diumenge, de juny 26, 2005

minglish? maltaljan? ghala le?

in defence of minglish
bhala djalett lokali

Fost il-lingwi li naf nitkellem hemm il-Minglish. Hafna nies jisthu jghidu li jitkellmuh imma hafna jitkellmuh u hi xi haga naturali u li toghgobni. Jien interessat fil-kuncetti u fl-ideat u nsibha ftit faxxista l-idea li kulhadd jitkellem qisu qed jipprova jaqra l-ahbarijiet fuq il-BBC World Service.

Ghandi certa simpatija ghall-Minglish infatti ghax forsi hi xi haga purament Maltija. Biss il-klassijiet edukati Maltin, ta' nies generalment pretensjuzi u pompusi li huma (ghax ovvjament il-pretensjoni u l-pomposita' jsibu posthom sew qalb l-edukati ta' l-iktar pajjiz illiterat fl-Unjoni Ewropea - nahseb in-nuqqas ta' kompetizzjoni intellettwali hekk taghmillek) iridu juru s-superjorita billi jikkoregu lil kull min jizgarra fuq affarijiet bhal kostruzzjoni tas-sentenzi u pronuncja, mhux diskusjoni fuq il-kuncetti li wiehed jesprimi.

Il-Minglish mhux Ingliz hazin per se - hu biss djalett. L-idea li dan id-djalett ma jintuzax mhix wahda ghall-purita' tal-lingwa Ingliza imma snobbery u biex turi li int edukat u tifhem kif suppost jigi mitkellem l-Ingliz. Haga ta' image insomma u biex turi l-hakkiem li m'intix xadina bhall-ohrajn u li int edukat (haga partikolarment tad-dahq billi ilhom iktar minn zewg decenji li telqu 'l hemm).

L-accent hekk imsejjah tal-pepé hu kopja fjakka ta' l-ingliz standard (BBC English) u jekk tisimghu sew hu ezatt bhall-Malti ta' Guzi minn Wied Babu imma fuq registru iktar gholi u bl-ilsien iktar imdawwar.

L-unika problema hi, ovvjament, jekk wiehed mhux kapaci jaghraf meta mhux il-hin tuza d-djalett lokali fil-kitba, imma Ingliz standard. Bhal, nghidu ahna, dawn is-sinjuri...


hadd ma jitkellem bl-Ingliz
hlief l-Inglizi

Kulhadd jitkellem the international language, mhux l-Ingliz (ta' l-Inglizi). Kieku l-Amerikani u l-films u s-sitcoms taghhom kienu bl-Olandiz illum ahna, bhala eks-kolonja tal-Kuruna, nitkellmu lingwa (l-Ingliz) forsi importanti daqs it-Taljan jew il-Pollakk u ma jkollniex nofs il-pretensjonijiet lingwistici li ghandna. U min jghid li l-Ingliz hi l-lingua franca tad-dinja irid jivvjagga u jsiefer ftit iktar. Li tmur darbtejn fis-sena Londra mhux vjaggar... Lingwa importanti, imma mhux l-unika wahda biex tiftiehem u jiddependi hafna f'liema ambjent jew parti tad-dinja qieghed.


l-inglizi jitnejku
totalment?

Haga ohra li kont semmejt qabel... Waterstones sar "bookstore" mhux "shop", Dalek "cookie jar" mhux "biscuit tin" (ghalkemm kien landa mhux vazett). Ghalihom il-lingwa xi haga hajja li tinbidel u tigi influwenzata, mhix suprema - niehu pjacir nisma' l-accenti Skoccizi, ta' Norwich, Brummie, Scouser jew alla jaf x'accent iehor iktar fuq it-teevee. U jekk ma tevolvix (anke b'mod li hemm min jarah negattiv) ma tantx tibqa' utili ghax hadd ma jista' jesprimi ruhu, bhal xi ghalliem f'xi skola primarja li hu iktar interessat fir-regoli tal-kitba ta' 40 sena ilu milli x'ghandhom xi jghidu t-tfal. Ta' min jghid ukoll li xi 350 sena ilu ftit kien hemm minn kien jikteb bl-Ingliz ghax ma kinitx "tajba bizzejjed ghal kitba" u kienu juzaw il-Latin minflok.


test favur maltaljan
zozzerija lingwistika?

Fost il-lingwi l-ohra li naf hemm il-Maltaljan, li hi l-verzjoni tal-Malti tieghi (taljanizzat). Naqbel mal-poezija ta' Das li kkwotajt iktar l-isfel. Inhoss li l-lingwa Maltija hi xi haga verament tieghi, kwazi personali, u billi m'hemmx is-serjeta u l-pretensjoni lingwistika li iggib maghha l-kitba u l-espressjoni orali ta' l-Ingliz f'Malta jien nista' nuza lingwa li diga' tieghi u nzid affarijiet li huma ferm iktar personali (ez. "zozzerija" li hi kelma li nuza hafna) b'hafna inqas riskju ta' gudizzju negattiv. Zmien eccitanti ghall-lingwa taghna - nisperaw biss li ma jitfaccawx in-nazzisti tal-lingwa bil-biro hamra f'id wahda u l-frejm ta' Dun Karm Psaila fl-id l-ohra.


l-estremist
kaboom, septante six?

Nirrifjuta li nkellem l-Islimizi bl-Ingliz. Hemm hafna ragunijiet socjo-politici imma xorta nahseb li hu gest wisq estremist - nixtieq jirnexxieli nibla dak li nemmen fih u nkellimhom bl-Ingliz, ghax wara kollox niddubita kemm jifhmu r-raguni tar-rifjut tieghi. Il-Franciz tieghi Belgjan. nghid "s'il vous plait" il-hin kollhu, kif ukoll septante (70) u nonante (90). Wara li xbajt bil-Francizi jikkoreguni meta mmur Franza ("ehe, ehe, u zgur li quatre-vingts dix sept hi ferm iktar logika minn nonante-sept, Monsieur") bdejt nitkellem Franciz ta' Franza meta mmur Franza. X'taghmel eh? Ghandhom naqra ragun wara kollox. Mhux hafna, imma ghandhom ftit.


malti kaputt
no no no, ma fhimtx!

Ajruport Internazzjonali ta' Malta, erba' xhur ilu.

Dramatis personae:
- Kurt
- Kaxxiera ta' hanut (fejn trid tissellef il-flus mill-bank qabel ma tixtri flixkun San Michel)

"bongu. nista' nhallas bl-Euro [Pron. Maltija: Ewro]?"
"kif? bil-Euros [faux BBC English pron.: Yuroows]?"
" iva. Euro, Euro, Euro, Euro, Euro" (pron. Ingliza, Maltija, Taljana, Franciza, Olandiza)
"...?!"
"nista' jew le?!"
"iva"

Inkredibbli. F'konversazzjoni bil-Malti qed "tikkoregili" l-Malti billi tahxihuli. Min jaf x'tibki dmugh tad-demm ix-xbiha ta' Dun Karm f'dak il-frejm d'idejn in-nazzist tal-lingwa bhalissa...


u biex naghlaq...
parti minn poezija ta' Kamala Das

... I am Indian, very brown,
born in Malabar, I speak in three languages, write in
Two, dream in one. Don't write in English, they said,
English is not your mother-tongue. Why not leave
Me alone, critics, friends, visiting cousins,
Every one of you? Why not let me speak in
Any language I like? The language I speak
Becomes mine, its distortions, its queernesses
All mine, mine alone. It is half English, half
Indian, funny perhaps, but it is honest.
It is as human as I am human, don't
You see? It voices my joys, my longings, my
Hopes, and it is useful to me as cawing
Is to crows or roaring is to lions...

divendres, de juny 24, 2005

xemx, wisq qarrieqa

i.

inhobb ix-xemx imma ma nistax ghalijha s-shana. naqra ta' problema dik - naqra ta' problema ukoll li ghaddeja heatwave minn fuq Brussell u xemx illum bi hsiebha taghmel l-almu taghha biex taqbez il-35 grad celsius.

granet bhal dawk fejn ghall-inqas haga tkun trid toqtol dak li jkun qisek wiehed mill-bosta karattri f'Elephant ta' Alan Clarke jew tisplodilhom bhad-dar f'Zabriskie Point. Imma l'indolenza twaqqfek milli anke biss tkellimhom hazin.

u n-nies jghidulek how's the weather there, minghalihom ser tghidilhom li qisu s-set tar-riklam tal-Kinder Pinguì, qed immorru x-xoghol fuq is-silg u nizirhu.

u jien il-bierah gietni xewqa inqum minn posti, naqbad karta tal-congé, nimliha u nitlaq dak il-hin stess lejn De Haan aan Zee jew Wenduine (fejn hemm waqfa tal-Kusttram jisimha "Wenduine Sunparks" - xi trid iktar?). Imma le - jien bniedem responsabbli, rasu fuq ghonqu u bqajt f'posti f'xemx taqli l-grieden nikteb dwar Blair u shabu minflok nimxi fuq ir-ramel.

min bil-flirt fatigue, min bil-blogg fatigue, min - bhali - irid jahrab l'hemm. ja qatta xjuh! is-shana li ttik xebgha voglie, xeba ideat imbghad ma' thallikx twettaqhom? ix-xemx li tahti kollox?


ii.

Illum jien hu ghaddej minn kwartier ta' predominanza vietnamita nhares 'l fuq u nara ristorant jismu "Apocalypse" (u miktuba bil-font u fl-istil tal-film biex tghaxxaq l-alla). Kif il-madonna waslu biex semmew ir-ristorant taghhom hekk... orrajt meta tispicca l-ismijiet normali tipo Le Jardin du Vietnam jew Aux Saveurs de Saigon forsi ma tantx hemm fejn timrah bl-imaginazzjoni imma Apocalypse? Prosit hej, Phon Thi Oanh!


iii.

Imma forsi xorta dejjem ahjar minn dan il-bar f'Madrid. Grazzi noel...

errr...

Qed nistennew li jifthu xi fergha Malta - possibbilment hdejn il-qorti, ikun hit ma' l-avukati nimmagina.

dimarts, de juny 21, 2005

the ottoman empire strikes back

Kienet tezisti dinja parallela cinematografika ohra fit-Turkija tas-snin 70 u 80.

Films Hollywoodjani li minhabba li kellhom ikunu 'l boghod kemm jista' jkun minn Hollywood, kellhom jaslu vicin. Ir-rizulat hu wiehed etereali ghall-ahhar... ludikru imma b'surrealismu kulturali u sbuhija kreattiva kbira.

Fost l-iktar famuzi minn dawn hemm Turist Ömer Uzay Yolunda (aka Turkish Star Trek), Dunyayi Kurtaran Adam (aka Turkish Star Wars) u film li ghandu l-onur dubjuz li jissejjah l-aghar film li qatt raw bosta kritici: Aysecik ve Sihirli Cüceler rüyalar ülkesinde (aka Turkish Wizard of Oz).

Ghalkemm probabbli li dawn il-films jinzlu ghasel lejla ghazziena fis-sajf bi ftit fliexken birra, crisps u zewgt ihbieb, ghandhom storja politika interessanti hafna. Jekk necessity is the mother of invention, milli jidher invention is also the Turkish grandmother of plagiarism. Dan ghax skond artiklu tal-wikipedia:

Dunyayi Kurtaran Adam (trans: The Man Who Saves The World) is a Turkish-made film commonly known as "Turkish Star Wars" because of its notorious bootlegging of Star Wars film clips worked into the film.

Released in 1982, Dunyayi was created in a Turkey caught in the midst of massive political upheaval, swaying from being a NATO ally, to a fundamentalist Islamic state. As a result, American-made films were not easily acquired and were often remade with a Turkish cast and setting. The three most notable films to be so bootlegged are Star Wars, The Wizard of Oz and E.T., all of which have Turkish variations.

X'cuc hu Angli?!



1: Spock Tork xorta b'widnejh ipuntati,
2: Darth Vader Tork jew Wrestling Robot Messikan?,
3: Sahhara ta' Oz. Rassomiljanza ghas-sahhara tac-Cukaj ta' Ahn'ahna Jew M'Ahniex purament kaswali. It-tnejn li huma nefqu spiza f'make up (kopji tal-Lancome) mid-dehra...
4: E.T. - jista' qatt isir helu bhal film ta' Spielberg dan il-blobb griz b'brassiere stil Madonna u b'ghajnejn qishom bocci tal-billjard?


Artikli surr Turkçe Sinema Turkish remake Cinema
Vu Cümpra? Five Minutes to Live


dijous, de juny 16, 2005

Kv17

Gieli tistasqu lilkom infuskom x'jahseb dwarkom kieku intkhom infuskom ta' sbatax il-sena jaraw x'sirtu llum? X'jghid?

Kien ikun ftit ixxukjat il-verzjoni Kurt ta' 17-il sena (Kv17) li l-Kurt ta' kwazi dicenju wara ser jahdem ma' l-U.E., mhux ser jisthi jghid li hu middle-class, li jilbes jeans meta Kurt v17 kien dejjem ferm iktar cool (il-qalziet tal-motocross li kien jilbes kuljum kien importanti ghalih - xorta kien ikun self-conscious meta jilbsu imma kien strument importanti ta' demarkazzjoni) milli jien illum, ixxukkjat li Kurt tal-lum tant ma jimpurtahx dwar flus li m'ghandux idea kemm tiswa kartuna halib jew torta tal-frott, li sar xi ftit vanituz u superficjali - affarijiet li ma kienx meta kellu 17-il sena.

U x'jghid probabbilment Kv17 meta jarani bil-Cabinet f'idi, b'Arvo Part jew Jacob Kirkegaard fl-MP3 Player, fuq tram 90 fi Brussell (Brussell?! Mela ma kellekx tmur Londra jew N.Y.?), liebes hwejjeg normali jxeqilbu lejn is-semi-hipster-but-not-quite. Ma kienx ciniku hafna u dejjem kien ihobb jitghallem dwar affarijiet godda allura probabbilment ikun interessat li jisma l-Part u jara kif jahdem MP3 player u jaqra xi artiklu minn dak il-magazin. Kien jistghageb zgur li l-magazin jiswa EUR 10.40 (u ma kienx ikun jaf x'inhuma Euros/Ewros ovvjament).

Inbdilt hafna, imma fil-verità inbdilt ftit. Immaturajt kif ighidu f'dawn l-okazzjonijiet. Ghax ta' 17-il sena veru kont nisma l-Orbital, l-Aphex Twin u l-Front Line Assembly (u naqra Portishead u affarijiet ohra ukoll), imma kont diga mohhi biex nitlaq mill-pajjiz, u mohhi biex nixtri dar bhala investiment ghall-futur biex nahdem biss part-time la jkolli 25 (ma ridtx nahdem hafna ta' dik l-eta - ix-xoghol dejjem kont narah bhala bastun fir-rota tal-pjacir). Dejjem nippjana u nara l-mapep u nohlom... u fl-ahhar niehu azzjoni.

Il-bierah qaxxart il-goatee/daqna wara kwazi 5 snin biha u tfacca wiehed jixbah lill-Kv17 u baqa' ihares lejja fil-mera. Sellimtlu u hu sellimli lura, ghadna hbieb tal-qalb mid-dehra. Nispera nibqghu hbieb sal-mewt - jekk iz-zghozija l-aqwa zmien ta' hajtek ma nistax nispjega kif iktar ma "nixjieh" hajti ssir ahjar... Kv17 ma jafx lanqas.

dissabte, de juny 11, 2005

tant qrib, tant 'il boghod

Kemm hemm Etjopjani nameless, faceless Hal Safi kollha mohhhom biex jiehdu l-beneficji u jtaqqlu n-nisa vergni u kattolici taghna b'trabi musulmani suwed? Saru 1% tal-popolazzjoni? U x'nafu dwarhom hlief li huma suwed, ma jridux jahdmu, iservu ta' lixka ghal Lowell u m'ghandomx fashion sense. Ezatt bhal certi Maltin insomma...

Imma forsi jien biased ghax l-Etjopjani u l-Eritreani dejjem kelli simpatija ghalihom... wahda ghax kienu kolonja Taljana (imsieken), ohra ghax huma nies simpatici immens. Ironija kbira li b'dawk l-Etjopjani kollha iduru Malta, l-Etjopjani li naf, sirt nafhom fir-ristoranti ta' Amsterdam u Rotterdam. Tista' tghid bla eccezzjoni dawk li ltqajt maghhom jien kienu nies dhulin, kolti, bla ebda pretensjoni u, punt kardinali minhabba l-Olandiz patetiku tieghi, kienu jafu bl-Ingliz.

U fuq livell iehor il-muzika pop vintage taghhom hi forsi l-aqwa muzika pop li qatt smajt f'hajti. Mhux qed nezagera... halli tisimghu lil Mahmoud Ahmed - tahlita ta' muzika gharbija, swing lubien u jazz à la Sun Ra u hemm cans taqblu mieghi.


Hemm ukoll il-lingwa, fosthom il-Ge'ez u s-Sabean, li donnhom kienu l-ispirazzjoni ghal kitba ta' l-aljeni f'Futurama u f'hafna films ta' fantaxjenza, u iktar stramba minn hekk:

Ge’ez took 24 symbols from the Sabean writing system. The early form of Ge’ez was written in boustrophedon, which is writing in alternate lines in opposite directions, as from left to right and then from right to left on the next line, and then left to right on the next line, and so on. (Asher 1149).

Mela issa tafu xi haga - almenu dawk minnkom li thobbu tippowstjaw zozzeriji tipo Ave Melita jew Viva Lowell fuq xi forum forsi tkunu tafu kontra min qed tippowstjaw mhux "xadini" in generali. U la qedghin fl-argument, forsi ta' min taqbdu atlas u taraw fejn jahbtu l-Etjopja u l-Eritrea ukoll qabel ma tmorru xi mass meeting (3 minn nies) ta' Lowell, ukoll - idea biss ta.

X'imhatra qatt ma kilt ikel Etjopjan, Sur Kittieb tal-Kebabs...

divendres, de juny 10, 2005

titjira

i.
dwar x'jghidu fuqna

Sakemm kont fil-waiting area nistenna biex nitla' fuq l-ajruplan kien hemm persuna famuza fil-kamp politiku (Taljan) qed titkellem ma' habib dwar il-pajjizi l-godda ta' l-U.E. Dwar Malta qal li ahna "speci ta' Sqallin li jahsbu li huma Inglizi" u hu u siehbu dahqu dahqa tipo 'tafu lill-Majsi... u dak il-mignun ikun bieb il-belt jitkellem wahdu'. Cioe dahqa ta' xi hadd qed jidhaq b'xi hadd inferjuri, xi hadd tad-dahq, xi hadd imhawwad ghall-ostja... imma xorta kien hemm certu simpatija fid-dahqa.


ii.
dwar pretensjoni

"Vous etes dans ma place!". Ghal min jaf il-Franciz (lingwa tixrobha hafna: "yours sincerely" f'ittra issir "je vous prie d'agréer, Madame, Monsieur, l'expression de mes sentiments très distingués") jaf li din hi diretta daqs "Qum min hemm!". Ghalkemm kont zgur li kont f'posti xorta hrigt il-boarding card biex nuriha li kont qieghed sew u ghedtilha bil-gentilezza kollha li kienet qed turini boarding card ta' tliet gimghat ilu. Qabdet u telqet 'l hemm bla ma skuzat ruhha. Kemm jiddispjacini li jien daqshekk nice u m' ghadnix naf inkun misantropu totali ma' nies bhal dawn.

Jekk trid tara ras xi hadd tintefah bizzejjed biex tista' taqbizlu fil-qalziet u tuzah bhala mongolfiera Jules Vernejana, libsu suit u tih xoghol ma' l-U.E. X'pretensjoni!

Il-fatt li qatt ma rgajt ilbist suit kemm ili li tlaqt mill-iskola ma tghinx nahseb.

Inhobba l-atmosfera internazzjonali tax-xoghol imma l-pretensjoni ta' certu nies mhix tajba hafna ghal ruhek.


iii.
dwar it-titjira

Il-kaptan (u kif qal sew George Carlin "kif il-madonna lahaq Kaptan? mhux pilota kull m'hu?!") kien Germaniz jismu Bernd Losch. Ikkonferma li l-kunjom kien wiehed tajjeb wara li beda jsuq l-ajruplan qisu messaggier tal-gvern zopp u ohxon jipprova jizfen il-capoeira.

Kellu anke l-wicc tost johrog jifflertja mal-hostesses fjammingi tlett darbiet!


iv.
dwar il-fiorentina

Meta kont zghir kont nissapportja l-Fiorentina. Cioe, kont nitnejjek mill-futbol - kull ma kont naf li kellhom kit vjola u li kien hemm sticker tal-Calciatori ta' l-1976 imwehhla ma' cupboard id-dar tan-nannu li ghal xi raguni sahhritni. Gejt infurmat minn sorsi mhux tant li wiehed jista' joghqod fuqhom li dan it-team kien jaf xi tfisser taghmel goal daqs kemm Pullicino jaf xi tfisser taghmel dieta. dang!

Niftakar xi snin ilu fuq Mai Dire Gol urew clips ta' kantanti ta' l-opera jkantaw diski ispirati mill-kant ta' l-istadiums. Hadt pjacir nisma' "SOPRANO: Viola violaaaa-aaaa-aaaooaa BARITONU: Juventini! SOPRANO: Nooooii tifiam laa fioreeentiiina Juvee merda vaffancul, NOI TIFIAAAM LA FIORENTIIIINA JUVE MERDA VAFFFAAAANAAACUL (sic)". Nice. Vaffanacul indeed.

dissabte, de juny 04, 2005

turinix l-inner fascist tieghek

Bhall-parti l-kbira tal-Maltin jien nigi minn familja tahlita ta' klassi haddiema u petit bourgeois, biss...

Rue Antoine Dansaert hi triq naqra poncy mimlija hwienet ta' stilisti, galleriji ta' arti kontemporanja u hwienet tad-diski bhal Le Bonheur.

U waqt li qeghdin fuq is-suggett ta' poncyness kilna l-Comocomo, post li nhobb l-iktar minhabba l-kwalita ta' l-ikel, pintxos (tapas Baski), u s-sistema bit-tapis roulant stil sushi bar tappellali hafna - jien inhobb innaqqar u nduq hafna affarijiet differenti mhux niekol ikla shiha.

comocomo

U waqt li qed inbaghbsu l-ikel b'idejna bis-sauce ihammeg icarcar mix-xifer ta' halqna ma kull gidma qisna z-zewg trogloditi li ahna fil-fatt, inharsu fuq barra u nindunaw li ovvjament qed nattiraw il-mibeghda stil GG Allin ta' kull punk au chien jew li jghaddi. Nahseb naqra dwar certu affarijiet li kien qal il-kantant Momus, kantant b'muzika tal-qamel imma bi kliem eccellenti - tender pervert infatti. Wara kollox hu kien wiehed mill-ispirazzjonijiet tieghi biex nibda blogg (inizjalment fuq il-LiveJournal):
  • L'inner fascist (min hu dan l-inner fascist li qed jitfacca anke fuq il-bloggs Maltin dan l-ahhar?)
  • X'jahbat FoBo? (ma naqbilx ma kull ma jghid imma insomma hemm hafna punti interessanti)
U naqbel mieghu.

Bazikament anke hawn fil-bloggs Maltin xbajt nisma' dwar li l-blogging mhux ser jibqa' fenomenu underground u li ser isir moda... u b'daqshekk? L-ispirazzjoni mhux necessarjament moda. Bhala persuna li bdejt wara s-Seven Samurai tal-laptop (toni, mark, il-bollettino, immanuel u forsi xi tnejn, tlieta ohra li ma nistax niftakar - u la qeghdin fuq is-suggett il-bollettino u dak ta' Mark kienu l-iktar zewg blogs Maltin ta' ispirazzjoni ghalija) ghandi iktar dritt ingerger u nkun snob minn hafna li bdew wara.


U l-inner fascist x'jghid?
  • Trid tibqa' underground! (ie, il-valuri tas-socjeta jikkorrompu u jien facilment nigi korrott)
  • Hemmhekk "cool" wisq! (ie, jien self-conscious u ser nigi ggudikat. ma rridx li xi hadd jahseb ghal mument li jien ta' klassi socjali ohra u ghandi fehma tajba hafna ta' x'inhi l-isbuhija, cioe li jien middle-class kif fil-fatt jien ghax self-consciousness daqshekk akut jista' jkun biss valur tal-klassi medja)
  • Dak il-film arty wisq! Muzika sperimentali bla sens! (ie, nisma muzika iktar kummercjali u nara films iktar tal-massa ghalkemm naf u nifhem il-films ta' Pasolini. Importanti li nuri f'kull mument li jien working-class ma tmurx tahsibni middle-class, kif fil-fatt jien!)
  • Dawk in-nies wisq arty farty! (ie, hemm cans ta' konversazzjoni interessanti - jew forsi le - imma jien ma' nistax nirrovina r-rough diamond credibility tieghi)
Insib li l-isnobbery ta' certu nies, gieli anke tieghi, hi esasperanti... immatura jew mut inner fascist.

Ejja nkunu cari - hemm min hu vera ponce... imma fid-dinja hemm ferm inqas ponces milli tissuggerilek ghajnejk. Give peace a chance!