dijous, de juliol 21, 2005

harba

dan il-blogg mhux ser jigi aggornat qabel it-3 ta' Awwissu (jew "Awissu" jekk tridu).
Ser inkun il-Portugall. Illum il-festa nazzjonali tal-Belgju u ser nara lil dawn live hawnhekk
-----------------------------------------------------------
Jista' xi hadd jghidli x'inhi l-istorja gastronomika ta' dawn?


Milli jidher m'humiex Taljani/Sqallin - biss l-isem hu Taljan u meta kont ghand il-pasticcier Sqalli ta' hdejja kellu qishom pastizzi imma tal-helu (u bl-icing sugar fuqhom ukoll) - jien, ta' tronga li jien, ma saqsejtux x'jisimhom... Xi hadd jaf?

dissabte, de juliol 16, 2005

analizi tal-gazzetti...

BRUSSELS (Reuters) - A lunch meeting between a leading parliamentarian in Belgium and counterparts from Iran has been cancelled because the beer-loving Belgian could not stomach a ban on alcohol.

"Even for the tolerant Herman De Croo, that was a bridge too far," De Croo, a Dutch-speaking Liberal, told De Standaard daily on Thursday.

De Croo, president of parliament's lower house, had been due to entertain the speaker and members of the Iranian parliament on Friday during their visit to Belgium -- famous for its diversity of beer brands.

But he said lunch had been cancelled because the Iranians, who as Muslims do not drink alcohol, wanted their hosts to do the same.


WASHINGTON (La Repubblica) - "Crescere significa arrendersi", era uno dei suoi messaggi preferiti. Una scritta che accompagnava spesso i suoi giganteschi graffiti, firmati sempre con un nome: "Borf". Ma ieri il "re dei graffiti" di Washington è stato arrestato. Per mesi il misterioso artista aveva riempito la capitale con l'immagine del volto di un ragazzo, dallo sguardo beffardo, col pugno alzato a mostrare una bomboletta spray. Ora la sua identità è stata svelata e si comprendono finalmente le ragioni della sua creatività.

Il "re dei graffiti" ha 18 anni, si chiama John Tsombikos e frequenta una scuola d'arte. La polizia lo ha arrestato ieri all'alba, cogliendolo sul fatto, grazie a una soffiata. Era infatti impegnato in un altro dei suoi giganteschi ritratti di Borf. Il volto che ha dipinto per tutta Washington, compresi i punti di maggiori traffico della città, è quello del suo più caro amico, morto suicida due anni fa, che aveva appunto il nomignolo "Borf". Le immagini erano apparse nei luoghi più disparati, dai ponti ai cartelli stradali, dai negozi a intere facciate di edifici. Spesso erano accompagnate da messaggi anarchici ("La proprietà è un furto"), anti-maturità ("Gli adulti sono obsoleti") o più scanzonati ("Borf fa bene al fegato"). La reazione della gente all'invasione iconografica è stata differente: alle proteste indignate di alcuni, per il deturpamento della proprietà pubblica, si è contrapposto l'entusiasmo di altri, che vedevano in Borf un paladino contro il grigiore della vita quotidiana.

I suoi graffiti sono diventati un vero oggetto di dibattito a Washington, così come i messaggi sibillini che spesso li accompagnavano. Centinaia di foto dei suoi "lavori" sono finite su internet: molti si interrogavano sui motivi e sull'identità dell'indiscusso "numero uno" della capitale nell'arte murale. Alcuni degli enormi graffiti anti-sistema, disegnati a diversi metri di altezza e in luoghi di difficile accesso, hanno richiesto ore e ore di lavoro. Come Borf sia sempre riuscito a farla franca resta un mistero, visto che numerose delle sue opere apparivano nei luoghi più centrali e in vista della capitale. Alcune immagini sono apparse perfino a New York e a San Francisco, dipinte da Tsombikos durante trasferte in autobus dalla capitale. La sua popolarità ha fatto nascere anche degli imitatori. Scritte come "Borf è gay" o "Borf odia Dio" (vista sul muro di una chiesa) sono state rinnegate dall'artista. Nelle ultime settimane l'apparizione di nuovi graffiti del celebre Borf era stata minima a Washington. Tsombikos, dopo l'arresto, ha spiegato il motivo alla polizia: negli ultimi tempi aveva viaggiato per l'Europa, partecipando anche alle proteste in Scozia per il G8. Ora è incriminato per vandalismo contro proprietà pubbliche e private. "Borf è morto", ha detto agli agenti. Anche in manette, non ha perso il suo stile ambiguo e beffardo.




PS Xtrajt il-bocci tal-pétanque dalghodu...

dijous, de juliol 14, 2005

sfida (mhux sfiga)

Appell

Jekk bilfors tridu taghmlu l-muzika fuq il-blogg taghkom tistghu taghmluhom li ma jixghelux awtomatikament meta tiftah l-pagna pls? Grazzi. Qed idejquni ferm inqas il-bloggs bil-muzika... anzi saru jghogbuni, imma li jaqbdu jdoqqu x'hin idurilhom il-bubù iddejjaqni.


Petanque
Petank

Il-bierah skoprejt il-Petanque il-Petank Club tar-Recyclart. Haga li ghal xi raguni tidher popolari mhux biss mal-frankofoni imma, sfortunatament, popolari hafna ukoll man-nudisti amerikani. Halliha li l-Lussemburgu qatt ma rajtha din il-loghba imma apparentement hemm xi tminn art tal-loghob f'Esch/Uelzecht) imma niftakarni nara l-bocci Malta jintlaghbu minn xjuh biss. X'jigri la jmutu dawk ix-xjuh? Gieli rajtu lil xi hadd izghar minn 65 sena jilghab il-bocci Malta?

Insomma jien veramente negato ghal-loghba... nitfa b'sahha barranija u jispiccaw fl-inhawi ta' Amsterdam il-bocci.. imma d-dolce metà inkredibilment brava. Kulhadd "alllez aniitaah" u bocca wara l-ohra dejjem tigi iktar vicin tal-cochonette (il-likk). Jien tant kont non-entity fil-loghba li wara l-konsweti 13-il loghba xorta bqajt "monsieur la" (nameless, imma mhux blameless). Kien hemm kull tip ta' persuna tilghab, squatters marokkini, hipsters, xjuh belgjani libsin crieket tad-deheb u bit-toupé, skaters zghar - u ta' kontrina kienu, apparentement, seminaristi. Nahseb qalu xi angelus u biesu r-ritratti ta' Padre Pio meta tfaccaw zewg bciecen barranin li qatt ma' laghbu petanque bhalna imma regghu hasbuha meta raw lil Aniitaah tilghab! Tje ja qatta abbatin makkjavelljani!

Il-loghba taf tasal f'punti uber-nerdy fejn johorgu l-metru u joqghodu jkellu d-distanza tal-bocci minn xulxin tipo il-famuz ritwal tipikament maskili tat-tkejjil tal-pene meta konna zghar.



Hu hawn hi l-isfida....
Malta - Brux - Lux

Min irid jghaqqad loghba jghidli... ejja bloggin Lussemburgizi, hemm iktar fil-hajja milli tmur tixtri l-Auchan u tipprova tipprova tifflirtja ma' xi Estonjani li probabbli xorta ma jridux johorgu mieghek... u jien irrid ninzel s'hemm xi darba. Immorru naqra quddiem il-Parlament jew il-Qorti tal-Gustizzja nghaqdu loghba jew immorru inkissru l-pavés perfetti ta' Place de Paris bil-bocci mdaqqsa taghna, bloggin Maltin (gej s'hemm f'Marzu) - club tal-bocci S. Venera? Bloggin Bruxellois (tlieta le?) il-Club Petank tar-Recylcart stess? Xi tghidu?

diumenge, de juliol 10, 2005

l-elit generali

Wara l-battalja bloggarja bejn l-elit liberali u l-elit krepuskolari, ta' min xi hadd jipprezenta l-elit generali.

Razza li donnha ma tezistix Malta - jew almenu ftit li xejn iltqajt maghha insomma. Il-hbieb tieghi Malta, kif forsi tistghu tobsru, huma nies li jekk marru l-universita' studjaw xi haga inutili bhall-filosofija jew il-letteratura. Jafu li hajjithom kollha ser ikunu skrivana ma' Soldi Import & Export Ltd. ghax l-ebda kumpanija Maltija mhi ser tohloq graduate scheme sabiex jigu impjegati imhawdin bhal dawk. Ovvjament is-socjeta Maltija, peace and blessing of alla the merciful be upon her, mhux ser tivvalorizza dawk li hargu daqshekk 'il barra mil-linja.

Allura kif nispjega li hbiebi hawn huma razza ta' nies differenti ghall-ahhar.

Il-kuntatt li kelli man-nies prattici f'Malta - ma' l-avukati, ma' dawk li studjaw l-ekonomija, l-accountants u x'naf jien kien dejjem falliment enormi. Jien kont narahom bhala nies dull u bla immaginazzjoni u nista' nobsor li huma kienu jahsbuni ghazzien. Kulhadd kellu postu - hemm ma kienx tieghi.

Il-fatt hu li forsi kienu jafu x'inhuma macroeconomics jew x'kienet tghid il-ligi imma ftit li xejn iktar minn hekk. Qatt ma argumentajt dwar liema hi l-aqwa verzjoni ta' Nosferatu (jekk hux ta' Murnau jew ta' Herzog) ma' avukata li studjat il-Kullegg ta' l-Ewropa, qatt ma tkellimt ma' lobbyist li jitlob kuljum u attiv fil-knisja li rrakkontali kemm intwerew films tajbin u tokkanti l-Gay Film Festival in-Nova, qatt ma kellimt ekonomist li jitkellem sitt lingwi u tant tinteressah il-muzika esperimentali li kien digà sema' bil-muzika tieghi, qatt ma ltqajt ma' wahda studjat bhala diplomat (u li studjat l-ENA biex tghaxxaq) li l-grupp favorit taghha huma l-Goldfrapp, li selfitni kotba ta' Eco u Murakami u li minflok tirrakuntali dwar il-glorji tad-dinja diplomatika bhal ma ghamel kull Malti fid-dinja stramba tad-diplomazija qabilha qalet li x-xoghol mhux differenti hafna minn xoghol ta' skrivan. Hawnhekk ghamilt dawk l-affarijiet ma' dawn in-nies kollha. Kienet il-komunita tipikament arty farty tieghi but not as I know it - l-istess muzika, l-istess kotba, l-istess films, l-istess attitudni, l-istess liberalismu imma f'Malta kienu jkunu tan-naha l-ohra. Hawnhekk ma kellhomx naha fuq liem imorru. Kienu t-tnejn.

Fil-pajjiz li jhobb jifred kulhadd isib postu - min mal-liberali, min mal-krepuskolari. M'hemmx elit generali li jghaqqad it-tnejn u jmur 'l hinn minnhom. Imma kif jghid sew blogger iehor, mid-dehra ta' barra huma tassew mod iehor u l-ghettos socjali u kulturali li huma n-norma f'Malta, ghalkemm jezistu hawn ukoll, huma ferm inqas u minflokhom hemm spazju mentalment multikulturali li jhallik timrah kemm fuq ix-xellug u, jekk trid, anke fuq il-lemin.

Idealismu vojt? Forsi. Romanticismu? Forsi wkoll. Imma nassigurakom li dawn in-nies qeghdin hawn u huma tad-demm u l-laham. Huti Maltin u Ghawdxin, ghandi pjacir nipprezentalkom l-elit generali.

dimecres, de juliol 06, 2005

u oqghod naqra kwiet...

Dak li minghalih De Gaulle qal:

"The only thing they (the English) have ever done for European agriculture
is mad cow"
u
"You can't trust people who cook as badly as that. After Finland, it's the
country with the worst food"
Artiklu tas-CNN


Qieghed fi Strasburgu bhalissa - post Germaniz li jahseb li hu Franciz.

Jekk tridu tiddegustaw il-prelibatezzi Alasacjani dawn jinkludu zalzett tad-demm li jobzoqlok id-demm fuq il-qmis xhin tmissu bil-furketta, intestini tal-hniezer fil-bziq tal-baqar, laham mhux misjur estrapolat minn annimal nofsu haj b'kontrorn ta' courgettes à la sauce du cadavre u biex nispiccaw xi tartine ta' fwied ta' amorin mghaffeg bil-vanilla jew xi zozzerija simili.

Eu â Chiraccé - ma statte zitt'!