-hutna Maltin kemm nifilhu, fejn kienu meta konna qed nitnejku bil-lingwa nazzjonali taghna minflok nghozzuha, fejn kienu meta kien hemm minn qed jirrovina (u irnexxielu jirrovina) il-kampanja u l-ambjent ta' pajjizna?

Igibughlek demgha f'ghajnejk jahasra dawn ir-rinkarnazzjonijiet ta' Vassalli u Dun Karm. Issa orrajt - issa spiccaw ifottu lill-xulxin u jarmu il-laned ta' materjal tossici industrijali f'nofs il-kampanja [x'jimpurtani minn pajjizi u l-hsara li qieghed naghmillu] issa (gharaft xi niex li kienu fid-dimostrazzjoni...). Issa kulhadd martiru ghall-patrija bil-bandiera f'idu.

Issa la nehilsu mill-immigrant irregolari kollox ikun sew bhal ma kien qabel, ghax - ojj - konna sew qabel ta' - kollox kien miexi sew. Mhux dawn il-qatta xadini irrovinaw l-ekonomija, mhux dawn irrovinaw is-sistema politika maltija, mhux dawn hadulna x-xoghol kollhu... ara naqra x'ghamlu hawn ta' ja qatta mahmugin Afrikani li huma!

Purcinelli.


It-tarka tal-haddiem (jew il-frosta tal-lumpenproletariat)

Il-PS hawn huma kkreditati mir-razzisti li rrovinaw il-Belgju. Kienu ghenu l-immigranti u ghenu hafna li talbu l-azil. It-tarka tal-haddiem taghna hlief ixxewwex kontrihom u toqghod tigri f'Isuzu Gemini wara l-qhab mill-Kongo ghall-6 gimghat jew iktar ma' taghmilx, u l-iehor jghid li juza l-konvenzjoni ta' Ginevra biss jekk jispiccalu l-iScottex.

Ghalfejn jien pjuttost apolitiku f'kwistjonijiet lokali ta' Malta? Ghax m'hemmx politika f'Malta. L-uniku partit li jingabar naqra huma l-hodor... iva ghandom hafna problemi l-hodor imma almenu f'menu daqshekk fjakk huma l-uniku haga b'naqra sugu...


Kam end help ass Juropijins hi!

Sabih kieku l-Ewropa wara li ila tbabas u tobrom mill-kontinent Afrikan ittina daqqa t'id f'problema li hi tahti fiha wkoll. S'issa l-unika pajjiz li ghena kienet l-Olanda. Sabih imma probabbli mhux ser issir il-haga. Imma rridu nibqghu nipprovaw ghax dik hi l-unika soluzzjoni. Ma nafx bl-ebda problema li ssolviet b'hafna tixjir ta' bnadar - imma way out hafifa eh?


'nammo.. last one out ma jinsiex jitfi d-dawl...

Nerga naghmel appell iehor: fadal xi hadd b'naqra sens fuq il-blata? Niddubita - min telaq u min qed jippakkja... min ghadu ma telaqx - itilqu. M'hemmx ghalfejn tibqa hemm. Malta hekk kif inhi llum hu pajjiz biex tfarrak u terga tibni, hekk kif inhi l-Eritrea u s-Somalja (billi l-aqwa mhuh harbu 'l hemm - ftit minnhom f'Malta). Jekk jitilqu dawk li ghad fadallhom iktar minn tlett celluli f'mohhom dawk in-nies l-ohra li jhallu warajhom jiehdu hsieb ifarku l-pajjiz tinkwetawx. Xi zmien wara, kif gieli ghedt, jibdew imorru lura n-nies jingabru biex jaghmlu biex dik il-mizbla igibuha pajjiz. Anzi, kif qal sew id-D, Malta missa tiftah ghall tlett xhur biss fis-sena - nehilsu mill-problemi, mill-qrid u ngawdu l-hajja band'ohra.

Itilqu minn hemm qabel ma ssiru kretini jew inkella toqtlilkom l-ahhar tlett celloli l-apatija.

Il-pajjiz li tlaqt jien mhux l-istess wiehed li hu llum. Meta tlaqt kien pajjiz tan-nejk, issa sar pajjiz taz-zobb.

Via!