divendres, de setembre 30, 2005

maaa, ara hadli l-gobooooon*

L-ikoni tal-Windows tieghi huma ikoni tal-gobon. Nghaddi hafna mill-hin digestif tieghi niekol il-prunji biex nikkumbatti l-kostipazzjoni kronika minhabba d-dhul bla razan ta' prodotti gejjin mill-baqar, bdabad, jeni u kwalunkwe annimal li minnu tohrog qatra halib. Meta naqra xi haga li fiha naqra gobon anke jekk tkun "Zozzerie à la merde (avec 1mg du fromage schifos)" ninsa l-qbija tal-menu u nordnaha. Fi kliem ohra jien addict.

Li ghandu tajjeb ukoll il-gobon mhux biss hu l-aqwa ikel fid-dinja imma komparattivament irhis (fiz-zmien meta kont naqla minimum wage Malta xorta kont naffordja nixtri naqra gobon tajjeb minghand l-isqallin is-Suq tal-Belt jew it-Tower ta' Tas-Sliema - veru hemm anke gobon li jiswa EUR 250 kull kilo imma taf tehles bicca gobon tajba u mdaqqsa b'inqas minn Lm1.50). Barra minn hekk tista' tixtrihom mis-supermerkati mhux mil-hwienet specjalizzati. Iva, iva globalizazzjoni, ecc... imma jkolli nammetti li ghalkemm gieli ikolli aptit immur hwienet zghar, l-anonimita' tas-supermerkati l-kbar (les hypermarchés jew il grandes surfaces kif jghidulhom hawn) nippreferiha. Gieli f'dawn il-hwienet iz-zghar tinserta xi hadd arroganti li jaf kemm jifhem fis-suggett tieghu u li donnu hu l-personifikazzjoni ta' dan l-istrixxiklu. F'supermerkat tista' tidneb u tizbalja kemm trid u tixtri gobon ma jghogbokx biex tippruvah minghajr ebda gudizzju. Hi l-istess raguni ghalfejn nippreferi niekol ikel li nixtri mir-ristoranti d-dar. Hekk nista' naghmel hafna dnub tipo nitfa l-parmigjan fuq l-ispaghetti bil-frott tal-bahar jew niehu l-gelat qabel l-ikel, jew niehu landa diet coke mal-Foie Gras fil-milied.



Imma, witowtferderadu, din hi t-top 5 tieghi tal-gobon... zidu taghkom fis-sezzjoni tal-kummenti jekk tridu...

Petite Buche (FR)

Buche hi "log" bil-Franciz. Fost il-vantaggi tieghu - tajjeb hafna u dan gobon hafif hafna ssibu, fil-fatt hemm xi kumpanija kbira taghmel verzjoni tieghu u lanqas jiswa 80c maltin u xorta eccellenti. Il-gilda tal-gobon hi simili tal-camembert (gobon li jdejjaqni) imma gewwa eccellenti. Gobon tal-halib tal-gidi.


Taleggio (IT)

Gobon mill-Piemonte jew il-Lombardia generalment - imdewweb fuq bicca hobs niexfa mixwija u 20 sekonda fil-majrkowejv. L-ewwel darba li kiltu konna morna nieklu ghall-birthday ta' Anita u hallast pju o menu x'kienu ihallsu l-gvernaturi fewdali ghall-istati kollha ta' Italja kollha kemm huma. Eventwalment sibt tnejn minn nies li ghandom.. (ghal min qieghed Brussell dan jista' jinxtara mill-Marché du Midi [hemm vann bil-bandiera ta' sqallija - it-tlett saqajn bla gisem biex niftehmu] jew mis-suq fuq il-Parvis de St-Gilles). Attenti ghax jintent ghax l-intiena tieghu, tipo katavru li ilu mejjet xi xahrejn, hi leggendarja!


Fromage de Bruxelles / Brusselse Kaas (BE)

Isem generiku ghal gobon li mhux generiku. Jekk Brussell hi l-belt kapitali tas-surrealismu, dan il-gobon il-"mascot" tieghu bir-ragun - dan il-gobon ghandu hajja ghalih. Xtrajtu f'Evere u tlajt fuq ix-xarabank u nittintha kompletament. Hallejtu gurnata fil-frigg u l-ghada x-xaham tal-gobon mhux talli hareg mill-gobon, talli ddecieda johrog mill-frigg, jiehu birra u jmur sal-laptop tieghi jintefa jilghab Sim City u jfittex il-porno.

Il-frazi "acquired taste" donna giet mahluqa ghal dan il-gobon tal-baqar (mielah hafna)

B'naqra ikel surreali belgjan iehor (fosthom zalzett tac-cikkulata... pork & choc... le mhux qed nitnejjek) huwa kompletament addictive (ovvjament l-acidita' li jqabbedlek fl-istonku lanqas 30 multa ghax ipparkjajt fuq il-bankina ma jqabduhilek). Inkredibilment iebes issibu.



Il-Gbejniet ta' l-Ilma (friski)/Il-Gbejniet tal-Bzar (MT.. anzi, GZ)

Fost l-affarijiet l-ohra li jien kburi li jien Malti (cioe' l-ahwa Collinson u l-cake inkredibilment tajjeb li tixtrih b'50c minn forn f'Hal Qormi) hawn dan il-gobon li nhobb imhabba kbira. Gieli inraqdu mieghi u nohlom holm helu li qedghin nigru ferhanin flimkien fuq il-plajja ta' Marsalforn qisna zewg boloh u nilghabu loghob helu hdejn il-bahar - umbaghad nieklu.

Hemm wiehed xih Ghawdxi jaghmilhom u jigi ibiehom bil-barmil il-Belt. Jghidu li biex tara l-kwalita' ta' dan il-gobon issabata mal-hajt u tara tehilx jew le. Jghidu wkoll hafna kazzati ohra allura bir-ragun qedghin frankuni. Insomma l-mohh intraprendenti Malti tieghi ilu jahseb ghal hafna zmien kif ser jimporta dan il-gobon fl-Ewropa, biss dik il-parti ta' mohhi tan-nanniet Greci-Catalani titfaghni lura u ma thallinix nibqa nahseb ghax tfakkarni li hawn il-Feta ta' Piraeus u l-Costa Negra li li ghadom l-istess texture tal-gbejniet, ghalkemm it-toghma mhux ezatt l-istess.


Ricotta salata (IT)

Dan il-gobon Sqalli forsi mhux wiehed mill-aqwa gobna Taljani li jezistu - u l-uniku gobon iebes f'din il-lista - imma ghandi hafna memorji sbieh tieghu. Kien ukoll wiehed mill-iktar gobnijiet (x'jigi il-plural ta' gobon?!) li kien hafif issib Malta. Kienet Anita li introducietni ghalih waqt festin, bdejna nitkellmu u rajt li kellna hafna in komuni, fil-konversazzjoni dahal ukoll certu Turkey Breast u gieli anke Lays u forsi xi wiehed Ingliz jismu Boddingtons jew Chardonnay il-Kalifornjan. Jien u Anita konna nghaddu mumenti magici f'Qui-Si-Sana jew il-gnien tal-Milorda bejn il-Belt u l-Furjana ma' dawn il-hbieb taghna u fil-kumpanija ta' hbieb ohra fosthom id-discman, il-kotba u affarijiet ohra li mhux f'waqthom nispjega hawn.


Gobon li jdejjaqli l-bajd:
  • Il-Gruyere (aka Gobon tat-Toqba) - U ejja...
  • Cheddar - bland... ghalfejn hu daqshekk popolari Malta? Ghax jiekluh l-Inglizi? Mhux partikolarment irhis lanqas.
  • Caprice des Dieux - x'ghandu tajjeb? diga' l-Camembert mhux xi gobon tajjeb hafna, biex taghmel kopja tal-Camembert umbaghad..?!

LINKS: Artiklu tajjeb fuq l-encarta dwar il-gobon, kif taghmel il-gobon id-dar, kif tipprepara set ta' gobon


* kwotazzjoni ta' Norman Lowell ovvjament (qedgha f'nofs l-MP3)..

dimarts, de setembre 20, 2005

il-miami ta' l-afrika

Darba ktibt dwar il-muzika u l-kitba ta' l-Eritrea u ta' l-Etjopja u dan l-ahhar qed ninteressa ruhi fl-arkitettura tal-post. Biss iebes tghid li hi "arkitettura Eritrejana" billi bnewha t-Taljani - imma wiehed jista' jargumenta li l-post kien ihallilhom il-liberta' li jibnu b'dak il-mod, liberta' li ma kienx ser ikollhom l-Italja u li lanqas id-Duce ma seta' jaqbad jibni u jhawwad kif idurlu l-bubu' . Halliha li bena l-E.U.R. imma dik storja ohra...

Bordering the Red Sea, Asmara — the capital of the small east African country of Eritrea — is one of the most important and exciting architectural 'discoveries' of recent years.

Built almost entirely by Italians in the 1930s, the city has one of highest concentrations of Modernist architecture anywhere in the world. It has even been described as "the Miami of Africa."

Desperate to build quickly, the colonial government of that time allowed radical architectural experimentation that would not have found favor in the more conservative European environment.

Therefore, Asmara became the world's prime building ground for architectural innovation during the Modernist Movement. This important architectural legacy has escaped the destruction wrought by war and the exploitation of land that, elsewhere, has occurred in peacetime.

Now that the city is open to the world — following Eritrea's declaration of independence from Ethiopia in 1991 — there has been a growing awareness of its architectural richness and significance.

Sors: The Globalist
Iktar ritratti: IPON (Asmara), asmera.nl

Ironija kattiva - forsi ghax jien Ewropew u alla jaf x'nahseb li jien imma kont sorpriz hafna li tal-linja huma vejikoli Mercedes-Benz, cioe' ahjar minn taghna, u li hemm ristoranti Cinizi u Taljani wkoll. Jidhirli Pasolini kien ghamel film qasir dwar il-post - jew qed inhawwad?



Tlaqna sa Asmara jew?

dimecres, de setembre 14, 2005

belle, belle e brave

Omagg zghir lill-ahwa identici Collinson
data u post tat-twelid: 22 ta' Lulju 1952, Sliema, Malta



Tnejn mill-ftit (ftit, ftit) persuni li jgeghluni inkun kburi li jien Malti.



Min kienu? Fejn qed jghixu bhalissa? X'sar minnhom?
Nixtieq niltaqgha maghhom...

-

Kumbinazzjoni qieghed nara Removed ta' Naomi Uman bhalissa. Film sperimentali mahdum billi tnehhew l-istampi ta' nisa bit-tipp-ex u l-bleach minn fuq films porno tas-snin 70. Wisq probabbli xi kumment femminista, imma iebes tigi konvint dwar xi hsieb socjo-politiku meta ghandek l-isbuhija ta' dawk l-istampi qodma waqt li ghandek l-ahwa Collinson f'mohhok...



hajr: xemx, forum

diumenge, de setembre 11, 2005

anon.

L-anonimità

Sharon qed titkellem dwar l-anonimità...

Ma nafx x'inhi l-istorja li qed titkellem fuqha u mhux ser nidhol fiha - izda, iva, nahseb MaltaGirl kienet l-ewwel li bdiet tbabas fil-podcasting u x'naf jien u nahseb tkun kuntenta tisma li lehinha instema fis-salott ta' koppja Maltija fi Schaerbeek, Brussell hiereg minn go iBook. Biss naqbel ma min jitfa wahda tniggez xi minn daqqiet - bhal ma' ghamel ic-chap meta tkellem (b'mod xi ftit condescending u arroganti) dwar dawk li jparlaw dwar l-ezistenzjalismu taghhom (jien ukoll nimmagina), jew Manwel meta tkellem fuq l-elit normali, jew...

Ikollok bzonn daqqa ta' lampuka f'wiccek biex iggibek f'postok xi minn daqqiet. Ejja, mur ahsel wiccek bis-sapun ghax ghandek riha ta' hut taqsam.

Da capo.


L-anonimu

Jien nghozza hafna l-anonimità wkoll u nixtieq inzomma. Min jafni nippreferi li ma jxandarx ismi (ghalkemm mhux iebes tasal ghalih), x'naghmel u x'ma naghmilx, ecc ecc.

Grazzi.


L-anonimazzjonarjismu

Gieli qrajtuh l-Onion? Jaf ikun tajjeb u incisiv kif jaf ikun catt u bla sens. Billi qedghin nitkellmu dwar l-anonimat, dan l-artiklu sibtu jmur...

dimarts, de setembre 06, 2005

requiem

Nahseb hafna minnkom digà semghu l-ahbar.

Requiem ghall-post li zgur ma kienx perfett imma kellu hafna punti tajbin u almenu kien naqra ahjar minn hafna bars ohra f'Paceville.

M'hemmx x'taghmel - raguni ohra biex ma mmurx lura (partikolarment ma mmurx Paceville), jew raguni ohra biex ingemma' ftit iktar u mmur niftah xi haga jien f'mument ta' delirju u aptit ta' suwicidju kummercjali... jiddependi kif taraha.

diumenge, de setembre 04, 2005

bartleby, lo scrivano

Hemm min, u nahseb hawn jaqbel il-karattru skrivan fi ktieb ta' Fernando Pessoa, twieled biex ikun employé administratif, li f'dan it-test ser nuza l-kelma "skrivan" biex niddeskrivih. Jien nahseb wiehed minn dawk. Ix-xoghol tieghi, kif tistghu timmaginaw, mhux xi wiehed jentuzjasmani wisq imma lanqas idejjaqni hafna. Mhux biex niftahar imma jien pjuttost tajjeb fih. Snin ta' esperjenza, minn meta kont semplici skrivan ghall-meta ilhaqt l-everest tal-karriera tieghi u sirt purchasing manager (hah!), ghallmuni li trid tkun efficjenti u attent fuq ix-xoghol biex mohhok ma jigix disturbat iktar tard meta tkun qed tahseb fuq id-dizinn ta' qoxra ta' CD jew dwar jekk hux ahjar tissellef camera tas-super8 (idea hazina ghax trid thallas kemm ghandha dejn Malta seba' darbiet biex tixtri naqra film dan l-ahhar, grazzi ghall-Kodak) jew miniDV?



Twelidt f'familja li donnha maghmula biex twelled l-iskrivana jew l-egzekutivz: in-nannu kien machine operator f'fabbrika u wara sar negozjant, in-nannu l-iehor kaxxier f'supermarket, missieri jahdem mac-civil, ommi kap ta' skola. Kollha estremament iddedikati ghal xogholhom (iva - qed nevita l-kelma workaholics). Kulhadd saqajh ma' l-art u hadd minnhom qatt ma tela' fuq palk jew qabad pinzel b'idejh. Barra minn hekk kont nghaddi hafna hin fl-ufficini meta kont zghir (ma' missieri) allura l-ambjent ta' l-ufficini, partikolarment dawk tal-gvern, id-dinja ta' l-ufficini, ic-cajt bazwi tal-kollegi, it-timbri li jghidu "RECEIVED ON [date]" u fornituri ta' l-ufficcju bil-marka "G.M." fuqhom huma parti ta' l-infanzja tieghi daqs Galaxy Express 999 jew il-Family Computer/Micro Genius.

Nghir ghal nies bhal siehbi Floris, zghir u entuzjast jistudja l-iskola tal-films u li l-hin kollu jhokk rasu qisha rasu qed tigi invazata minn tliet qamliet fihom daqs bettieha u li donnu f'hajtu qatt ma haseb li biex tghix trid taqla' l-flus. Jien kont dejjem wisq rasi fuq ghonqi biex, u meta ipprovajt "nahrab", kont nibza' mmur 'l boghod hafna u kelli mmur lura b'denbi bejn saqajja.

U naqra dak il-ktieb ta' Pessoa nara kemm jien bhalu, imma ftit inqas misthi, ftit iktar socjevoli, ftit iktar "jolly" insomma. Il-films u d-diski xorta naghmilhom u mmexxi xorta wahda. L-ideat li ghandi dan l-ahhar li nbiddel ftit it-triq, nitlaq kollox u immur naqra La Cambre jew Sint-Lucas (ghandi ideat imma ma nafx ezatt kif insehhhom fuq pjan tekniku) biex insir il-Matt McCormick* tal-Belgju/Malta se jsehhu? Kwazi m'ghandi l-ebda dubju li le. Imma ideat helwin biex izommuli kumpanija sakemm fil-futur nerga' niccekkja li l-figuri li dahhal il-junior purchasing clerk il-gdid jaqblu ma' l-istimi li ppreparajt jien, jew kienx wisq ikkoncentrat fuq l-istrip ta' llum ta' Dilbert biex ikun hawn mohhu hawn illum...



Il-problema hi li mewta ta' skrivan mhux mewta denja. Mewta denja hi wahda ta' poeta, ta' artist, ta' politikant. Kulhadd irid jibqa' b'ismu miktub fl-istorja wara l-mewt. X'inhu l-punt? Mhux ahjar tghix ghall-hajja milli ghall-glorja ta' wara l-mewt u thalli l-hajja tiskorri kif tixtieqha tiskorri bla ma ssabbat fuqha biex tbiddilha? Ghala tissielet kontra l-hajja? Calma e sangue freddo.

*Rajt l-ewwel film tieghu l-bierah u ghogobni hafna, ghalkemm ahna t-tlieta - cioe Anita, jien u David (li ghandu lehnu 'kemmxejn iwassal') konna msiktta qabel ma beda l-film minn duttur u skalda fis-sorm li kien bilqieghda quddiemna li kien iktar fitt u "anal" minn Sir Elton John...